Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11251 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kalkara — Bieb is-Salvatur

Question

In vista tad-domandi parlamentari li saru preċedentement, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk kemm-il darba rriżultax li l-awtoritajiet kompetenti għamlux studju jew rapporti rigward l-ispejjeż involuti fir-restawr ta' Bieb is-Salvatur ġewwa l-Kalkara u jekk le jistax jintbagħat uffiċjal biex jara dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija 3776 li fiha kien spjegat illi ma sar ebda studju fuq is-suġġett. Sadanitant, ġejt mogħti l-parir illi 'Condition Survey' tal-fond ser ikun ikkummissjonat mingħand il-Ministeru ta' l-Ambjent.
Leg 9 PQ #10941 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita' tat-Turiżmu — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il uffiċċju għandha l-Awtorita' tat-Turiżmu barra minn Malta, kemm hemm impjegati jaħdmu hemm u kemm flus intnefqu f'dawn fis-snin 1996, 1997 u 1998 mill-NTOM?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif tidher fl-iskeda li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fgura — Triq Hompesch - Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jikkonfermali x-xogħol fuq Hompesch Road, Fgura se jibda fi żmien qasir u jistax ukoll jikkonferma li dan ix-xogħol għandu jiġi jiswa sew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ħarġet sejħa għal offerti biex Triq Hompesch, Fgura tinqala u tinbena mill-ġdid. Iż-żmien għal biex jingħalqu l-offerti jagħlaq fis-7 ta` Diċembru 1999. Wara li l-kuntratt jingħata wieħed jispera li x-xogħol jimxi kif jeħtieġ.
Leg 9 PQ #11206 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti jistudjaw ir-Russu

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti fil-livell sekondarju li qed jistudjaw ir-Russu bħala lingwa u dan għas-sena akkademika 1999/2000? Jista' l-Ministru jinforma wkoll lill-Kamra kemm hemm għalliema ta' dan is-suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għas-sena akkademika 1999-2000 hemm 9 studenti li qed jistudjaw ir-Russu bħala lingwa fil-Livell Sekondarju ta' l-Istat. Dawn huma mqassmin kif se nsemmi: Maria Reġina GJL, B'Bajda hemm 7 studenti Margaret Mortimer GJL, Sta Luċia hemm 2 studenti Dawn l-istudenti qegħdin jiġu mgħallma minn għalliema waħda li tattendi fiż-żewġ skejjel.
Leg 9 PQ #11207 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Auberge D'Anglettere — Kotba

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm flus intnefqu f'kotba li ntbagħtu lil-librerija reġjonali li hemm ġewwa l-Auberge d'Anglettere fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999? Jista' ukoll jinforma jekk kemm-il darba l-istess hijiex se tibda tiġi miftuħa b'ħinijiet differenti u possibbilment s-Sibt filgħodu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammonti ta' flus li ntefqu f'kotba għal-Librerija Reġjonali tal-Birgu kienu hekk: 1995 - Lm1000 1996 - Lm1000 1997 - Lm1000 1998 - Lm 800 1999 - Lm 500 Bħalissa l-Librerija Reġjonali tal-Birgu qed tkun miftuħa għall-pubbliku f'dawn il-ħinijiet: 1 ta' Ottubru - 15 ta' Ġunju: mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 8.30 ta' filgħodu sal-5.00 ta' filgħaxija 16 ta' Ġunju - 30 ta' Settembru: mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 8.30 ta' filgħodu sas-1.15 ta' wara nofs- in nhar. Qed isiru wkoll tentattivi flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Birgu biex il-Librerija tibda tiftaħ ukoll nofs ta' nhar filgħodu kull nhar ta' Sibt.
Leg 9 PQ #11208 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Monte di Pieta — Deheb

