Jista' l-Ministru jnforma lill-Kamra jekk huwiex minnu li jekk it-Triq A. Durer ġewwa r-raħal ta' Ħ'Attard tiġi asfaltata mingħajr prekawzjoni, tista'tkun kaġun ta' għargħar u ħsarat ta' ċertu natura lill-proprjetajiet fil-viċinanzi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ħa nota tal-fatti msemmija mill-Onor. Interpellant u nforma lill-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard li jekk isir xi asfalt f'din it-triq ix-xogħol irid isir bir-reqqa sabiex ma jikkaġunax ħsarat fuq il-propjetajiet fil-viċinanzi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa l-hekk imsejjaħ Job Centre f'Bormla fl-1 ta' Ottubru 1999, u kemm persuni huwa kkalkolat li użawh u sabu xogħol fuq medja ta' tlett xhur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Job Centre ta' Bormla huwa mmexxi minn żewġ persuni waħda fil-grad ta' Eżekuttiv u l-oħra fil-grad ta' "Senior Clerk".
Il-Job Centre ta' Bormla fetaħ lejn l-aħħar ta' April ta' din is-sena. Bejn Mejju u l-aħħar ta' Settembru kien hemm 1,414 il-persuna li użaw is-servizzi ta' dan il-Job Centre. 39 persuna nstabilhom ix-xogħol għalkemm jista' jkun il-każ li oħrajn sabu xogħol meta ġew mibgħuta għand sidien mill-istess Job Centre u ma ġiex rappurtat lura lill-ETC.
Kien hemm 32 każ ieħor fejn il-persuni konċernati intbgħatu l-ETC għal aktar taħriġ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa s-sezzjoni tas-sigurta' soċjali ġewwa Bormla fl-1 ta' Ottubru 1999,u kemm persuni huwa kkalkolat li wżawh fuq medja ta' sitt xhur possibbilment minn Jannar 1999 sa Ġunju 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ħames ħaddiema kienu jiffurmaw lis-staff tal-Uffiċċju Distrettwali ta' Bormla fl-1 ta' Ottubru, 1999 li għadu l-istess numru ta' llum. Ma tinżammx statistika ta' kemm nies jattendu fid-Distrett.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju jinsab il-proġett tal-bini ta' 69 appartament ġewwa St. John Street, Bormla? Fuq dan l-istess suġġett, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm intnefqu flus?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ix-xogħol fuq l-ewwel fażi, cioe' l-bini ta' l-ewwel 20 appartament, issa qabad sew u diġa tlestew il-garaxxijiet fil-livel tal-basement. Hu mistenni li l-appartamenti nfushom ikunu lesti f'sena u nofs oħra.
S'issa tħallset is-somma ta' Lm28,903.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm arretrati ta' kirjiet u ċnus sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 li għandu jieħu l-Lands Department? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kawżi jew atti eżekuttivi pendenti u fuq liema ammonti sabiex dawn jiġu rkuprati? Kemm minn dan l-ammont hemm ikkonsidrat bħala preskritt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-arrettrati tal-kirjiet u ċnus li għandu jieħu d-Dipartiment ta' l-Art sa` l-aħħar ta' Ġunju, 1999, jammontaw għal Lm3,863.000, li parti sostanzjali minnhom hija dovuta minn entitajiet Governattivi. Ta' min jgħid li l-ammonti ta' arretrati għas-snin 1997 u 1998 kienu ta' Lm4.29 miljun u Lm4.17 miljun rispettivament.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba jrid isir eżami manwali tal-files kollha u dan jinħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi. Ma jidhirlix li l-użu ta' dan iż-żmien u riżorsi biex isir l-eżami msemmi hu ġustifikat. Hija l-policy tad-Dipartiment li jagħmel dak kollu possibbli biex jiġbor l-arrettrati ta' kera u ċnus.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, mhix il-policy tad-Dipartiment li jikkunsidra xi arrettrati ta' kera bħala preskritti u dan a bażi ta' l-Artikolu 2160 tal-Kodiċi Ċivili.
11.10.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm rikorsi pendenti quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera u kemm ġew deċiżi? Kemm ġew introdotti ġodda fit-30 ta' Ġunju 1998, fl-1 ta' Jannar 1999 u fit-30 ta' Ġunju 1999?
