Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu ^mid-dipartiment sabiex studenti li jagħżlu li jieħdu l-Latin bħala suġġett jiġu ^effettivament mgħallma dan u mhux jiġu disważi, bħalma ġara fi snin oħra, milli ^jieħdu dan taħt l-iskuża li l-klassi se tiġi maqsuma?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħlijiet saru ġewwa l-Monte' di Pieta', Strada Merkanti, Valletta u kemm flus intnefqu f'dan ir-restawr u abbelliment?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istat ta abandun u ta telqa fil-fergha tad-Dipartiment tat-Taxxi Nterni, l-Capital Transfer Duty Division fil-Monte di Pieta kien ilu jinhass. Ghalhekk inghata bidu ghall-progett ta rijabilitazzjoni u ristawr tal-fond numru 46 Triq il-Merkanti, Valletta, bl-iskop ewlieni li l-amenitajiet ambjentali jitjiebu kemm ghall-haddiema tad-dipartiment kif ukoll ghall-pubbliku in generali li jkollu bzonn izur dan id-dipartiment.
Wara li nghata permess mill-Awtorita tal-Ippjanar beda x-xoghol ta ristawr li kien jinkludi tindifa generali tal-fond, fejn thallew u sahansitra anki nkixxfu l-karrateristici originali tal-fond. Tqaxxret hafna miz-zebgha mill-hitan li parzjalment thallew fuq il-gebla u ohrajn inzebghu u bhekk inholoq kuntrast helu - sar xoghol fuq saqaf ewlieni tal-entrata li kien kollu lavur. Kienu mikxufa arkati li kienu bblokati mal-milja tas-snin u bhekk nkixfu. Inbidel hafna mill-madum miksur izda nzamm still antik ta madum biex jikkomplementa l-ambjent tal-post. Xi travi thallew fuq l-injam u ohrajn inzebghu bkuluri addattati. Instabet rokna wkoll minfejn ikun jista jintrama u jintuza lift minghajr ma jistona biex l-ufficcju kollu jkun jista jintlahaq minn kulhadd. Tnehha l-aluminium kollu li ma kienx addatat mal-ambjent u kien sostwit binjam. Tnehhew il-partitions li kienu johonqu l-ispazju ristrett u jifgaw l-ambjent.
Tbiddel il-plumbing kollu tad-dipartiment kif ukoll bdiet tinbidel is-sistema tal-elettriku li kienet ta periklu kontinwu. Sar dawl addatat mal-post. Qed isiru toilets godda biex jissostitwixxu ohrajn fi bnadi mhux addatati. Se jitwaqqghu t-toilets il-qodma biex l-ufficcju kollu jkun aktar imdawwal minn bitha interna li prattikament kienet tokkupa t-toilets ta qabel. Zdiedu ukoll xi air-conditioners fi kmamar minghajr distinzjoni.
Inbniet kamra fuq is-sular ta fuq minhabba li nhasset il-htiega ta espansjoni tal-ufficcju u liema kamra nzammet fuq l-istess stil tal-fond kollu.
Kull ufficcju li qed ikun ristawrat qed ikun mghammar bdesks addattabli godda li jghoddu ghaz-zmenijiet tal-lum.
Sadanittant inhasset il-htiega wkoll li jinghata bidu ghall-komputerazzjoni tal-attivita kollha ta dan id-dipartiment. L-infrastrattura kollha tal-komputerazzjoni tlestiet waqt li ghaddej ix-xoghol ta ristawr u bdiet ukoll britmu l-organizzazzjoni - il-fergha kienet nieqsa minn kull informazzjoni teknologika u kien ilu jinhass il-bzonn li l-attivita tad-dipartiment tkun komputerizzata.
Imma l-akbar sodisfazzjon hu li prattikament ix-xoghol kollu li sar professjonalment breqqa kbira sar mill-haddiema industrijali tal-istess dipartiment. Izda qatt ma naqas l-intervent minn wiehed mill-periti tal-Gvern li hu mixhut fuq ir-ristawrar tal-antikatijiet .
L-ispiza totali sa issa lahqet madwar hamsa u erbghin elf lira.
Jista' l-Ministru, in vista, tad-domanda parlamentari numru 13727, jinforma lill-Kamra kemm hemm preżentement kwestjonijiet pendenti ta' capital gains tax u kemm ġew meħlusa minnhom mill-15 ta' Frar, 2000 sat-30 ta' Ġunju, 2000?
