Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30319 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Kappella

Question

Jistax l-Ministru b'referenza għad-domanda numru 29750 jara jekk l-Kappella tal-Madonna tas-Sokkors tistgħax tgħaddi f'idejn l-Awtorita tat-Turiżmu sabiex issir post għall-informazzjoni għat-turisti li qed jiżdiedu l-ħin kollu ġewwa l-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Se nitlob lill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera biex jikkunsidra l-proposta ta' l-Onorevoli Interpellant.

Djar — Kunsilli Lokali

Question

Jistax l-Ministru jinforma l-kamra b'referenza għad-domanda numru 11598 jekk huwiex possibli li l-istess servizz li kien qiegħed jingħata mill-Awtorita tad-Djar jibqa jingħata lir-residenti tal-qiegħed jingħata mill-Awtorita tad-Djar jibqa jingħata lir-residenti tal-Kottonera kif kien qabel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar qed tikkunsidra li s-servizz indikat mill-Onor. Interpellant jistax jerġa jibda jingħata.

Senglea — Proġett tal-Bini

Question

Jistax l-Viċi Prim Ministru jinforma l-kamra b'referenza għad-domandi numru 4902 u 11849 f'liema stadju wasal l-proġett tal-bini f'Triq San Flippu Senglea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tħejjiet is-sejħa għall-offerti u din mistennija toħroġ sa' Jannar li ġej.
Leg 9 PQ #30307 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Ancient Street

Question

Jistax il-Ministru in vista tad-domanda numru 29751 dwar Ancient Str, Birgu jara jekk huwiex possibbli li ż-żminijiet u x-xogħolijiet previsti jsiru malajr kemm jista jkun billi hemm numru ta' ilmenti ta' residenti fuq dan l-inkonvenjent?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li qed tiġi preparata sejħa għall-offerti biex dan l-inkonvenjent jitneħħa kemm jista' jkun malajr.
Leg 9 PQ #30309 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kotba

Question

Jistax il-Ministru b'referenza għad-domanda numru 29868 jinforma l-kamra kif dawn intefqu skola skola u huwiex possibli jiġi indikat l-lingwa tal-kotba mixtrija?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Fgura — Hompesch Road

Question

Jistax il-Ministru jinforma l-kamra f'liema stadju waslu ix-xogħolijiet ġewwa Triq Hompesch Fgura u kemm sa issa intefqu flejjes fuqha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fuq l-ewwel stadju tal-proġett li jikkonsisti fil-qlugħ u bini mill-ġdid tal-parti minn Triq Hompesh bejn Triq San Tumas u Triq is-Sur huwa 85% lest. Il-valur tax-xogħol li sar s'issa huwa stmat li jlaħħaq Lm80,750 u li minnu tħallset is-somma ta' Lm45,917.

Fgura — Triq San Gwann/A Sistner

Question

Jistax l-Ministru b'referenza għad-domanda numru 29753 jinforma l-kamra meta huwa fil-ħsieb li Triq San Ġwann u A Sistner Fgura jsiru billi hemm ħafna ilmenti fuq l-istat tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 29753.
Leg 9 PQ #29868 Sitting 652 2001-11-28 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kotba

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-kamra kemm kienet l-ispiża f'kotba lill-iskejjel tal-lyceum li hemm f'Malta u Għawdex, sija tal-bniet kif wkoll tas-subien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispiża f'kotba lill-iskejjel tal-Junior Lyceums tas-subien u tal-bniet għas-sena skolastika 2001/2002 kienet tammonta għal Lm98,146.
Leg 9 PQ #29944 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati Tribunali