Response (GATT, AUSTIN)
Fit-tlett dati moghtija u cioe ta pubblika) u fit-30 ta` Gunju 1999 ma gew introdotti l-ebda rikorsi godda fil-Bord li Jirregola l-Kera.
Bejn l ta` Lulju 1998 sal-31 ta` Dicembru 1998 gew introdotti 90 rikors gdid fil-Bord li Jirregola l-Kera li minnhom gew decizi 14; ceduti 4 u 1 kancellat.
Bejn l-l ta` Jannar 1999 sat-30 ta` Gunju 1999 gew introdotti 90 rikors gdid fil-Bord li Jirregola l-Kera li minnhom gew decizi 13.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi proċeduri ta kawtela neċessarja qegħdin jittieħdu mal-kumpannija Maltacom p.l.c. għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-effetti ta' l-hekk imsejħa millenium bug fl-apparat li jista' jiġi hekk affettwat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif jirriżulta mill-istqarrija għall-istampa li l-Maltacom ħarġet fis-17 ta' Mejju 1999, - u li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra - il-Kumpanija qed tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex l-apparat tagħha ma jkunx effettwat mill-hekk imsejjħa 'millenium bug'.
Jista' l-Ministru jassigura li s-soċjeta' Maltacom plc tieħu ħsieb li tinstalla apparat tat-telephone pubbliku li jista' jiġi operat bl-użu ta' credit cards internazzjonali billi dan in-nuqqas qed ikun kaġun ta' problemi għal ċerti vjaġġaturi barranin li jiġu f'pajjiżna?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Maltacom diġa' bdiet taħdidiet mal-banek lokali biex f'qasir żmien tkun tista' toffri s-servizz li qed jissuġġerixxi l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi proċeduri ta kawtela neċessarja qegħdin jittieħdu mis-soċjeta' Air Malta Co. Ltd. u l-kumpanniji l-oħra sussidjarji tagħha għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-effetti ta' l-hekk imsejħa millenium bug fl-apparat li jista' jiġi hekk affettwat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Kumpanija ħadet u qed tkompli tieħu l-prekawzjonijiet u l-passi kollha meħtieġa, inkluża l-parteċipazzjoni fil-programm relattiv ta' l-IATA, biex telimina l-effetti ta' l-hekk imsejjħa 'millenium bug' minn fuq is-sistemi u l-apparat tagħha u tas-sussidjarji tagħha.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm rikorsi pendenti quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera u kemm ġew deċiżi? Kemm ġew introdotti ġodda fit-30 ta' Ġunju 1998, fl-1 ta' Jannar 1999 u fit-30 ta' Ġunju 1999?
Response (GATT, AUSTIN)
Ir-risposta tingħata f`seduta ohra, peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibbli li tiġi kkonsidrata l-possibbilta' li jiżdiedu l-makni tal-fotokopji ġewwa l-qrati tagħna billi dawn jirdoppjaw għax ma jistgħux ilaħħqu max-xogħol li kull darba jiżdied?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi l-Amministrazzjoni tal-Qorti tinsab sodisfatta bis-servizz li qed tagħti tal-fotokopji lill-klijenti tagħna. Hija qatt ma kellha tgergir persistenti fuq dan is-suġġett ħlief f`każijiet partikulari meta għal xi perjodu limitat ħafna iż-żewġt `photocopying machine` kbar li jinsabu fir-Reġistru tal-Qorti Superjuri u fil-Qorti Inferjuri kellhom xi ħsara fl-istess ġranet. Pero`, bil-ftehim ta` manutenzjoni li l-Amministrazzjoni għandha ma` kumpanija privata, dawn dejjem ġew imsewwija fl-iqsar żmien possibbli u bl-inqas inkonvenjent għall-kemm il-klijenti tal-Qorti u kemm għall-personnel.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Ħal-Safi - Siti ta' natura storika
Question
In vista ta' l-aħħar tweġiba għall-mistoqsija parlamentari fuq dan is-suġġett, jista' l-Ministru issa jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' Ħal Safi ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kawżi l-Qorti in konnessjoni ma' ħlas ta' kumpens għall-esproprjazzjoni? Kemm hemm kwestjonijiet pendenti ta' esproprjazzjoni sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 li għadhom iridu jibdew il-proċeduri legali msemmija quddiem il-Qrati tagħna?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li hemm 122 kawża quddiem il-Qorti in konnessjoni ma' ħlas ta' kumpens għall-esproprijazzjoni.
