Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda nru. 22740 jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-Fortizza San Rokku jew partijiet minnha hiex lura f'idejn l-Gvern u jekk le x'inhuwa previst li jsir fil-futur qarib?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-fortizza ta` San Rokku fil-Kalkara hija mogħtija ċens temporanju lil terzi u mill-informazzjoni li għandha s`issa t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ma jirriżultax li huwa previst xi kambjament fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda 20989 jgħid x'kien id-dħul minn ċnus u kirjiet u possibbilment separatament li kien hemm fl-uffiċċju konġunt din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-dħul tal-Uffiċċju Konġunt minn ċnus, qbiela u kirjiet din is-sena, sal-10 ta` Diċembru, kien kif ġej:-
Ċnus u qbiela - Lm312,672
Kirjiet ta` bini - Lm 53,650
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda 22740 jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-Fortizza ta' Delimara jew partijiet minnha hiex lura f'idejn l-Gvern u jekk le x'inhuwa previst li jsir fil-futur qarib?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nagħmel referenza għal risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29476, infakkar li l-Fortizza ta` Delimara hija mogħtija b`kera lill-terzi persuni. Qegħdin isiru taħditiet mal-inkwilin biex forsi jintalaħaq ftehim amikevoli.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda numru 22717 jinforma lill-Kamra x'irriżulta mill-eżami li sar tat-toroq Carmelo Ritchie u Carmelo Penza fix-Xgħajra u jistgħux jiġu inklużi fil-programm ta' ħidma għas-sena li ġejja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mill-ispezzjoni li kienet twettqet mid-Dipartiment irriżulta li f'dawn iż-żewġ toroq kien sar żvilupp sostanzjali fihom biex ikunu jistgħu jiġu asfaltati, u d-Dipartiment tat-Toroq beda l-konsultazzjonijiet tiegħu mal-Utilities sabiex eventwalment tkun tista' toħroġ sejħa għall-offerti għall-asfalt ta' toroq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm preżentement kotba ġewwa l-librerija ta' l-iskola Lorenzo Gafa, Birgu u kemm inxtraw tul is-snin 1999, 2000 u 2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-figuri meħuda mid-dettalji provduti mill-iskola f'Diċembru ta' kull sena għall-iskola Lorenzo Gafa`, Birgu, huwa kif se nsemmi:
Sena Total ta' kotba Kotba mixtrija
1999 1138 25
2000 1175 0
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda parlamentari nru. 22740, jinforma lill-Kamra f'idejn liema dipartiment tinsab il-Fortizza tal-Mosta u x'qed jiġri preżentement minnha u tistax tiġi miftuħ għall-pubbliku b'dak li fiha?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Fortizza tal-Mosta qiegħda f`idejn il-Forzi Armati ta` Malta, u għalhekk l-Onor. Membru huwa mitlub jirreferi t-tieni parti tad-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda nru. 22740, jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-Fortizza ta' Bengħajsa jew partijiet minnha biex lura f'idejn l-Gvern u jekk le x'inhuwa previst li jsir fil-futur qarib?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nagħmel referenza għal risposta li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 29476, infakkar illi l-Fortizza ta` Bengħajsa hija mogħtija b`kera lil terzi persuni taħt erba` kirjiet differenti u mhux previst li jsir kambjament fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda 22740, jinforma lill-kamra jekk kemm-il darba l-Fortizza ta' Bingemma jew partijiet minnha hiex lura f'idejn l-Gvern u jekk le x'inhuwa previst li jsir fil-futur qarib?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nagħmel referenza għal risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29476, infakkar li l-Fortizza ta` Binġemma hija mogħtija b`kera lil terzi persuni u mhux previst li jsir kambjament fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għad-domanda nru. 22740 jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-Fortizza ta' Żonqor jew partijiet minnha hiex lura f'idejn l-Gvern u jekk le, x'inhuwa previst li jsir fil-futur qarib?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nagħmel referenza għal risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29476, infakkar li l-Fortizza ta` Zonqor hija mogħtija b`kera lil terzi persuni u mhux previst li jsir kambjament fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għad-domanda nru. 4901 jinforma l-kamra kemm kien hemm gwidi liċenzjati fil-lingwa Franċiża, Taljana u Tedeska għas-snin 1999, 2000 u 2001 u kemm minnhom kienu irġiel u kemm nisa?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ;ej:-
SENA
LINGWA
IR:IEL
NISA
1999
Fran/i]a
30
40
Taljana
50
156
Tedeska
42
103
2000
Fran/i]a
31
47
Taljana
51
159
Tedeska
42
105
2001 Fran/i]a 30 48
Taljana 51 160
Tedeska 41 105
Jistax il-Ministru b'referenza għad-domanda numru 1988 jinforma l-kamra kemm flejjes intefqu biex sar l-pipe tad-drenaġġ f'bieb Santa Liena Bormla, meta beda u meta spiċċa dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li dan il-kuntratt ġie jiswa, bejn wieħed u ieħor, tlettax-il elf lira u sar bejn l-1 ta' Marzu u l-bidu ta' Mejju 2001.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda nru. 11601 jinforma l-kamra jekk l-smoking shed hiex sejra issir billi esternament tidher li sejra taqa minn ġurnata għall-oħra?