Question

Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda parlamentari nru. 29867 jinforma l-kamra x'kriterji ġew użati għal ħatra ta' Direttur (Qrati u Tribunali ta' Għawdex) fil-Qrati tal-Ġustizzja fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern lokali u jistax jiġi kkonfermat li l-persuna li ġiet magħżula hija bl-esperjenza ta' ħidma kif mitlub fl-istess?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-kriterji użati fl-għażla ta’ Diretturi huma dawk stabbiliti mis-“Senior Appointments Advisory Committee”.
Leg 9 PQ #29945 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra għall-liema raġuni ttieħdet il-linja li ma jiġux ammessi studenti fuq bażi proviżorja fl-Universita' sakemm jġibu l-kwalifiki neċessarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li m'hemm ebda provvediment fir-Regolamenti għad-Dħul li jippermettu li jkunu ammessi studenti fuq bażi proviżorja fl-Universita` sakemm iġibu l-kwalifiki neċessarji u li din mhix xi linja ġdida iżda ilha l-prassi għal fuq minn tnax-il sena.
Leg 9 PQ #29473 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm hemm studenti reġistrati fl-Universita' ta' Malta minn Bormla, Birgu, Senglea, Fgura, Kalkara, Xgħajra u Żabbar u possibilment billi jiġu indikati s-sess tagħhom sena b'sena kif ukoll l-korsijiet rispettivi li qed jieħdu ?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29875 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm preżentement membri fil-Korp tal-Pulizija? Jista' wkoll jindika s-sess u l-grad tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru tal-membri tal-Korp tal-Pulizija huwa ta` 1,759. It-tagħrif mitlub dwarhom hu kif ġej: Kummissarju 1 Deputat Kummissarju 1 Assistenti Kummissarji 5 Supretendenti 23 Spetturi Rġiel 55 Spetturi Nisa 11 Surġenti Maġġuri 2 Surġenti Rġiel 303 Surġenti Nisa 27 Kuntistabbli Rġiel 1,154 Kuntistabbli Nisa 177
Leg 9 PQ #29876 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm membri fil-Korp tal-Pulizija irriżenjaw jew tneħħew jew spiċċaw bl-eta fis-snin 1999, 2000 u sal-31 ta' Ottubru 2001? Jista' wkoll jiġi indikat is-sess u l-grad tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw jew tneħħew jew spiċċaw bl-eta` jew mietu fis-snin 1999 u 2000 u matul din is-sena, sal-31 ta` Ottubru, kif ukoll il-grad u s-sess tagħhom hu kif jidher hawn taħt:- GRAD 1999 2000 2001 Commissioner - - 1 Assistant Commissioner - 1 - Superintendent 1 1 - Inspector 1 1 6 Sargeant Major - 1 1 Sargeant (Male) 6 5 17 Sargeant (Female) 1 1 1 Constable (Male) 14 76 28 Constable (Female) 6 6 3
Leg 9 PQ #29877 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Mina tal-Polverista

Question

Jista' l-Ministru jara jekk kemm-il darba huwiex possibbli li l-ambjent ta' madwar il-Mina tal-Polverista, Bormla tiġi rranġata u l-proġett li hemm maħsub li jsir jsir?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Sa fejn jien infurmat ma hemm l-ebda proġett għall-Mina tal-Polverista, Bormla. Li hemm żgur huwa proġett biex tiġi restawrata l-kantuniera tal-Polverista li tagħti lejn il-housing estate ta' San Ġwann t'Għuxa: dan ix-xogħol għandu jibda dalwaqt.

Żbir ta' Siġar

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb jordna li s-siġar li hemm quddiem l-entratura ta' l-iskola Giuseppe Despott, Bormla jiġu miżbura tajjeb?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li hemm unit ta' ġardinara fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li jieħu ħsieb l-iskejjel. Barra mill-iskola r-responsabbilta' hi tal-Kunsill Lokali.

Bormla — Żbir ta' Siġar

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb jordna li jinżabru s-siġar li hemm fi Triq Santa Tereża, Bormla preċiż wara l-Knisja ta' Santa Tereża billi għandhom bżonn żabra, issa li ġejja l-festa tal-kunċizzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29852.
Leg 9 PQ #29871 Sitting 644 2001-11-20 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru tar-Restawr

Question

Jista' l-Ministru jara li fil-parti tal-bidu taċ-ċentru tar-restawr ġewwa l-Kalkara fejn hemm is-sezzjoni li kienet iddedikata għal pażjenti li riedu jpejpu tiġi rranġata għax is-saqaf sejjer jaqa?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt lill-President tal-Bord tal-Gvernaturi biex jirrapportali fuq l-azzjoni meħtieġa skond il-kwestjoni li qed iqanqal l-Onor. Kollega tiegħi.
Leg 9 PQ #29872 Sitting 644 2001-11-20 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Skola Guiseppe Despott

Question

Jista' l-Ministru jara kemm-il darba huwiex possibli li l-ambjent ta' madwar l-iskola Guiseppe Despott ġewwa Bormla tiġi mnaddfa waħda sew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tindif fil-post li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa nkluż fil-programm tax-xogħol u se jsir fil-ġranet li ġejjin.
Leg 9 PQ #29873 Sitting 644 2001-11-20 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Ażma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li jsir obbligatorju li t-tobba jinfurmaw lid-Dipartiment bil-każijiet ta' ażma li jiltaqgħu magħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li skond il-provedimenti tal-liġijiet ta` pajjiżna, l-irrapurtar obbligatorju ta` mard speċifiku jkopri biss mard infettiv u għaldaqstant ir-risposta trid tkun fin-negattiv.