Response (DALLI, JOHN)
Narraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' każijiet pendenti hu ta' 3418. Bejn il-15 ta' Frar u t-30 ta' Ġunju inħadmu 2650
Jista' l-Ministru, in vista, tad-domandi parlamentari preċedenti jinformana l-Kamra f'liema pożizzjoni jinsab il-bini tal-Borża l-ġdida u jistax jaġġorna l-Kamra fuq il-miżuri li ttieħdu sabiex is-saqaf ta' l-injam jiġi effettivament preservat?
Response (DALLI, JOHN)
Narraf lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat li x-xool fuq il-bini l-ġdid tal-Borża jinsab fit-tieni fażi, jiġifieri issa beda x-xool fuq l-istruttura nterna li sa tkun komposta minn frame ta' l-azzar. Qed isir xool ukoll dwar is-substation u t-toilets pubbliċi qdin jiġu spostati sabiex tinata dehra ġdida all-entratura tal-Barakka ta' Fuq.
Kif diġa' ntqal fir-risposta all-PQ 11852 il-parti tas-soffit li nstab f'kondizzjoni tajba qed jinżamm fiċ-Chambers taħt l-istess bini sabiex jerġa jintuża f'Conference Room maħsuba fi ħdan il-bini stess.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, in vista tad-domandi parlamentari preċedenti, jekk sarx xi avvanz fil-ħlas tal-proprjetarji tal-postijiet li fuqhom inbnew il-flats ġodda tal-gvern tal-Mina ta' Santa Liena, Bormla. Jista' wkoll jinforma lill-Kamra għar-rigward tal-proċeduri li għaddejjin għar-rigward pagamenti ta' proprjeta' esproprijata ta' St. John street, Bormla?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li sar avvanz fil-ħlas dovut lill-proprjetarji tal-postijiet li ġew esproprijati fejn flokhom illum hemm il-flats il-ġodda tal-mina ta` Santa Liena u dawk ta` St. John Street f`Bormla.
Sal-lum ġew ippublikati il-kuntratti tal-akkwist ta` dawn il-fondi : -
TRIQ FONDI
---- -----
Eagle Street 9, 36, 42
Hanover Street 12
Triq il-Madonna tal-Grazzja 18
Triq Mariano Gerada 3, 7/8
Triq San Mikiel 3, 4
St. John Street 79, 80, 82, 83, 84, 86, 88,
90, 94/95
Rigward il-fondi l-oħra li ġew dikjarati meħtieġa għall-skop pubbliku ninsab infurmat li qegħdin jittieħdu l-passi neċessarji biex isiru r-riċerki u xi wħud minn dawn waslu fil-final biex joħroġ l-Avviż għall-Ftehim. Hemm każi oħra fejn id-Dipartiment għadu qiegħed jistenna xi informazzjoni mis-sidien sabiex jitlestew ir-riċerki.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi żviluppi kien hemm għar-rigward tar-rapport dwar ix-xandir minnu debitament preżentat fil-bidu tas-sena senjatament ukoll in vista tad-dikjarazzjonijiet minnu magħmula f'din id-direzzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Jidhirli li fil-qasam tax-xandir pubbliku wasal iż-żmien li mill-istudji naslu għall-azzjoni. Minħabba f'hekk qed naħdem biex jitfassal pjan strateġiku u ta' azzjoni għar-ristrutturazzjoni tax-xandir pubbliku f'pajjiżna.
Il-ħidma fuq dan il-pjan bdiet wara li sar studju tar-rapport elaborat li sar mis-Centre for Communication Technology ta' l-Universita` dwar ridefinizzjoni tar-rwol tax-xandir pubbliku tar-rapport li sar mill-Bord tal- PBS, u tar-reazzjonijiet oħra li ngħataw. Fit-tfassil ta' dan il-pjan il-Gvern nixtiequ ninvolvu oqsma differenti, inkluż dawk politiċi, għax nemmen li aktar ma jkun hawn konsensus dwar il-bdil dan aktar jista' jirnexxi.
Nittama li nkun nista' nressaq dan il-pjan quddiem il-Kabinett fi żmien mhux imbiegħed.