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm deheb depożitat taħt l-iskema ta' rahan f'idejn il-gvern fil-Monte di Pieta u jistax jinforma l-Kamra liema l-ixjeħ rahan ingħata li għadu veljanti u ma nġabarx?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar ta` Ottubru 1999 il-Monte di Pieta` kellu 11,551 depositu ta` raħan li fuqu avvanza s-somma totali ta` Lm551,889 liri Maltin. L-eqdem raħan miżmum fil-kustodju tal-Monte di Pieta` jmur lura għall-1984.
Leg 9 PQ #11246 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Kummissarju ta' l-Artijiet — Kalkara - Bieb is-Salvatur

Question

Jista' l-Ministru jinforma u jippreżenta lill-Kamra l-kuntratt, huwa ta' liema kwalita' jew tip hu, li hemm preżentament mill-Kummissarju ta' l-Artijiet fuq Bieb is-Salvatur ġewwa l-Kalkara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-artijiet fuq Bieb is-Salvatur ġewwa l-Kalkara ġew mogħtija b`ċens perpetwu fid-29 ta` Marzu 1958. Dan iċ-ċens ġie mifdi fis-27 ta` Jannar 1982. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja taż-żewġ kuntratti.
Leg 9 PQ #11247 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Lands Department — Kirjiet/ċnus

Question

In vista tat-tweġibiet parlamentari ta' numri 3332 u 3681 u dawk sussegwenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba kienx hemm żvilupp ġdid fuq dan il-każ u jekk issa ġiex identifikat sit alternattiv għal min qiegħed jokkupa din il-Fortizza ta' San Anard?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda żvilupp dwar il-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #3292 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern — Kotba stampati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba ġew stampati mill-istamperija tal-Gvern mill-1945 sal-lum, liema huma t-titoli tagħhom u kemm minnhom inbiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

B'riferenza għat-tweġiba, li ngħatat fl-14 ta' Jannar 1999, għall-mistoqsija numru 3292, qed nehmeż lista ta' pubblikazzjonijiet stampati mill-Istamperija tal-Gvern u fejn kien possibli n-numru ta' kopji stampati u mibjugħa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni. Kif diġa ġie nfurmat l-Onorevoli Membru, ma kienx possibbli li tinġabar l-informazzjoni kollha għall-perjodu kollu mill-1945 sa llum.
Leg 9 PQ #10946 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Xgħajra — Drenaġġ

Question

In vista ta' l-aħħar domanda parlamentari għar-rigward tal-pompa tad-drenaġġ li hemm fir-raħal tax-Xgħajra, fi Triq ix-Xatt, jista' l-Ministru jieħu ħsieb li matul iż-żmien tax-xitwa tiġi rranġata billi esternament hija malandata, estetikament hija kerha u t-tappiera hija mgħottija b'mod xejn tajjeb bi speċi ta' pjaniċi tal-konkos?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ ser jagħmel mill-aħjar biex din il-Pumping Station tiġi rranġata fix-xhur tax-xitwa. L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-elementi tan-natura f'din il-lokalita' huma ferm aggresivi, iżda ser isir sforz biex l-istruttura tinbidel b'mod li d-dannu mill-elementi jkun wieħed minimu.

Vannijiet tal-kiri — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm liċenzji maħruġa lil rent-a-car u self-drive garages għal vetturi tat-tip van li m'humiex mini vans iżda li jistgħu jġorru nies, fis-snin 1995,1996,1997,1998?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` vannijiet bojod liċenzjati f`dawn l-aħħar snin huma kif ġej: 1995 - Nil 1996 - Nil 1997 - Nil 1998 - 109

PTA — Courtesy buses

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm liċenzji maħruġa mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għall-courtesy buses ta' kull tip fis-snin 1995,1996,1997 u 1998?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` liċenzji maħruġa mill-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku għal `courtesy buses` Kien: 1995 - 4 1996 - 4 1997 - 8 1998 - 4

Port il-Kbir — Barklora

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx faċilitajiet tajba biżżejjed għall-barklora li jaħdmu fil-Port il-Kbir biex iniżżlu l-passiġġieri, billi jidher li fil-moll ta' ħdejn id-Dwana tal-Belt dan m'huwiex adegwat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa m`hemmx postijiet oħra fil-port fejn jaħdmu l-barklora ħlief il-moll ta` ħdejn id-dwana.

