Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq — Xgħajra

Question

Jista l-Ministru jinforma l-Kamra kemm flejjes intefqu fuq l-aħħar toroq li għadhom kemm ġew irranġati ġewwa r-raħal tax-Xgħajra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li riċentament kien qed isir xogħol f'toroq Mahoney, Tumbrell u Orlando li hu stmat li jiswa Lm52,000. S'issa tħallsu Lm15,000, filwaqt li l-kumplament tal-flus mistennija jitħallsu dan ix-xahar malli jitlesta l-kejl tax-xogħol.
Leg 9 PQ #21170 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Number 1 Dock — Twaqqif ta' Ħajt

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 20982, jista' l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess ottenut mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex il-ħajt li jagħlaq number 1 Dock ġewwa Bormla jiġi mwaqqa' kompletament billi dak preżentat kien dak numru PA 3871/98 ottenut wara applikazzjoni li saret fit-18 ta' Ġunju 1998 u maħruġ fit-3 ta' Lulju 1998 li kien jindika biss tnaqqis fil-livelli tal-ħajt u mhux twaqqih komplet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li l-applikazzjoni PA 3871/98 saret mill-Malta Drydocks (ie. 'to lower the height of existing boundary wall'). Il-permess li għalih applikat it-Taqsima tax-Xogħlijiet dwar dan ix-xogħol hu PA 04475/99 li nħareġ fis-17 ta' Novembru 1999. Kopja ta' dan il-permess, inkluż il-pjanti approvati, jinsabu mehmuża ma' din ir-risposta.
Leg 9 PQ #21172 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fortizza Della Grazja

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 2352 u dawk sussegwenti, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'progress sar għar-rigward l-Fortizza Della Grazja ġewwa x-Xgħajra billi din għandha bżonn ta' restawr tajjeb u immedjat?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21177 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Society of Arts, Manufactures & Commerce

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 961 u 3344 u dawk sussegwenti, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'kienet ħidmet l-Malta Society of Arts, Manufactures & Commerce ġewwa Palazzo De La Salle, l-Belt tul is-sentejn u jistgħax ukoll jiġi elenkat kemm spejjeż intefqu fil-manutenzjoni u restawr tal-bini?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21180 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Lands Department

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari preċedenti nru. 3311, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba tul is-sena 1999 kienx hemm aktar jew inqas minn 2,239 ta' kirjiet u ċnus li jiġu riċevuti mil-Lands Department li huma ta' bejn mitt lira u mitejn lira, jistax wkoll jiġi indikat kemm huma ċnus u kemm kirjiet u kemm flus jidħlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 1999, in-numru ta` kirjiet u ċnus li jitħallsu fid-Dipartiment tal-Artijiet u li huma bejn il-mitt lira (Lm100.00) u l-mitejn (Lm200.00) kien ta` 1,915. Il-valur totali ta` dawn il-kirjiet u ċnus jammonta għal Lm282,730. Dawn kienu mqassma hekk : Kirjiet: 1,690 - Lm252,264 Ċnus Temporanji: 79 - Lm 11,598 Ċnus Perpetwi: 146 - Lm 18,868 Dan in-numru jinkludi kirjiet u ċnus dwar flats, djar u plots li jiġu allokati mid-Dipartiment tas-Social Housing u l-Awtorita` tad-Djar.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemm-il darba x-xogħol li kellu jsir tul din is-sena sarx u l-ħsieb li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li hemm fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt jiċċaqlaq jiġi issa mwettaq?

Response (GATT, AUSTIN)

