In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 3292, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġie jiswa l-ktieb "Il-Ħajja ta' Rużar Briffa" ta' Oliver Friggieri? Kemm daħlu flus mill-bejgħ ta' l-istess, senjatament fl-aħħar fiera tal-ktieb miżmuma f'Novembru 1999? Jista' l-Prim Ministru jara ikunx hemm sforz biex dawk li għad fadal jiġu mibjugħa?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-ktieb Il-Ħajja ta' Ruzar Briffa ġie ppubblikat fl-1984 imma ma nżammewx records dwar kemm ġie jiswa. Il-ktieb jinbiegħ għal prezz ta' 50c u d-dħul totali mill-bejgħ tiegħu kien ta' Lm127.50.
Fil-Fiera tal-Ktieb ta' Novembru 1999 nbiegħu tnejn.
Is-suġġeriment magħmul fl-aħħar parti tad-domanda ser jiġi kkunsidrat.
In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 3292, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġie jiswa l-ktieb "The Castellania Palace" ta' Paul Cassar? Kemm daħlu flus mill-bejgħ ta' l-istess, senjatament fl-aħħar fiera tal-ktieb miżmuma f'Novembru 1999? Jista' l-Prim Ministru jara jistax ikun hemm sforz biex dawk li għad fadal jiġu mibjugħa? F'din id-direzzjoni, jista' wkoll jara jekk dan il-ktieb jistax jiġi mqiegħed għal bejgħ fil-mużewijiet u palazzi storiċi kollha, inkluż fl-istess wieħed?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-ktieb Castellania Palace li ġie ppubblikat fl-1988 ġie jiswa Lm169 u jinbiegħ għal prezz ta' 75c.
Fil-Fiera tal-Ktieb ta' Novembru 1999 ma sarx bejgħ ta' l-istess ktieb.
Is-suġġeriment magħmul fl-aħħar parti tad-domanda ser jiġi kkunsidrat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal il-bini ta' Borża ġdida ġewwa l-Belt fuq Kastilja u kemm flus s'issa ġew minfuqa fuq dan?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ix-xogħol strutturali li qed isir fuq il-Garrison Church għall-użu tal-Borża ta` Malta beda f`Ġunju li għadda. L-ewwel fażi kienet tikkonsisti fit-tneħħija tal-ħitan diviżorji eżistenti u xogħol ieħor preparatorju li kien jinkludi l-iskafolding li sar fil-Castille Chambers biex iservi ta` support għaċ-Chambers stess kif ukoll għall-bini. Preżentement waslet biex titlesta l-eżkavazzjoni tas-sit u beda x-xogħol tat-tħaffir fil-Barrakka ta` Fuq biex ikunu jistgħu jgħaddu s-servizzi. Dan ix-xogħol mistenni jispiċċa lejn l-aħħar ta` Diċembru 1999. Hu maħsub li f`Jannar jibda x-xogħol fuq l-istruttura prinċipali minn ġewwa.
S`issa ntefqu madwar Lm90,000 fuq il-bini l-ġdid tal-Borża. Dan jinkludi ħlas fuq ix-xogħol li sar u fees tal-periti u konsulenti oħra. Il-proġett kollu li jinkludi r-restawr tal-bieb prinċipali tal-Barrakka (main gate) u l-ispostjar tal-latrini li jinsabu fl-entratura ser jiswa madwar Lm1 miljun, minbarra l-VAT li hi stmata madwar terz ta` miljun.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jiġi suġġerit li fi żmien mhux 'il bogħod il-kamra tal-gwardjan, f'dak li kien qabel l-isptar ta' Bighi l-Kalkara u li hija magħmula fuq disin ta' skorfina, jiġi lilha restawrat is-saqaf ta' l-injam billi jidher li ser iċedi?
Response (GALEA, LOUIS)
Jekk l-Onor. Membru qiegħed jirreferi għal dik li hi magħrufa bħala s-Smoking Shed li tinsab quddiem l-East Wing ta' l-Ex Sptar Navali ta' Bighi, ninsab informat li r-restawr ta' dan il-bini hu pprogrammat għal tard fis-sena 2000 bħala parti mis-serje ta'xogħlijiet ta' restawr li qiegħed isir fil-kumpless ta' Bighi. Ir-riċerka fuq dan il-bini diġa' sar, il-pjanti huma mħejjija, u l-injam mixtri. Li jonqos hu l-mano d'opera li għaliha wieħed irid jistenna sakemm jitlestew xogħlijiet b'aktar prijorita`. L-Onor. Membru jkun jista' jiġi nformat aħjar meta jinbdew u jitlestew ix-xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm għandu f'idejh flus preżentement il-kontrollur tad-Dwana li ġew riċevuti taħt is-sistema ta' l-hekk imsejħa importazzjoni temporanja u liema huwa l-ixjeħ depożitu li sarlu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`hux possibbli li tingħata informazzjoni dwar l-ammont ta` flus li għandu f`idejh preżentement il-Konrollur tad-Dwana fuq importazzjoni temporanja billi d-depożiti li jinġabru għal diversi raġunijiet, jidħlu f`akkont wieħed. Minbarra depożiti fuq importazzjoni temporanja, hemm dawk fuq valwazzjoni, fuq merkanzija minn emigranti sakemm jippreżentaw id-dokumenti meħtieġa, fuq oġgetti li jkunu jeħtieġu ċertifikati minn Dipartimenti oħra tal-Gvern, fuq importazzjonijiet li fuqhom ikun jonqos iċ-ċertifikat ta` oriġini (EUR 1) u xi depożiti oħrajn.