Il-Gvern jagħraf ukoll li fil-qasam tax-xandir pubbliku hemm problemi ta' natura teknika, organizzattiva u finanzjarja. Dwar dawn il-problemi l-PBS, fuq talba tiegħi, diġa' ħejjiet pjan ta' azzjoni li partijiet minnu diġa' bdew jinħadmu u li l-aspetti l-aktar relevanti tiegħu jitħabbru fi żmien qasir.
Il-Gvern talb ukoll lil Malta University Services biex tgħin fit-tfassil ta' dan il-pjan ta' implimentazzjoni permezz ta' konsulenza u riċerka. Il-Malta University Sevices ħatret lil Fr Joe Borg, lecturer fl-istudji tal-komunikazzjoni fl-Universita`, biex jagħti din l-għajnuna.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma u fl-istess ħin jikkonferma, u dan b'referenza partikolari għall-file numru HCM 00/0392 tas-sezzjoni tal-Housing Construction & Maintenance li ma hemm ebda ħsieb li xi partijiet minn St.Mark Street, Bormla (senjatament il-fond 53) ser jiġu mwaqqa'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nikkonferma li l-fond 53, St Mark Street, Bormla mhuwiex ser jitwaqqa' bhala parti mill-progett ta' "Slum Clearance".
Jista' l-Ministru jibgħat uffiċjal tiegħu sabiex il-grotta magħrufa bħala Tas-Sirena fil-belt Sengleana tiġi mdaddfa u mixgħula tajjeb minn ġewwa? Huwiex possibbli ukoll li l-lapida li kien hemm fuqha terġa' titqiegħed?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser niddiskuti ma' sħabi l-Ministri li għandhom x'jaqsmu mas-suġġett, kif ukoll mad-Direttur tal-Mużewijiet u flimkien naraw x'għandu jsri.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-fond imwaqqa' fl-aħħar gwerra dinjija u li għadu hekk sal-lum li jġib in-numru 25/26 Triq is-Sirena, Senglea huwiex f'idejn jew jistax jaqa' taħt id-Direttur ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali jew l-Awtorita' tad-Djar billi jista' jippresta ruħu għal bini ta' appartamenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li dan is-sit, li huwa privat, diffiċli jiġi żviluppat minħabba li m'hemmx aċċess għall-krejn biex ikun jista' jsir ix-xogħol. B'hekk s'issa mhux previst li dan is-sit jiġi exproprijat biex jintuża għall-skop ta' housing.
Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li l-ħajt imwaqqa' wara inċident tat-traffiku fil-Kalkara, inti u tiela' lejn Bighi, jiġi minnufih imsewwi billi huwa ta' perikolu għas-sewwieqa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li din l-azzjoni ser tittieħed mill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta ser ikun tlesta x-xogħol li diġa' nbeda fuq it-triq tax-xatt li tieħu mill-Kalkara għall-Birgu u li waqgħet fix-xitwa? Jista' jinforma lill-Kamra kemm dan sejjer jiġi jiswa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant qed isir mid-Diviżjoni tax-Xogħolijiet fuq inkarigu tad-Dipartiment tat-Toroq.
Ix-xogħol hu stmat li ser jiswa madwar Lm80,000 u hu mistenni li jieħu tnax-il ġimgħa.
Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li l-ġnien żgħir li hemm quddiem l-uffiċċju preżenti tal-Kumitat tar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera jiġi mnaddaf?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Hu maħsub li dan il-ġnien jiġi mnaddaf hekk kif xogħol ieħor li hu għaddej u li huwa ta' natura urġenti jkun lest. Nispera li dan it-tindif jibda f'qasir żmien.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bix-xogħol li sar fuq il-Kappella tal-Madonna tas-Sokkors ġewwa Bormla u jistax ukoll jieħu ħsieb li l-lapida li hemm tiġi mnaddfa u mdawwla? Jikkonsidrax li jagħmel mill-post uffiċjali għall-informazzjoni tat-turisti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera ħa ħsieb li jnaddaf il-faċċata ta' l-entratura ta' din il-Kappella li kienet sewda faħma. Barra minn hekk sar studju dwar il-kappella, l-istorja tagħha u dwar x'jista' jsir. Għar-rigward tal-lapida din għandha titnaddaf. Se nara x'jista' jsir għar-rigward tad-dawl.