`Nifhem li l-Onor. Interpellant qieghed jalludi ghall-progett ta` bini ta` Ufficcji godda fi Strait Street kantuniera ma Triq l-Arcisqof il-Belt. Billi ghad hemm xi problemi biex tinsab akkomodazzjoni alternattiva ghall-familji, li bhal issa qerghdin jokkupaw zewg fondi u li huma kazi ta` `social housing` ma kiex possibli l-l-progett jinbeda din is-sena. Sadanittant, per, l-Ufficcjuj ta` l-Avukat Generali qighed jitkabbar biz-zieda ta` xi kmamar ohra, fil-Palazz Presidenzjali stess, li qabel kienu okkupati mill-Law Reform Commission`
Leg 9 PQ #21042 Sitting 424 2000-11-14 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 20832, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra minn liema skejjel kienu ġejjin l-istudenti li marru Ħaġar Qim u Għar Dalam Cave and Museum, St Paul's Catacombs u Tarxien Temples?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istatistika tat-tfal skola skola ma' tinżammx.
Leg 9 PQ #21047 Sitting 424 2000-11-14 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji li qed jgħallmu l-ewwel klassi? Jistgħax jindika kemm minnhom huma fuq bażi każwali u kemm le, kemm hemm minnhom taħt t-tletin sena, kemm minnhom qabżu t-tletin sena iżda mhux l-ħamsa u tlettin, kemm qabżu l-ħamsa u tlettin sena izda mhux il-ħamsa u erbgħin sena u kemm hemm minnhom fuq l-ħamsa u erbgħin sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li : 1. Għalliema fl-Iskejjel Primarji li qed jgħallmu l-Ewwel klassi - 160 2. Għalliema fuq bażi każwali - Xejn 3. Għalliema taħt it-tletin sena - 57 4. Għalliema li qabżu t-tletin sena iżda mhux il-ħamsa u tletin - 12 5. Għalliema li qabżu l-ħamsa u tletin sena iżda mhux il-ħamsa u erbħin sena - 11 6. Għalliema fuq il-ħamsa u erbgħin sena - 80
Leg 9 PQ #21048 Sitting 424 2000-11-14 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jistax l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm għalliema u x'kwalifiki għandhom fl-iskola tal-Junior Lyceum Verdala, Bormla, kemm hemm studenti u f'liema klassijiet qedgħin, huwa possibbli li jiġi ndikat kemm hemm kotba ġewwa l-librerija ta' l-iskola u b'kemm żdiedu tul dawn l-aħħar snin u cioe' 1998, 1999 u 2000? Huwiex wkoll possibbli li jiġi ndikat kemm flus f'manutenzjoni etc intefqu f'dawk is-snin 1998, 1999 u 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola tal-Junior Lyceum, Verdala, Bormla hemm 65 għalliema, inkluż il-Kap u l-Assistenti Kapijiet ta' l-iskola. Il-Kwalifiki ta' dawn l-għalliema huma kif ġej: Bachelor in Education 27 BA/PGCE 23 M.A. 1 Teachers Certificate 10 Pedagogy Course 2 Kwalifiki oħra 2 F'din l-iskola hemm 579 student kif se nsemmi: Form I 109 student f'4 klassijiet Form II 138 student f'5 klassijiet Form III 115 student f'5 klassijiet Form IV 116 student f'6 klassijiet Form V 101 student f'5 kalssijiet Informat ukoll li saru xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskola tal-Junior Lyceum Verdala Bormla bl-infieq kif se nsemmi: 1998 1999 2000 Lm2,415 Lm7,810 Lm2,514 L-informazzjoni dwar kotba fil-librerija għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #21050 Sitting 424 2000-11-14 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jistax l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm għalliema u x'kwalifiki għandhom fl-iskola ta' Lorenzo Gafa, Birgu? Kemm hemm studenti u f'liema klassijiet qegħdin, huwiex possibli li jiġi ndikat kemm hemm kotba ġewwa l-librerija ta' l-iskola u b'kemm żdiedu tul dawn l-aħħar snin u cioe' 1998, 1999 u 2000. Huwie ukoll possibli li jiġi indikat kemm flus f'manutenzjoni etc intefqu f'dawk is-snin 1998, 1999 u 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Sekondarja, Lorenzo Gafa`, Birgu hemm 32 għalliema, inkluż il-Kap u l-Assistent Kap ta' l-Iskola. Il-kwalifiki ta' dawn l-għalliema huma dawn: Bachelor in Education 12 BA/BSc/PGCE 9 Teachers Training Course 3 Pedagogy Course 8 F'din l-iskola hemm 230 student kif se nsemmi: Form I 54 student f'2 klassijiet Form II 49 student f'2 klassijiet Form III 35 student f'2 klassijiet Form IV 61 student fi 3 klassijiet Form V 31 student f'2 klassijiet Informat ukoll li saru xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskola ta' Lorenzo Gafa`, Birgu, bl-infieq kif ġej: 1998 1999 2000 Lm2,329 Lm859 Lm1,110 L-informazzjoni dwar kotba fil-librerija għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #20988 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Impjegati

Question

B'riferenza għad-domanda parlamentari preċedenti numru 4054, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, kemm kien hemm impjegati ġewwa l-Joint Office fis-snin 1999 u 2000 u jekk huwa possibbli jistax jindika l-gradi tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #20989 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Ċnus

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm dħul minn ċnus u kirijiet ġewwa l-Joint Office tul is-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000 u jekk huwa possibbli jista' jindika kemm hemm arretrati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-dħul tal-Uffiċċju Konġunt minn ċnus u kirjiet fis-snin imsemmija kien kif ġej : - 1996 - Lm314,619 1997 - Lm355,819 1998 - Lm366,465 1999 - Lm408,948 2000* - Lm367,229 * Sas-7 ta` Novembru 2000. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi mhux possibbli għall-Uffiċċju Konġunt li jindika kemm hemm arretrati minħabba li għad m`għandux valutazzjoni sħiħa u kompleta tal-proprjeta` li qed jamministra.
Leg 9 PQ #20990 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Proprjeta'