Response (GALEA, LOUIS)
Hu pjanat li din tiġi restawrata skond prioritajiet u fondi disponibbli taċ-Ċentru Malti għar-Restawr.
Jista' Ministru jgħid b'referenza għad-domanda nru. 20990, jinforma l-kamra kemm kien hemm dħul minn bejgħ ta' proprjeta u fidi ta' ċens ġewwa l-joint office għas-snin 2000 u 2001?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-dħul tal-Uffiċċju Konġunt minn bejgħ ta` proprjeta` u fidi ta` ċens fis-snin msemmija kien kif ġej:-
Sena 2000 - Lm 900.716
Sena 2001* - Lm1,243.590
* Sa l-4 ta` Diċembru.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda numru 29752 dwar Triq San Antnin Fgura jinforma l-kamra x'irriżulta lid-dipartiment li hemm bżonn li jsir u jistgħax jonforma meta jista' jsir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mill-informazzjoni li ġabar id-Dipartiment jirriżulta li Triq Sant Antnin infisa ma għandiex bżonn tiġi resurfaced. Hemm wesgħa li tmiss ma Triq Sant Antnin u Triq W. Levanzin li l-art tagħha trid tiġi espropjata biex tkun tista' tiġi żviluppata l-pjazza.
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment biex jibda x-xogħol ta' l-espropjazzjoni.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda nru. 3539 jara jistgħux jsiru xogħlijiet ta' manutenzjoni esterni billi l-imsemmija Berga tal-Birgu tista' tagħti l-impressjoni li hija abbandunata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li manutenzjoni ssir fil-bereġ kollha b'mod regolari. Peress li l-post hu antik ħafna, umduż u l-ġebla mielħa, ix-xogħol li jsir fuq dan il-post iservi biss għal ftit xhur.
L-aħjar soluzzjoni tkun li jinstab post ieħor ġdid għal berġa flok dik eżistenti.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda nru 1000 jinforma l-kamra kemm attendew studenti fl-iskola Girolamo Cassar fis-sena 1999, 2000 u 2001 u jekk huwiex possibli jiġi indikat kemm minnhom ġew offruti xogħol mal-Gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti li attendew l-iskola tal-Bini Ġirolamo Cassar fis-sena 1999, 2000 u 2001 kienu:
Sekondarji ESTS
1998/1999 82 1
1999/2000 66 1
2000/2001 71 Nil
Minn Settembru ta' 2001 l-iskola Ġirolamo Cassar ġiet amalgamata ma' l-iskola Kurunell Manche' u hemm 22 student fl-ewwel sena u 31 fit-tieni sena.
L-istudenti li kienu jattendu l-iskola Ġirolamo Cassar huma taħt is-sittax-il sena u għalhekk ma jingħatawx xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għad-domanda nru. 15283 jinforma l-kamra xogħol sar fuq Lower St. Elmo l-Belt u x'hemm pjanat għal futur?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ftit taż-żmien ilu, sar xogħol ta` tindif f`Lower St. Elmo bl-għajnuna ta` diversi dipartimenti oħra tal-Gvern u għaqdiet volontarji.
Ninsab infurmat ukoll li peress li l-pjanijiet għall-futur ta` din il-parti tal-Fortizza jiddependu fuq il-bini tal-propost villaġġ tal-Karnival, biex allura dan il-post ikun jista` jiġi vakant, mhux possibli li tingħata risposta minn issa għat-tieni parti tad-domanda ta` l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda nru. 11595, jinforma l-kamra x'xogħol sar ġewwa l-palazz ta' Vilhena Mdina fis-snin 1999, 2000 u 2001 u kemm intefqu flejjes?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet ma kienx involut fix-xogħol ta' restawr ġewwa l-Palazz tal-Vilhena. Jieħdu ħsieb dan ix-xogħol kienu l-Imdina Rehabilitation Project u r-Restoration Unit tal-Minsteru ta' l-Ambjent.