Ninsab infurmat ukoll li sa l-aħħar ta' Ġunju 1999, kien hemm 52 kwestjoni oħra li għad iridu jibdew il-proċeduri legali dwarhom quddiem il-Qrati.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Exproprjazzjoni ta' art u bini
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm proċeduri għall-esproprjazzjoni ta' art u bini nbdew matul is-sena 1998? X'valur huwa kkalkolat li ttieħed? Kemm-il tomna ġiet hekk esproprjata? Kemm minn dawm il-proċeduri għadhom pendenti u kemm minnhom huma llum definittivament magħluqa billi l-partijiet jew aċċettaw il-kumpens offrut jew ingħataw art oħra in sostituzzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' proċeduri għall-esproprjazzjoni ta' art u bini li nbdew matul l-1998 kien ta' 66.
Ninsab infurmat ukoll li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba fil-kumplament tal-Mistoqsija jrid isir eżami tal-files u records manwali li jinħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi. Ma jidhirlix li l-użu ta' dan iż-żmien u riżorsi biex isir l-eżami msemmi hu ġustifikat.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Esproprjazzjoni ta' art
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm proċeduri għal esproprjazzjoni ta' art u bini nbdew matul is-sena 1970? X'valur huwa kkalkolat li ttieħed? Kemm-il tomna ġiet hekk esproprjata u kemm minn dawn il-proċeduri għadhom pendenti u kemm minnhom huma llum definittivament magħluqa billi l-partijiet jew aċċettaw il-kumpens offrut jew ingħataw art oħra in sostituzzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ċertu records tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, fosthom dawk li dwarhom intalbet informazzjoni, bdew jinżammu mill-1972.
Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tieni part tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8971 f'din l-istess Seduta.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Esproprjazzjoni ta' art u bini
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm proċeduri għall-esproprjazzjoni ta' art u bini nbdew matul is-sena 1971? X'valur huwa kkalkolat li ttieħed? Kemm-il tomna ġiet hekk esproprjata? Kemm minn dawn il-proċeduri għadhom pendenti u kemm minnhom huma llum definittivament magħluqa billi l-partijiet jew aċċettaw il-kumpens offrut jew ingħataw art oħra in sostituzzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8972 f'din l-istess Seduta.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Esproprjazzjoni ta' art u bini
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm proċeduri għall-esproprjazzjoni ta' art u bini nbdew matul is-sena 1980? X'valur huwa kkalkolat li ttieħed? Kemm-il tomna ġiet hekk esproprijata? Kemm minn dawn il-proċeduri għadhom pendenti u kemm minnhom huma llum definittivament magħluqa billi l-partijiet jew aċċettaw il-kumpens offrut jew ingħataw art oħra in sostituzzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li n-numru ta' proċeduri għall-esproprjazzjoni ta' art u bini li nbdew matul l-1980 kien ta' 57.
Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tieni parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8971 f'din l-istess Seduta.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li l-impjegati ġewwa d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (DOI) jiżdiedu tul din is-sena u jekk iva, f'liema gradi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-istaff fid-DOI jidher fl-appendici L pagni 369/370 ta’ l-Estimi 1999.
L-ispiza approvata taht
Personal Emoluments
ma tinkludix hlasijiet ghal zieda ta’ impjegati godda.
Ta min jinnota li l-Ufficcju tieghi hareg applikazzjonijiet ghal mili ta’ postijiet ta’ Direttur (Informazzjoni) OPM 3/99 u Assistent Direttur (Informazzjoni)
MPO 16 & 32/99.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Ħal-Luqa - siti ta' natura storika
Question
In vista ta' l-aħħar domanda parlamentari fuq is-suġġett, jista' l-Ministru issa jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' Ħal Luqa ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?