B'riferenza għad-domanda parlamentari preċedenti numru 3334, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba r-rapport rigward l-istat tat-toroq ġewwa Ħaż-Żabbar fil-parti magħrufa bħala ta' San Pietru huwiex lest u x'direttivi u miżuri ttieħdu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li saru l-inspections neċessarji iżda nstab illi għad hemm żvilupp xi jsir fil-parti magħrufa ta' San Pietru, u meta dan jitlesta jkun jista' jitwettaq ix-xogħol meħtieġ.
B'riferenza għad-domandi parlamentari preċedenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba ġietx meħuda deċiżjoni pożittiva fis-sens li se jkun hemm post ċentrali għal posta ġewwa l-Fgura?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li d-deciżjoni dwar il-ftuħ ta' fergħa tal-Posta ġewwa l-Fgura għadha qed tiġi kunsidrata.
B'referenza għall-aħħar mistoqsija parlamentari fuq is-suġġett, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma l-Kamra f'liema stadju wasal il-bini tal-Flats ġewwa Triq San Ġwann, Bormla u jistax ukoll jinforma l-Kamra kemm sa issa ġew sburżati spejjeż u sommom neċessarji u relattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li dawn l-appartamenti huma kważi lesti u jonqoshom biss li jitlestew xi xogħolijiet addizzjonali u li jiġu provduti s-servizzi essenzjali. Jien infurmat ukoll li sallum tħallsu Lm222,718 lill-kuntrattur.
Jista l-Ministru jinforma l-Kamra (a) kemm visitaturi marru jaraw l-Ipoġew, (b) kemm ħallsu għal dan il-għan u (c) jekk kienx hemm tfal ta' skejjel primarji u sekondarji li marru hemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li:-
a) Bejn Awissu u Settembru 2000, marru jaraw l-Ipoġew 2626 visitaturi.
b) 2452 visitaturi ħallsu għal dan il-għan.
c) S'issa ma kienx hemm tfal ta' skejjel primarji u sekondarji li marru hemm.
Jista' l-Ministru jinforma l-Karma kemm tfal ta' l-iskejjel primarji ttieħdu sabiex jaraw uħud mill-mużewijiet u postijiet storiċi tagħna.
Jista' wkoll jiġi ndikat post post bl-ammont ta' tfal li marru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mhux possibbli jingħad kemm tfal ta' l-iskejjel primarji ittieħdu jaraw uħud mill-mużewijiet u postijiet storiċi tagħna peress li l-istatistika li tinżamm, tinżamm għal tfal ta' l-iskejjel kollha.
Informat ukoll li bejn Jannar u Settembru 2000, 28060 tfal ta' l-iskejjel ittieħdu jaraw uħud mill-mużewijiet u postijiet storiċi tagħna.
Post post l-ammont ta' tfal li marru huma:
Museums of Archaeology 1962
Museums of Fine Arts 546
Museum of Natural History 2577
Museum of Roman Antiquities 2154
Għar Dalam Cave and Museum 2226
Ħaġar Qim Temples 2008
Inquisitor's Palace 1795
Maritime Museum 928
Palace Armoury 1791
Palace State Rooms 1257
St Paul's Catacombs 1382
Ħal Saflieni Hypogeum /
Tarxien Temples 2053
War Museum 647
Museum of Archaeology, Gozo 806
Museum of Folklore, Gozo 1244
Museum of Natural Science, Gozo 341
Ġgantija Temples, Gozo 2721
Windmill, Gozo 1622
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba d-dipartiment huwiex infurmat bir-rapport preżentat l-Ingilterra, magħruf bħala BSE Inquiry, u nħassx il-bżonn li jinbidlu xi proċeduri preżentement wżati minħabba r-rakkmandazzjonijiet hemm milħuqa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dipartiment tas-Servizz Veterinarju għad mgħandux id-dettalji kollha tar-rapport. Bħal ma jaf hu dan ir-rapport kien estensiv ħafna, speċjalment fuq il-mod kif ġie ittrattat il-kontroll ta' din il-marda. Biss nixtieq inserraħ moħħ l-Onor. Interpellant billi ninfurmah li dwar din il marda, f'Malta ittieħdu u għadhom qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha skond id-direttivi li nħargu mill-Komunita Ewropea.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba d-dipartiment konċernat huwiex infurmat fuq bażi regolari bl-atti tal-kumitat ta' l-agrikoltura u żvilupp rurali li jiltaqa' fil-Parlament Ewropew u jekk le jħossx il-bżonn li dan jibda jsir?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Ministeru huwa abbonat fil-ġurnal uffiċjali tal-UE li fih ikun hemm l-atti kollha li jkunu adottati jew proposti sabiex ikunu adottati mill-kunsill tal-Ministri fl-UE u, fejn hu l-każ, mill-Parlament Ewropew.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 19719, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ilu d-dipartiment ta' l-artijiet jistenna tweġiba fuq dan u huwiex soltu li jkun hemm dewmien f'każi simili?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet ilu jistenna tweġiba mit-12 ta` April 2000. Huwa normali li risposti għal talbiet bħal dawn jieħdu ċertu tul ta` żmien.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur viċin l-art li kienet ġiet esproprjata fis-snin 1960 li għandha l-file no. L58/62/48 hijiex se tiġi rilaxxata billi anqas ma tidher li hija parti mill-kumpless sħiħ ta' l-Universita'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-kuntratti mas-sidien tal-plots li ġew esproprijati fis-snin sittin in konnessjoni ma` l-Universita` għadhom isiru mill-Universita` direttament mas-sidien.