Għar-rigward ta' l-użu tal-post il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera kien xhur ilu talab l-opinjoni tal-Kunsill Lokali ta' Bormla u għadu qed jistenna risposta.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra bix-xogħol li sar tul dawn l-aħħar snin fuq il-Mina ta' Santa Liena, Bormla u jistax jieħu ħsieb li l-lapida li hemm fuq quddiem tiġi mnaddfa u mdawwla mal-lejl? Jista' l-Ministru ukoll jieħu ħsieb li din il-mina tiġi mnaddfa mill-ħmieġ tad-duħħan tal-karozzi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera għandhom proġett sħiħ għall-Mina ta' Santa Liena. Għandi l-pjaċir ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadha kemm ħarġet sejħa għal offerti għall-ewwel fażi ta' dan il-proġett. Dan il-proġett jinkludi t-tneħħija tas-swidija li hemm, restawr, sistema ġdida ta' dawl, titjib fid-dehra kollha tal-madwar. Meta jitlesta l-proġett kollu din il-mina mportanti tingħata d-dehra li jixirqilha. Il-proġett kollu għandu jieħu madwar sena biex jitlesta.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra bix-xogħol li sar f'dan l-aħħar ġimgħat ta' tindif mill-ħaddiem tad-Dipartiment ta' l-Ambjent ġewwa Bormla u jistax jieħu ħsieb Bieb il-Polversita ukoll ssir?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Interpellant li sar mill-Unit Għal Ambjent Nadif kien jikkonsisti f'tindif ta' ħaxix ġo, Triq Għajn Dwieli, San Ġwann T'Għuxa, Triq Verdala, Triq Cospicua u Triq Ġublew tal-Fidda.
Saru tiswijiet ta' centre-strips u roundabouts u dawn ġew ukoll miżbugħa, filwaqt li twaħħlu reflectors mal-crash barriers tal-Mina ta' Bormla. Saret manutenzjoni inkluż żebgħa fil-Bus Shelters.
Dwar tindif ħdejn il-bieb ta' Polverista, dan huwa wkoll inkluż fil-programm tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra bix-xogħol li sar f'dan l-aħħar ġimgħat ta' tindif mill-ħaddiem tad-Dipartiment ta' l-Ambjent ġ.ewwa l-Kalkara u jistax jieħu ħsieb li ħajt tas-sejjieħ jiġi mibni f'partijiet ta' Triq is-Salvatur?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ix-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Interpellant li sar mill-Unit għal Ambjent Nadif kien jikkonsisti f'tindif, qtugħ ta' ħaxix u tneħħija ta' kull tip ta' skart minn art mhux mibnija ġo Triq il-Kapuċċini.
Ix-xogħol sar fi żmien tlett ijiem u tneħħew madwar tletin truck. Ġie rranġat ukoll parti mill-ħajt li jdawwar din l-art, u tneħħa wkoll il-ħaxix li kien hemm f'din it-triq.
Rigward il-ħajt tas-sejjieħ li jrid jinbena f'partijiet ta' Triq is-Salvatur, it-talba ser tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jara li d-dawl diġa' approvat u l-arbli wkoll installati li qegħdin fil-parti li qiegħda quddiem il-Maċina, Senglea fuq in-naħa tal-lemin inti u dieħel fil-bieb ta' Dock No. 1 jiġi debitament installat sabiex ikun hemm id-dawl neċessarju għal mal-lejl?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jittiehdu l-passi mehtiega.
Jista' l-Ministru jara li l-bini tal-Maċina, Isla, li jinsab abbandunat u mitluqa jiġi rranġat jew almenu t-twieqi jiġu magħluqa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li l-lapida antika li hemm taħt l-arkata fil-bini tal-Maċina, Isla, li tagħti lejn il-baħar, tiġi minnufih mnaddfa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li l-ħajt tal-ħadid mqatta', mitluq u abbandunat li hemm mwaħħal mas-swar tul Bastion Street, Isla, jiġi debitament maqlugħ billi ma hemmx aktar lok għalih? Jista' wkoll jara li l-ħaxix, imbarazz, eċċ. li hemm imwaħħal mas-swar jiġi maqlugħ? Jista' jsir ħadid fuq il-parti ta' fuq tal-passaġġ sabiex iżomm lil dak li jkun milli jaqa' kif jista' jseħħ illum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.