Normalment, depożiti fuq importazzjonijiet temporanji jitgħaddew għall-erarju minn żmien għal żmien meta l-proċess ta` ri-esportazzjoni ta` l-oġġetti ma jseħħx.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-bini tad-Dwana ġewwa x-xatt tal-Belt jiġi vvakat mill-kontrollur tad-Dwana billi l-ewwelnett l-ispazju huwa inadegwat għall-ħaddiema u t-tieni nett għax il-valur storiku tal-post jitlob li jkollu użu aħjar?
Response (DALLI, JOHN)
S`issa ma nħassx il-bżonn li l-bini tad-Dwana jkun ivvakkat iżda l-punti mqajma mill-Onorevoli Interpellant jittieħdu inkunsiderazzjoni meta u jekk jinbidlu xi ċirkustanzi.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li Artikolu 355 subartikolu (a) tal-Kodiċi Kriminali Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta' Malta jiġi emendat sabiex il-pieni nvoluti jiġu mibdula sabiex jirrappreżentaw iż-żmenijiet tal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Naħseb li l-Onor. Interpellant qed jiċċita l-artikolu żbaljat.
In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 10941, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienet il-ħidma ta' l-Uffiċċju ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu, qabel ta' l-NTOM, ġewwa l-Awstria barra minn Malta fis-snin 1997 u 1998?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li f'dawn l-aħħar snin, l-'N.T.O.M.' dejjem ħejjiet 'Marketing Plan' ġol-Ġermanja, l-Awstrija u Franza, fost swieq oħra.
L-għan ta' dawn l-uffiċini huwa li jħaddmu l-'Marketing Plan', li tikkonsisti f'
- kampanja ta' riklamar;
- relazzjonijiet pubbliċi;
- attendenza ta' fieri;
- għajnuna promozzjonali lit-'tour operators' li jaħdmu ma' Malta; u
- programmi ta' promozzjoni tas-suq tal-konferenzi, inċentivi u
'special interest travel'.
Dawn l-uffiċini kellhom u għad għandhom l-għan ukoll li jagħtu tagħrif dwar Malta, kemm lill-konsumaturi kif ukoll lill-operaturi fis-settur. Dan kollu jsir sabiex jintlaħqu l-miri ta' l-'M.T.A.' rigward diversifikazzjoni, kwalita' u volum li jkunu mfassla kull sena bil-quddiem.
Dwar il-karigi u l-funzjonijiet tal-ħames impjegati ġewwa l-uffiċċju ta' Frankfurt, tajjeb li jingħad li dan l-uffiċċju hu responsabbli għax-xogħol kollu li jsir ġol-Ġermanja, l-Isvizzera, l-Awstrija, l-Polonja, l-Ungerija, r-Repubblika Ċeka, r-Repubblika Slovakka u s-Slovenja.
Id-Direttur Malti hu responsabbli għal kull ma jsir. Għandu l-għajnuna ta' żewġ 'Marketing Assistants', 'Administrative Assistant' u persuna li tieħu ħsieb l-impustar ta' tagħrif lill-konsumaturi u aġenti ta' l-ivvjaġġar li fil-Ġermanja jikkonsisti f'volum konsiderevoli.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal ix-xogħol u l-ħidma ta' restawr li hemm bżonn isir ġewwa l-Palazz tal-Gran Mastri fl-Imdina fejn hemm il-Mużew ta'l-Istorja Naturali?
Response (GALEA, LOUIS)
In segwitu tat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 4025 u 4905, informat li tkomplew ix-xogħlijiet ta' restawr fuq in-naħa ta' wara tal-Palazz Vilhena. Din in-naħa ġiet imnaddfa kollha u mogħtija konkos u qatran biex jisgura li ma jkomplix joskula l-ilma u jżid il-ħsara li kienet qegħda ssir fuq is-swar.