Sajd — Sajjieda f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm hemm sajjieda fulltime u part-time reġistrati li huma reġistrati fil-portijiet tal-gżira ta' Għawdex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-portijiet tal-gzira ta' Għawdex għandna 130 sajjied full-time u 228 sajjied part-time.

Bdiewa — Bdiewa reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm hemm bdiewa fulltime u part-time reġistrati li joqogħdu Għawdex u Kemmuna u kemm minnhom huma taħt il-45 sena u kemm fuqhom? Jista' jara li din l-informazzjoni tingħata raħal b'raħal?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta'bdiewa reġistrati mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ huwa Kemmuna xejn u Għawdex kif ġej: Fulltime: 203 Partime: 225 * L-eta tagħhom huwa kif ġej: Taħt-il 45 sena: 160 L-fuq minn 45 sena: 268 Dawn joqogħdu f'dawn il-lokalitajiet: Fontana 5 Għajnsielem 24 Għarb 28 Għasri 12 Kerce m 47 Mgarr 8 Munxar 3 Nadur 71 Qala 19 San Lawrenz 23 Sannat 19 Santa Lucia 3 Victoria 38 Xagħra 65 Xewkija 38 Żebbuġ 23 Għam mar 2 *Persentaġġ żgħir tal-bdiewa part-time huma rreġistrati mal-E.T.C. Skond iċ-ċensiment ta' l-Agrikoltura ta' l-1991 f'Għawdex kien hemm 4846 bdiewa part-time (li minnhom 1332 kienu taħt l-40 sena) imqasma raħal raħal hekk: Għarb 241 Għasri 122 Żebbuġ 362 Xagħra 861 San Lawrenz 158 Kerċem 383 Victoria 494 Nadur 826 Qala 301 Munxar 106 Sannat 268 Xewk ija 544 Għajnsielem 180
Leg 9 PQ #10940 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera Rehabilitation Committee

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jibgħat uffiċjali mill-Cottonera Rehabilitation Committee ġewwa Triq il-Pelligrinaġġ, Bormla, sabiex jiġi investigat jekk huwiex possibbli li din it-triq tiġi trasformata għal waħda inqas wieqfa bl-introduzzjoni ta' taraġ, u dan billi numru ta' residenti anzjani qed isibuha diffiċli ħafna sabiex jużawha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-talba ta' l-Onor Interpellant se tkun investigata.
Leg 9 PQ #10941 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita' tat-Turiżmu — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il uffiċċju għandha l-Awtorita' tat-Turiżmu barra minn Malta, kemm hemm impjegati jaħdmu hemm u kemm flus intnefqu f'dawn fis-snin 1996, 1997 u 1998 mill-NTOM?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10942 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xgħajra — Fortizza Della Grazzja

Question

In vista ta' domandi parlamentari preċedenti, jista' l-Ministru jikkonsidra li jibgħat uffiċjal biex jeżamina u jagħmel studju rigward il-ħsarat li għandha l-Fortizza della Grazzja ġewwa x-Xgħajra?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli tweġiba tingħata f'Seduta oħra.
Leg 9 PQ #10943 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Libreriji Pubbliċi — Kotba bl-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm intnefqu flus sena b'sena f'kotba bil-lingwa Ingliża għal-libreriji pubbliċi tul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul dawn l-aħħar ħames snin intefqet is-somma totali ta' Lm123,124 f'kotba bil-lingwa Ingliża, li kienet imqassma hekk sena b'sena: 1995 - Lm33,261 1996 - Lm29,627 1997 - Lm29,202 1998 - Lm20,634 1999 - Lm10,300
Leg 9 PQ #10944 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birgu — Palazz ta' l-Inkwiżitur - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol sar s'issa tul din is-sena fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur ġewwa l-Birgu u jekk hemmx ikkonsidrat li jkun hemm materjal informattiv li jista' jinbiegħ?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.