Jistaxl-Ministru jinforma l-Kamra liema xogħol ta' manutenzjoni u kostruzzjoni hemm bżonn jsir ġewwa l-iskola primarja Dun Mauro Iguanez tal-belt Senglea?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada bdiet proċess biex b'konsultazzjoni ma' kull min hu involut tħejji rapport dettaljat tekniku ta' x'hemm bżonn f'kull skola tal-Gvern biex din tissodisfa l-istandards tal-Kurrikulu Nazzjonali. L-iskola ta' l-Isla tikwadra ruħha f'dan il-proċess u t-tagħrif mitlub ikun jista' jingħata meta dan l-eżerċizzju jkun lest.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x-xogħol sar flimkien mal-Kunsill Lokali ġewwa r-raħal tax-Xagħjra għall-aċċess u użu tal-e-government u jekk kemm il darba ġiex stabbilit lok fejn dan jistgħa jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Kunsill Lokali, bl-assistenza tad-Divizjoni tas-Saħħa, irnexxielu jikseb parti mill-Berġa tal-lokal għall-użu mill-Kunsill Lokali Xgħajra biex is-servizzi ta` l-e Government jiġu offruti lir-residenti minn post aktar ċentrali u milħuq minn kulħadd inkluzi persuni b`dizabilita`.
Il-Kunsill tax-Xgħajra issa qiegħed f`arranġamenti diretti mad-Divizjoni tas-Saħħa biex il-post jiġi arranġat aħjar biex jintuża bħala uffiċċju.
Bi pjaċir nirrota ukoll li l-Kunsill issa aċċetta li joffri s-servizz ta` l-e Government u nnomina l-e Councillor biex imexxi dan il-programm.
Jistax il-Ministru, b'referenza għad-domanda parlamentari preċedenti, jinforma l-Kamra jekk huwiex possibbli jinbeda x-xogħol fuq iż-żewġ imtieħen ġewwa Bormla?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li dan it-tip ta' xogħol għandu jiġi riferut lill-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Cottonera.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm fondi ġew allokati għall-kunsill lokali tax-Xgħajra mill-bidu tal-kunsill sal-lum inklużi il-fondi speċjali u elenkati sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm hemm soċjetajiet kummerċjali barranin li għandhom kuntratti pendenti mal-Gvern Malti u jistax jiġi elekat liema minn dawn li jsegwu ethical conduct policy u liema dawk le?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jkun aktar ċar fid-domanda tiegħu.
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra jekk Triq Sa Ġwann, parti minn Triq il-Polverista, Triq il-Mitħna u Triq San Ġorġ ġewwa Bormla, hux se jsiru tul is-sena li ġejja u kemm dawn huma kkalkulati li ġejjin jiswew?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħlijiet ser jitlestew din is-sena u fil-fatt, id-Direttorat diġa' ta l-kuntratti għal dan ix-xogħol.
Ix-xogħlijiet ser jiswew Lm 59,211.00.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm flejjes intefqu fuq l-iskejjel primarji tal-Fgura tul dawn l-aħħar snin u jistax jiġi indikat x'xogħol sar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-1997 'l hawn, intefqet is-somma ta' Lm390,665 mill-Vot Kapitali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni (Vot 7026 - xogħlijiet ta' kostruzzjoni, kif ukoll Vot 7030 - xogħlijiet ta' manutenzjoni u tisbieħ).
Lista tax-xogħlijiet individwali li twettqu fl-iskejjel Primarji tal-Fgura matul dawn l-aħħar snin, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-lista turi wkoll x'intefaq sena b'sena mill-1997 sal-2001.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm flejjes intefqu sabiex l-ewwel crane li kien hemm ġewwa l-Baċir numru wieħed nieżel u ġie żarmat?
Jista' ukoll jindika kemm dam isir dan?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-ismantellar ta' l-ewwel crane fil-baċir numru wieħed beda fid-19 ta' Diċembru 2001 u spiċċa fl-14 ta' Frar ta' din is-sena. Rigward l-ispejjeż, sal-15 ta' Frar ta' din is-sena, il-labour charges kienu jammontaw għal Lm18,188.
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra x'xogħol qiegħed jsir fulq il-Polverista f'Bormla u kemm flejjes huma previsti li ser jintefqu hemm f'dan il-proġett?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir fuq il-Polverista jikkonsisti f'restawr u manutenzjoni tas-swar fuq żewġ livelli. Ix-xogħol, li qed isir wara sejħa għall-offerti, hu stmat li ser jiswa madwar Lm74,000.
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm flejjes intefqu u huma previsti li jintefqu fuq l-parti l-ġdida tat-Triq Alfonso de Wignacourt fix-Xgħajra sabiex din tiġi asfaltata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol li għaddej bħalissa fi Triq Alfonso de Wignacourt jikkonsisti f'livellar u formazzjoni tat-triq li ser jammontaw għal Lm17,500. Meta jsir ix-xogħol fuq l-estensjoni tad-dranaġġ issir sejħa għall-offerti għall-asfaltar tat-triq u dan hu maħsub li jammonta għal madwar Lm20,000.
