Jista' l-Ministru jinforma l-kamra f'liema posizzjoni jinsab x-xogħol ta' drenaġġ proġettat ġewwa Triq il-Farfett tal-Fejġel, Zabbar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' estensjoni tad-drenaġġ fi Triq il-Farfett tal-Fejġel ser jibda fi żmien qasir. Ir-rapport tekniku biex jintgħażel il-kuntrattur għal dan ix-xogħol, qed isir.
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq l-kumpless sportiv ġewwa l-Kottonera u kemm intefqu flus sa issa fuqu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol ta' l-iskavar fuq il-proġett tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera tlesta. Beda wkoll ix-xogħol tal-kostruzzjoni. Dan ix-xogħol miexi kif ippjanat. Bħalissa qegħda tiġi mfassla t-tender tal-finishes u s-servizzi.
S'issa tħallsu:
Skavar: Lm110,104
Kostruzzjoni Lm210,526
Spejjeż anċillari: Lm 16,308
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra fuq liema mill-iskejjel tal-primarja u sekondarja li hemm ġewwa l-Fgura, Bormla, l-Birgu, l-Kalkara, l-Isla, x-Xghajra u Ħaż-Żabbar ser jsiru xogħlijiet ta' natura strutturali matul is-sajf li ġej u kemm ser jintefaq fuqhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel imsemmija mhux maħsuba li ser isiru xogħlijiet ta' natura strutturali matul is-sajf li ġej.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda parlamentari preċedenti jinforma l-kamra jekk kemm-il darba hemmx xi żvilupp fuq l-manutenzjoni aħjar tal-ground tal-football ġewwa l-Kalkara?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ntlaħaq ftehim bejn is-Segretarjat Parlamentari u l-Kunsill Lokali biex ix-xogħol ta' manutenzjoni tal-ground tal-Kalkara jsir mill-Kunsill Lokali. Id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport alloka għotja ta' Lm4000 għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domandi parlamentari jara li l-problema li għandhom ir-residenti ta' St. Peter's Zabbar u b'mod speċjali ta' Triq il-Magħsar jiġi serjament investigat għal vultaġġ baxx li qiegħed jkun ta' inkonvenjent kbir?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta beħsiebu jinbeda x-xogħol ġewwa l-ground tal-football tax-Xgħajra Tornadoes sabiex l-materjal li nieżel mit-triq jiġi miżmum f'postu u ma jibqax ta' inkonvenjent? Jista' jiġi indikat kemm dan sejjer jiswa effettivament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li saru arrranġamenti biex il-ħajt li jenħtieġ jinbena biex jilqa l-materjal li qed jaqa' fil-ground tal-football u biex fl-istess ħin tiġi ffurmata triq ġdida fi Triq il-Knisja jinbeda. Il-ħajt hu stmat li jiswa madwar Lm50,000.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domandi parlamentari ta' qabel jinforma lill-Kamra xogħol qiegħed jsir ġewwa x-xatt tax-Xgħajra u kemm dan huwa stmat li ser jiswa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li hu propost li jsir xogħol ta' tisbiħ fix-Xatt tax-Xgħajra bħala parti mill-proġett ta' tisbiħ f'areas turistiċi. S'issa sar is-survey tal-post u fi ftit taż-żmien ieħor jinbeda x-xogħol ta' disinn u preparazzjoni ta' pjanti.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domandi parlamentari preċedenti varji jinforma l-kamra jekk kemm-il darba huwiex possibbli li wieħed jerġa jesamina mill-ġdid d-deċiżjoni fuq jekk għandux jkun hemm post ċentrali għall-posta ġewwa l-Fgura?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li s-sitwazzjoni f'dan ir-rigward ma nbidlitx, fis-sens li skond l-aħħar stħarriġ li sar mill-Maltapost, jirriżulta li r-residenti tal-Fgura huma moqdija tajjeb bis-Sub-Post Office li jinsab fi Triq Hompesch u li joffri ħafna mis-servizzi postali li normalment jinkisbu minn fergħa tal-posta.