Informat ukoll li ingħata qatran fuq dawn is-swali tal-palazz Vilhena fejn il-qatran oriġinali kien tmermer biż-żmien. Bħalissa x-xogħol huwa wieqaf, biss sejjer jitkompla fis-sena finanzjarja l-ġdida, meta tiġi trattata l-faċċata prinċipali u l-bitħa majestuża ta' dan il-palazz.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti li qed jistudjaw il-Latin din is-sena akkademika 1999/2000? Kemm hemm preżentement għalliema ta' dan is-suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena akkademika 1999/2000 ma hemmx studenti li qed jistudjaw il-Latin. Konsegwentament m'hemmx preżentement għalliema jgħallmu dan is-suġġett.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex maħsub u proġettat li s-saqaf sabiħ u ta' valur li riċentement inqala' u li kien hemm fejn ġejja l-Borża, jerġa' jitqiegħed f'postu għax m'hemmx post ieħor fejn jista' jsir u jekk le, jintilef kompletament għal dejjem?
Response (DALLI, JOHN)
Is-soffit tal-Garrison Church (ex-Mailing Room) ġie maqlugħ skond il-permess li nħareġ mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u wara diskussjonijiet ma` l-Awtorita` stess, mal-Valletta Rehabilitation Committee u mal-Heritage Committee. Bis-saħħa t`hekk setgħu jinkixfu t-travi ta` l-injam (trusses) li huma uniċi f`Malta w li kienu mgħottija bis-soffit. Tajjeb li wieħed isemmi li fil-fatt it-travi (trusses) huma oriġinali għal bini, waqt li s-soffit tqiegħed numru ta` snin wara.
Kien maħsub li parti mhux ħażin tas-soffit kellu jitqiegħed f`sala għall-konferenzi ppjanata fil-premises il-ġodda, iżda s-soffit instab li huwa mmermer u f`kundizzjoni ħażina ħafna w il-periti qiegħdin jaraw kemm u kif fil-fatt jista` jintuża minnu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba uffiċjali ta' l-Awtorita' tad-Djar humiex qed jattendu ġewwa l-Kunsilli Lokali ta' Bormla, il-Birgu, Senglea, il-Fgura, il-Kalkara u x-Xgħajra u jekk iva, jistax jiġi indikat il-ħin ta' l-attendenza tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-"Customer Care Unit" ta' l-Awtorita' tad-Djar tattendi f'dawn il-lokalitajiet kif ġej:
Bormla - L-ewwel Tnejn tax-xahar
Birgu - It-tieni Tnejn tax-xahar
Isla - It-tielet Tnejn tax-xahar
Kalkara - Ir-raba' Tnejn tax-xahar
Dan il-"Unit" ikun miftuħ f'dawn il-lokalitajiet fil-ġranet imsemmija bejn is-2.00 p.m. u l-4.00 p.m.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx xi żvilupp fl-investigazzjoni rigward l-allegat serq ta' mappa antika ta' Għawdex mill-Biljoteka Nazzjonali tal-Belt li rapport dwarha kien deher fil-ħarġa tal-31 ta' Marzu, 1998 fil-gazzetta lokali "The Times"?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li wara li l-pulizija għamlu l-investigazzjonijiet tagħhom it-tfittxija rriżultat fin-negattiv.
In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 3292 minn fejn jirriżulta li hemm numru ta' dokumenti/diskorsi ta' ċertu importanza u rilevanza, jikkonsidra l-Prim Ministru li kopja tagħhom titqassam lil-libreriji, lill-kunsilliera, segretarji tal-kunsilli lokali, l-iskejjel primarji u sekondarji u li għar-rimanenti dawn jitqiegħdu għall-bejgħ? Jikkonsidra wkoll li din il-proċedura tibqa' tiġi segwita għal kull dokument ieħor hekk ippubblikat?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Fil-maġġoranza tal-każi, id-dokumenti u diskorsi mitbugħa jkunu limitati skond il-ħtieġa taċ-ċerimonja jew okkażjoni, u jiġu mqassma lill-mistednin u lill-Media waqt l-istess okkażjoni.
Is-suġġeritment ta' l-Onorevoli Nterpellant jista' jiġi ikkunsidrat, jekk jirriżulta li hemm kopji biżżejjed ta' diskorsi/dokumenti li ġa ġew mitbugħa.
Kopji ta' kull pubblikazzjoni huma miżmuma fil-Librerija tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.