Għaldaqstant, hija l-Universita` li tiddeċiedi jekk il-plot 48 għandiex tiġi rilaxxata jew le. Fuq talba mis-sidien ta` din l-art, id-Dipartiment tal-Artijiet talab lill-Universita` tistax tirrilaxxa din il-plot. Infurmat ukoll li s`issa d-Dipartiment tal-Artijiet għadu qed jistenna tweġiba dwar dan mill-Universita`.
Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu mid-dipartiment sabiex studenti li jagħżlu li jieħdu l-Latin bħala suġġett jiġu effettivament mgħallma dan u mhux jiġu disważi, bħalma ġara fi snin oħra, milli jieħdu dan taħt l-iskuża li l-klassi se tiġi maqsuma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tagħmel l-almu tagħha sabiex tipprovdi tagħlim f'suġġetti offruti fil-kurrikulu skond ix-xewqa ta' l-istudenti. Mill-banda l-oħra, hemm regola ta' prassi tradizzjonali, illi fejn ikun hemm anqas minn għaxar studenti fi skola waħda li japplikaw għal tagħlim f'suġġett partikolari, id-Diviżjoni mhix obbligata tiftaħ klassi f'dak is-suġġett. Fil-prattika, id-Diviżjoni iżżomm bilanċ raġunevoli fl-appliazzjoni ta' din ir-regola.
B'riferenza għad-domanda parlamentari numru 17083, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex ix-xogħol quddiem l-iskola primarja ġewwa l-Belt Sengleana, magħrufa bl-isem tal-Benedittin Dun M. Inguanaez, jinsab preżentement wieqaf b'perikolu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni m'għandha ebda xogħol għaddej quddiem l-iskola primarja ta' l-Isla. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Membru biex jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru in vista tad-domandi parlamentari preċedenti jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba huwiex minnu li matul is-sajf tul ġimgħatejn se jkun hemm miftuħ l-Auberge de Castille għal visti tal-pubbliku u tat-turisti kif sar b'mod tant tajjeb matul il-ġimgħat tas-servizz pubbliku, jistax ukoll jinforma l-Kamra kemm kien hemm minn dawn l-viżitaturi tul dak iż-żmien?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba raġunijiet li rreferejt għalihom f’risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11916 ma kienx hemm il-ħsieb li tinfetaħ l-Auberge de Castille għal żjarat tal-pubbliku u tat-turisti matul dan is-sajf.
Ninsab infurmat li madwar mitejn u ħ
amsin persuna ż
aru Kastilja matul il-Ġ
imgħ
a tas-Servizz Pubbliku li saret aktar kmieni din is-sena.
Jista' l-Ministru in vista tad-domanda parlamentari preċedenti rigward Triq Hompesch, Fgura jinforma l-Kamra f'liema pożizzjoni wasal l-aġġudikazzjoni tal-kuntratt ta' min se jagħmel dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol ta' l-aġġudikazzjoni għadu għaddej peress li għadha għaddejja konsultazzjoni bejn id-Dipartiment tat-Toroq, il-Kunsill Lokali u l-kuntrattur li tefgħa l-offerta dwar l-aċċettazzjoni għall-iskop ta' kuntratt, tad-disinji li jagħmel il-kuntrattur bħala parti mit-tender.