Minkejja dan , tajjeb jingħad li s-sitwazzjoni f'dan ir-rigward tiġi riveduta minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm intefqu flus sena b'sena għall-kostruzzjoni mill-ġdid tal-Poliklinika ta' Bormla u kemm qed jintefqu flus sena b'sena fuq l-imsemmi ? JIstgħax jiġi indikat kemm daħlu pażjenti sal-lum komplessivament maqsuma skond is-sess?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-nefqa għal kostruzzjoni mill-ġdid tal-Poliklinika ta` Bormla hija kif ġejja:
1998 LM70,956
1999 LM71,414
2000 LM16,586
Ma tinżammx statistika ta` kemm jidħlu pazjenti maqsuma skond is-sess.
It-total ta` pazjenti li attendew iċ-Ċentru tas-Saħħa ta` Bormla kien hekk:
Bejn Frar u Diċembru 2000: 47,788
Bejn Jannar u Mejju: 21,841
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm intefqu flus sena b'sena għall-kostruzzjoni tad-djar tal-anzjani ġewwa Bormla u kemm qed jintefqu flus sena b'sena fuq l-imsemmi? Jistgħax jiġi indikat kemm daħlu residentii sal-lum komplessivament maqsuma skond is-sess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ħlasijiet li saru s'issa biex jitlesta l-proġett ta' Bormla sena b'sena kienu:
1996 Lm302,665
1997 Lm514,868
1998 Lm366,040
1999 Lm986,041
2000 Lm288,342
2001 Lm 38,124
Minn meta d-Dar bdiet tilqa' l-ewwel residenti f'Diċembru 1999 sa issa intefqet is-somma ta' Lm377,257 fi tmexxija:
Diċembru 1999 Lm 2,530
Jannar sa Diċembru 2000 Lm278,216
Jannar sa Mejju 2001 Lm 96,511
Sa llum fid-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla daħlu 93 residenti, 65 nisa u 28 rġiel.
Jista' l-Ministru jibgħat rappresentant mid-Dipartiment tat-Toroq sabiex jara u jinvestiga l-istat tat-triq Marzebb, Żabbar kif wkoll li jara kif tista' tinbidel traffic island li saret recentement u li qegħda tkun kaġun ta' sewqan ħażin u perkoluz?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex issir spezzjoni li ssuġġerixxa l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra f'liema pożissjoni tinsab l-applikazzjoni numru 03946/00 li saret mal-Awtorita' tal-Ippjanar għar-restawr tal-ħitan tal-Batterija Della Grazie, Xgħajra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni PA 3946/00 li saret ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għar-restawr tal-ħitan tal-Batterija della Grazie, Xgħajra tinsab fi stadju fejn l-Awtorita` qed tistenna kopja tal-pjanti reveduti u kopja oħra tal-method statement, kif imfisser fl-ittra mibgħuta lill-perit u l-applikant fit-30 ta` Mejju u li għaliha għad ma hemmx risposta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid b'referenza għad-domandi parlamentari preċedenti jinforma l-Kamra jekk kemm-il barba huwiex possibbli li tul dan is-sajf għal perijodu qasir ta' ġimgħatejn l-Auberge de Castille tkun miftuħa għall-pubbliku u turisti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Kultura organiżża żjarat kulturali fil-Berġa ta’ Kastilja matul il-Ħdud fi Frar, Marzu u April ta’ din is-sena. Ninsab infurmat li ma hemmx pjan biex ikunu organiżżati żjarat simili matul is-sajf.