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm dħul minn bejgħ ta' proprjeta' u fidi ta' ċnus ġewwa l-Joint Office tul s-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-dħul tal-Uffiċċju Konġunt minn bejgħ ta` proprjeta` u fidi ta` ċnus fis-snin imsemmija kien kif ġej : - 1996 - Lm 38,127 1997 - Lm801,088 1998 - Lm197,215 1999 - Lm604,881 2000* - Lm714,351 *Sas-7 ta` Novembru 2000.
Leg 9 PQ #20991 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Palazz ta' l-Inkwiżitur — Restawr

Question

B'riferenza għad-domanda parlamentari preċedenti fosthom dik 2488, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħlijiet ta' restawr sar fuq il-Palazz ta' l-Inkwiżitur tul is-snin 1998, 1999 u din is-sena u jekk huwa possibbli jistax jiġi indikat kemm intnefqu flus f'dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-snin 1998, 1999, 2000 xogħlijiet ta' restawr li sar fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur, il-Birgu, kienu dawn: * Inbarxu, tkaħħlu u tbajjdu numru konsiderevoli ta' kmamar * Tpoġġa ġebel li kien nieqes u nbidlu xorok li kienu maqsumin * Bdil ta' għadd ta' kanen u katusi * Bini ta' toilets ġodda għall-viżitaturi * Tiswija ta' ħafna bibien u twieqi * Tindif ta' bjar u postijiet oħra minn ħafna terrapien * Bdil ta' żewġt itravi f'waħda mis-swali ta' l-Appartamenti ta' Ruffo * Restawr tal-koppla tal-kappella * Tlestija ta' laboratorju u depożitu għall-kollezzjoni tal-ħwejjeġ * Restawr ta' l-affreski ta' l-Appartamenti ta' Ruffo b'kooperazzjoni maċ-Ċentru tar- Restwr ta' Bighi * Saru żewġ skavi arkeoloġiċi fil-ġnien u fil-bitħa tal-ħabs * Sar pjan ġdid għall-ġnien * Saret rikostruzzjoni tal-ħadid li kein hemm fit-twieqi tas-sular ta' isfel * Qed issir pjanta dettaljata tal-ħsara li għandha l-faċċata biex tintuża meta jsir ir-restawr * Mistenni jiħroġ tender għal sistema ġdida ta' dawl fil-Palazz. Kalkolu approssimattiv tal-flus li ntefqu f'dawn it-tliet snin jammonta għal madwar Lm11,000.
Leg 9 PQ #21039 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 20832, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm studenti mill-28,060 ġew minn l-iskejjel primarji u sekondarji ta' bliet u irħula ta' Bormla, l-Birgu, Senglea, Kalkara, Xgħajra, Zabbar u l-Fgura possibilment skola skola? Jistax ukoll jindika l-istudenti l-oħra mil-liema skejjel oħra kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istatistika tat-tfal skola skola ma' tinżammx.
Leg 9 PQ #21040 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 20832, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra minn liema skejjel kienu ġejjin l-istudenti li marru l-Mużew ta' l-Arkeoloġija, il-Mużew tal-Fine Arts, Tal-Palazz ta' l-Inkwiżitur u l-Mużew Marittimu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istatistika tat-tfal skola skola ma' tinżammx.
Leg 9 PQ #20979 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Mina ta' Sta. Liena

Question

B'riferenza għad-domanda parlamentari numru 17159, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol sejjer jsir fuq il-Mina ta' Sta. Liena, Bormla, kemm huwa previst li sejjer idum għaddej dan u kemm huwa previst li sejjer jiswa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Rigward ix-xogħol li sejjer isir, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17159. L-ewwel fażi tal-proġett tal-Bieb ta' Santa Liena se jiswa Lm39,099 u se jdum 14-il ġimgħa biex jitlesta.
Leg 9 PQ #20980 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — No. 1 Dock - Twaqqigħ ta' ħajt

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol qiegħed isir preżentement fuq it-twaqqigħ tal-ħajt li jagħlaq l-imsejjaħ No. 1 Dock, ġewwa Bormla u kemm sewa dan ix-xogħol s'issa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat illi bħalissa qed jitlesta x-xogħol ta' bini u twaħħil ta' gradi tal-ħadid mal-pilastri u dan ix-xogħol mistenni illi jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #20982 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — No. 1 Dock - Twaqqigħ ta' ħajt

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra, il-permess ottenut mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għat-twaqqigħ ta' ħajt li jagħlaq No. 1 Dock, Bormla u jistax ukoll jinforma lill-Kamra meta dan ġie ottenut?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess imsemmi datat it-3 ta' Lulju 1998.

Fgura — Triq Hompesch

Question

B'riferenza għad-domanda parlamentari preċedenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema pożizzjoni tinsab l-aġġudikar u bidu tat-twettiq tat-Triq Hompesch, Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minħabba li l-uniku tenderer li kien tefgħa l-offerta rrifjuta li jġedded il-Bid Bond bi ksur ta' regolamenti tat-tendering, il-Kumitat tal-Kuntratti ma setax ikompli bl-aġġudikazzjoni u ser ikollha terġa tiġi ppubblikata sejħa għal offerti.