Jista' l-Ministru in vista tad-domanda parlamentari preċedenti rigward Triq it-Turretta, Kalkara fejn kellha tiġi esproprjata biċċa art sabiex tnaqqas il-problema tal-għargħar ta' l-ilma jinforma l-Kamra f'liema pożizzjoni waslet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li għadu kif tlesta l-proċess ta' l-esproprijazzjoni billi ġiet ippublikata il-President Declaration. Minn naħa l-oħra d-Dipartiment qed jerġa joħroġ sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol peress li ma kien hemm l-ebda kuntrattur li ssottometta t-tenders għal l-ewwel sejħa għall-offerti.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra meta huwa previst li jsir l-asfaltar ġewwa Triq Antonio Falzon, Kalkara meta ftit metri 'l bogħod hemm it-toroq asfaltati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
B'riferenza għad-domanda parlamentari numru 17083, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex ix-xogħol quddiem l-iskola primarja ġewwa l-Belt Sengleana, magħrufa fl-isem tal-Benedittin Dun M. Inguanez, jinsab preżentement wieqaf b'perikolu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni m'għandha ebda xogħol għaddej quddiem l-iskola primarja ta' l-Isla. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Membru biex jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għad-domanda parlamentari numru 17100, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk l-mina magħrufa bħala ta' Sant'Anna ġewwa l-belt Sengleana tiġi mnaddfa u rranġata għall-istat oriġinali tagħha billi jitqaxxru l-ħitan u jerġa' jinżel fejn kien il-livell tat-triq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera se jieħu ħsieb li jsir ir-restawr meħtieġ lin-niċċa u li jagħti dehra aħjar lill-mina ta' Sant'Anna. Qegħdin isiru l-preparamenti meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm flus ġew effettivament żburżjati sabiex isiru numru ta' gallarijiet ta' l-injam taħt l-iskema relattiva u jistax ukoll jiġi elenkat kemm kien hemm persuni li bbenefikaw minn dan u jistgħux dawn jitqassmu skond liema bliet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li kienu tnedew żewġ skemi mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar dwar gallarijiet ta` l-injam, waħda fl-1996, u oħra fl-1999.
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej : -
Skema 1996 - 1997
-----------------
Imħallsa Kommessi
-------- --------
Lokalita` Nru. ta` Ammont Nru. ta` Ammont
Applikanti (Lm) Applikanti (Lm)
Birgu 13 3,217.36 3 1,171.00
Bormla 3 972.00 6 2,240.00
Isla 15 4,544.00 7 2,632.00
Kalkara 2 625.00 5 1,820.00
TOTAL 33 9,358.36 21 7,863.00
Skema 1999 - 2000
-----------------
Kommessi
--------
Lokalita` Nru. ta` Ammont
Applikanti (Lm)
Birgu 9 2,689.00
Bormla 8 3,450.00
Isla 6 2,740.00
Kalkara 2 800.00
TOTAL 25 9,679.00
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex il-kappella magħrufa bħala tas-Salvatur ġewwa l-Kalkara tiġi debitament restawrata kif jixraq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera kien ikkomissjona studju dwar din il-kappella u dwar ir-restawr tagħha. Bħala konsegwenza ta' dan l-istudju saret applikazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li kienet approvata. Kien hemm imbagħad diskussjonijiet mal-Kurja dwar dan il-proġett u kien iffirmat ftehim li bih il-Kurja aċċettat li l-kappella tkun restawrata mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent sakemm din tgħaddi lura għand il-Knisja. Dan il-Proġett issa talab lill-Unit għar-Restawr biex jipprepara t-tender għal dan ix-xogħol. Dan il-proġett għandu jkun wieħed minn dawk ewlenin għas-sentejn li ġejjin.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibbli li jsir uffiċċju tas-sigurta' soċjali ġewwa l-Fgura billi r-residenti ta' hemm qed ikollhom numru ta' problemi jmorru postijiet oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Napprezza l-interess ta' l-Onor. Interpellant u nifhem li jista' jkun hemm inkonvenjent għar-residenti ta' lokalitajiet fejn mhemmx uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali f'dawk il-lokalitajiet. Il-politika tal-Gvern hi waħda li, fejn hu possibbli, jżid is-servizz tal-"customer care" li jingħata mid-Dipartiment, partikolarment fejn jirrigwarda l-livell ta' servizz provdut. Il-ftuħ ta' uffiċċji distrettwali ġodda jiddependi mir-riżorsi kemm umani kif ukoll finanzjarji disponibbli u kkunsidrata fid-dawl ta' prijoritajiet oħra, fosthom in-numru ta' residenti u d-distanza li dawn għandhom biex jaslu sa l-uffiċċju distrettwali li jaqdi dik il-lokalita'.