Jista l-Ministru jgħid, b'referenza għall-aħħar domandi parlamentari fuq is-suġġett, jinforma l-kamra f'liema stadju wasal il-bini tal-flats ġewwa Triq San Ġwann, Bormla u jistgħax ukoll jinforma l-kamra kemm sa issa ġew sburżati spejjes u somom neċessarji u relattivi sal-31 ta' Mejju 2001? Jistgħa jiġi indikat kemm intefqu ukoll fuq l-proġett ta' Srejdek Lane u dawn tal-kantuniera ta' isfel ta' Triq San Ġwann?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26551 hija kif tidher hawn taħt:
1. Il-proġett ta' bini ta' Blocks Numri 1 u 2 fi Triq San Ġwann Bormla huwa komplut. Sa l-aħħar ta' Mejju 2001 intnefqu Lm289,309 fuq dan il-proġett. It-tender għall-bini ta' Block 3 fi Triq San Ġwann qiegħda fil-proċess li tiġi 'awarded' mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
2. Fuq il-proġett ta' bini ta' appartamenti fi Srejdek Lane Bormla ntnefqu Lm41,622.
3. Fuq il-proġett ta' Triq San Franġisk Bormla s'issa ntnefqu Lm11,523.
Jista' l-Ministru jgħid, b'referenza għad-domandi parlamentari preċendenti jinforma l-kamra kemm hemm tfal tal-iskejjel primarji u sekondarji ttieħdu sabiex jaraw uħud mill-Mużewijiet u postijiet storiċi tagħna. Jista' ukoll jiġi indikat post post bl-ammont ta' tfal li marru tul is-snin 1996, 1997, 1998, 1999, 2000?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista bl-informazzjoni dwar kemm studenti mill-iskejjel primarji u sekondarji żaru l-Mużewijiet f'Malta u Għawdex tul is-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat illi l-Mużew Nazzjonali ta' l-Arkeoloġija kien magħluq għall-pubbliku matul is-sena 1997.
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm hemm studenti reġistrati fl-iskola primarja tal-Kalkara fl-aħħar sena akkademika u possibilment billi jiġu indikati s-sess tagħhom sena b'sena kif wkoll kemm hemm għalliema bl-kwalifiki tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li studenti reġistrati fl-iskola Primarja tal-Kalkara fl-aħħar sena akkademika li huma indikati bis-sess tagħhom u sena b'sena kif ukoll għalliema bil-kwalifiki tagħhom huwa kif ġej:
Skola Primarja, Kalkara
Subien Bniet Total
L-ewwel sena 15 12 27
It-tieni sena 19 17 36
It-tielet sena 25 18 43
Ir-raba' sena 20 13 33
Il-ħames sena 16 19 35
Is-sitt sena 29 20 49
Total 124 99 223
Għalliema bil-kwalifiki
MATC - 2
SMTC - 1
B.Educ - 6
Pedagogy Course - 3
P/T Instructress - 1
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm hemm studenti reġistrati fl-iskola primarja tal-Fgura fl-aħħar sena akkademika u possibilment billi jiġu indikati s-sess tagħhom sena b'sena kif wkoll kemm hemm għalliema bil-kwalifiki tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li studenti reġistrati fl-iskola Primarja tal-Fgura fl-aħħar sena akkademika li huma indikati bis-sess tagħhom u sena b'sena kif ukoll għalliema bil-kwalifiki tagħhom huwa kif ġej:
Skola Primarja A, Fgura
Subien Bniet Total
L-ewwel sena 61 57 118
It-tieni sena 71 50 121
It-tielet sena 76 60 136
Total 208 167 375
Għalliema bil-kwalifiki:
MATC - 9
B.Educ - 2
PGCE - 1
Pedagogy Course - 6
Skola Primarja B, Fgura
Subien Bniet Total
Ir-raba' sena 75 65 140
Il-ħames sena 66 79 145
Is-sitt sena 84 90 174
Total 225 234 459
Għalliema bil-kwalifiki:
MATC - 5
B.Educ - 11
Pedagogy Course - 3
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm flejjes ġew allokati lill-Kunsill Lokali, Fgura mill-bidu tiegħu sena b'sena inklużi u possibilment separatament fondi speċjali u kemm l-ftehim sar mal-istess bil-pjan tal-Gvern għad-devoluzzjoni akbar tal-poter?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Apparti d-delega ta' l-infurzar lokali, s'issa ma kien hemm ebda ftehim ieħor għal-aktar devoluzzjoni.