Jista' l-Ministru jara jekk kemm-il darba l-kappelli li hemm f'Ħal Qormi, senjatament dik magħrufa bħala Santa Katerina, għandhomx xi kaxxi tal-Maltacom p.l.c. mwaħħlin magħhom jew humiex qegħdin viċin tant li jikkaġunaw ħsara u jkerrħu l-ambjent?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm fabbriki li preżentement m'huma okkupati minn ħadd jew li fihom waqfet il-produzzjoni ġewwa z-zona industrijali ta' Kordin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-fabbriki vojta fiz-zona industrijali ta` Kordin huma kollha okkupati jew qeghdin fil-process li jigu allokati. L-unika fabbrika li ghadha mhix allokata hija dik li nqasmet f`hafna `units` zghar li ghandhom iservu ghal progett li hemm mahsub.
Jista' l-Ministru jara jekk kemm-il darba huwiex possibbli li l-biċċa art li hemm f'idejn l-Enemalta fiz-zona industrijali ta' Kordin u li kienet tiġi wżata bħala post fejn jintremew biċċiet ta' l-arbli eċċ. u li waqgħet in diżużu tiġi debitament imnaddfa u okkorrendo mogħtija għal skopijiet verament industrijali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-preżent l-Enemalta qed tistenna evalwazzjonijiet u permessi mingħand dipartimenti u entitajiet tal-Gvern biex tkun tista' tagħmel użu aħjar mill-art li għaliha qed issir referenza. Tajjeb jingħad li fuq din l-art l-Enemalta diġa għamlet ċertu investiment u għalhekk għandha bżonnha biex issostni dan l-investiment.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm intnefqu flus sena b'sena f'kotba bil-lingwa Spagnola għal-libreriji pubbliċi tul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-flus li ntefqu biex inxtraw kotba bil-lingwa Spanjola għal-libreriji pubbliċi tul dawm l-aħħar ħames snin huma:
1995 - Lm354
1996 - Lm332
1997 - Lm324
1998 - Lm236
1999 - Lm184
Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra f'liema pożizzjoni jinsab il-proġett għal tiżbih tat-tempju ta' Ħaġar Qim?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħlijiet ta' titjib fil-preżentazzjoni ta' Ħaġar Qim li kienu pproġettati għal din is-sena, issa twettqu. Ix-xogħlijiet imwettqa jinkludu l-ħolqien ta' sistema ta' sigurta` ġdida għas-sit li ġiet disinjata biex tipproteġi s-sit mingħajr ma tagħti fil-għajn; It-tneħħija ta' għeluq qadim u msaddad li kien viċin wisq tat-tempju u kien qiegħed ikerraħ il-post; il-ħolqien ta' passaġġ ta' l-injam biex jippermetti l-viżitaturi biex jgħaddu minn ġot-tempju mingħajr periklu għalihom jew sogru ta' ħsara lit-tempju; il-ħolqien ta' sistema ta' ħbula biex tindika lill-pubbliku ż-żoni fejn m'għandhomx jirfsu; arranġament ġdid u aktar effiċjenti sabiex jinxtraw u jiġu kkontrollati l-biljetti tad-dħul.
Fil-preżent qegħdin isiru xogħlijiet finali ta' tindif.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm u kien hemm impjegati u f'liema gradi ġewwa l-Awtorita'tat-Trasport Pubbliku fis-snin 1997, 1998 u 1999?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-impjegati li kellha magħha l-Awtorita`
dwar it-Trasport Pubbliku fl-aħħar ta` Settembru 1997,1998
u 1999 kienu dawn:
Staff Amministrattiv:
KARIGA 1997 1998 1999
General Manager 1 1 1
Consultant to Authority 1 - -
Operations Manager 1 1 1
Assistant Operations Manager 2 2 2
Technical Manager 1 1 1
Research & Development Manager 1 1 1
Manager - 1 1
Public Relations Officer 1 1 1
Assistant Technical Manager - 1 1
Engineering Inspector 1 - -
Accounts Officer 1 1 1
Operations Clerk 2 2 2
Secretarial Assistant 1 1 1
Clerk 3 2 1
Assistant Clerk-Receptionist - 2 4
Assistant Vehicle Inspector - 1 1
Messenger-Handyman-Security 2 1 1
Cleaner 1 - -
Total f`Malta u Għawdex 19 19 20
Impjegati fuq barra:
Senior Enforcement Officer 6 6 6
Enforcement Officer 27* 30* 30*
Supervisor Transport Assistant 6 7 7
Transport Assistant 94 91 87
Total f`Malta u Għawdex 133 134 130
*Enforcement Officer hu sekondat mad-Dipartiment ta` l-Edukazzjoni b`responsabilta` għat-trasport ta` l-istudenti fl-iskejjel Statali. F`kull sena, minn dawn l-impjegati l-Awtorita` kellha xi wħud mislufa f`Ministeri. Bħalissa hemm tnejn li jinsabu f`unpaid leave peress li jinsabu b`kuntratt fis-Segretarjat ta` Ministeri.