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm hemm studenti reġistrati fl-iskola primarja tal-Birgu fl-aħħar sena akkademika u possibilment billi jiġu indikati s-sess tagħhom sena b'sena kif wkoll kemm hemm għalliema bil-kwalifiki tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li studenti reġistrati fl-iskola Primarja tal-Birgu fl-aħħar sena akkademika li huma indikati bis-sess tagħhom u sena b'sena kif ukoll għalliema bil-kwalifiki tagħhom huma kif ġej:
Skola Primarja, Vittoriosa
Subien Bniet Total
L-ewwel sena 10 5 15
It-tieni sena 11 8 19
It-tielet sena 16 8 24
Ir-raba' sena 14 10 24
Il-ħames sena 14 12 26
Is-sitt sena 16 21 37
Total 81 64 145
Għalliema bil-kwalifiki:
MATC - 1
SMTC - 1
B.Educ - 3
Pedagogy Course - 2
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema siġar indiġeni qed jiġu protetti mill-PA u x'miżura ttieħdu matul dawn l-aħħar sentejn biex jipproteġu dawn l-ispeċi?
Response (BORG, TONIO)
L-Awtorita` ta` l-Ippjanar tipproteġi s-siġar indiġeni u arkeofiti kollha permezz ta` inizjattivi differenti. Dawn jinkludu:-
skedar ta` siġar individwali, gruppi ta` siġar jew imkejjen b`għadd imdaqqas ta` siġar bil-provvedimenti ta` l-artiklu 48 ta` l-Att dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp;
preparazzjoni ta`
policies
li jissalvagwardjaw is-siġar jew postijiet msaġġra (fost dawn hemm
policies
fil-Pjan ta` Struttura u fid-diversi Pjani Lokali);
preparazzjoni ta` linji gwida li jippromwovu, b`mod pro-attiv, it-tħawwil ta` siġar, pjanti u arbuxelli bħala parti minn
landscaping schemes
approvati ma` proġetti ta` żvilupp;
implimentazzjoni tal-
policies
u linji gwida msemmija kemm b`kundizzjoni f`permessi individwali kif ukoll billi, flimkien mad-Dipartiment ta` l-Agrikoltura u s-Sajd, jagħtu pariri lil individwi dwar x`tipi ta`siġar wieħed għandu jħawwel f`postijiet differenti kif ukoll kif wieħed jista` jevita li jagħmel ħsara lil siġar stabbiliti u jintegrahom fl-iżvilupp propost.
Ħafna minn dan ix-xogħol isir fuq bażi kontinwu iżda f`dawn l-aħħar snin ġew ukoll speċifikament skedati diversi siġar jew imkejjen msaġġra fosthom is-Salini, diversi nħawi kostali (permezz ta` l-iskedar ta` l-irdumijiet ta` Malta), widien b`ammont konsiderevoli ta` siġar u arbuxxelli (fosthom Wied Għomor, Wied il-Lunzjata, Wied ix-Xlendi u oħrajn), u l-Buskett (dan ta` l-aħħar kien ukoll protett permezz ta` Ordni ta` Konservazzjoni u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed taħdem mal-Ministeru ta` l-Agrikoltura sabiex il-provvedimenti ta` l-ordni jiġu attwati). Imkejjen oħra li jinkludu siġar ta` importanza ġew ukoll individwati permezz ta` studji li jsiru għall-preparazzjoni tal-Pjani Lokali kif ukoll permezz ta` kollaborazzjoni mad-Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent. Hemm il-ħsieb li dawn l-imkejjen jiġu protetti ukoll filwaqt li nkomplu ninkoraġġixxu t-tħawwil ta` siġar possibilment ukoll permezz ta` proġetti ta` afforestazzjoni f`żoni li ġew abbandunati jew sfreġjati matul is-snin.