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm flejjes intefqu u huma previsti li jintefqu fuq l-arbli tad-dawl li qed jsiru ġewwa Triq Alfonso de Wignacourt fix-Xgħajra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta qed tistma li tonfoq is-somma ta' Lm6,166 fuq arbli fi Triq Alfonso de Wignacourt fix-Xgħajra.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra f'liema posizzjoni waslet l-librerija pubblika li qiegħda issir ġewwa l-Fgura u kemm flejjes f'kotba intefqu sa issa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Librerija Pubblika (Fergħa) tal-Fgura tagħmel parti mill-bini ta' l-iskola Primarja tal-Fgura. Ix-xogħol ta' struttura u manutenzjoni li sar u qed isir fil-Librerija huwa parti mill-proċess ta' l-upgrading ta' l-iskejjel statali.
Ix-xogħol li jonqos isir huwa dak ta' tqegħid ta' madum, dawl u ilma, twaħħil ta' bibien, twieqi u kanċell li jagħti għal barra.
Il-Kunsill Lokali ħaseb biex jiffinanzja siegħat ta' ftuħ żejda tal-librerija, donazzjoni ta' kotba lil-librerija u jħallas l-ispejjeż tal-materjal għall-ixkaffar tal-librerija.
Kemm ilha miftuħa l-librerija tal-Fgura, ġie stmat li ntefqu b'Lm5,600 f'kotba.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x-xogħol qiegħed jsir ġewwa Couvre Porte l-Birgu u kemm flejjes ser jintefqu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li se jsir xogħol li jikkonsisti f'pavimentar ta' l-art f'Belvedere, Couvre Porte il-Birgu. Ix-xogħol, li se jsir, wara sejħa għall-offerti, hu stmat li ser jiswa madwar Lm57,000.
Qed isir xogħol ieħor mill-ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr li jikkonsisti f'intervent ta' konservazzjoni fuq il-bieb prinċipali.
Jistax il-Ministru b'referenza għad-domanda numru 29868 jinforma l-kamra kif dawn intefqu skola skola u huwiex possibli jiġi indikat l-lingwa tal-kotba mixtrija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ispiża f'kotba lill-iskejjel tal-Junior Lyceums tas-subien u tal-bniet għas-sena skolastika 2001/2002 kienet kif se nsemmi:
Girls' Junior Lyceums Lm
Maria Reġina - Blata l-Bajda 10,389.56
Santa Tereża - Mrieħel 12,200.28
Sir Adrian Dingli - St. Patrick's 8,778.43
Margeret Mortimer - Sta Luċija 10,581.84
Carlo Diacono - Żejtun 8,626.09
Can. Ġan Franġisk Agius de
Soldanis - Victoria - Gozo 9,020.37
Boys' Junior Lyceums
St Joseph - Paola 10,208.58
Dun Ġużepp Żammit (Brighella) -
Ħamrun 9,446.30
Mikiel Anton Vassalli - Tal-Ħandaq 9,040.30
Ġużeppi Despott - Verdala - Cospicua 5,091.26
Ninu Cremona - Victoria - Gozo 4,763.71
Total 98,146.60
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba tal-lingwa Franċiża nxtraw tul is-sena 2001 għal libreriji pubbliċi, kemm intefqu flus u kemm minn dawn għaddew lil librerija reġjonali tal-Birgu u dik li waslet biex tkun lesta fil-Fgura?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul l-2001 id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji xtara 154 ktieb bl-ilsien Franċiż għal-libreriji pubbliċi, li swew Lm229.
24 minn dawn il-kotba intbagħtu fil-Librerija tal-Birgu u 4 kotba oħra intbagħtu fil-Librerija tal-Fgura.
Jista' l-Ministru jinforma lill-kamra kemm kotba tal-lingwa Ingliża nxtraw tul is-sena 2001 għal libreriji pubbliċi, kemm intefqu flus u kemm minn dawn għaddew lil librerija reġjonali tal-Birgu u dik li waslet biex tkun lesta fil-Fgura?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul l-2001 id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji xtara 7,020 ktieb bl-ilsien Ingliż għal-libreriji pubbliċi, li swew Lm10,236.
272 minn dawn il-kotba intbagħtu fil-Librerija tal-Birgu u 137 kotba oħra intbagħtu fil-Librerija tal-Fgura.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba tal-lingwa Taljana nxtraw tul is-sena 2001 għal libreriji pubbliċi, kemm intefqu flus u kemm minn dawn għaddew lil librerija reġjonali tal-Birgu u dik li waslet biex tkun lesta fil-Fgura?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul l-2001 id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji xtara 1634 ktieb bl-ilsien Taljan għal-libreriji pubbliċi, li swew Lm235.
31 minn dawn il-kotba intbagħtu fil-Librerija tal-Birgu u 9 kotba oħra intbagħtu fil-Librerija tal-Fgura.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba tal-lingwa Ġermaniża nxtraw tul is-sena 2001 għal libreriji pubbliċi, kemm intefqu flus u kemm minn dawn għaddew lil librerija reġjonali tal-Birgu u dik li waslet biex tkun lesta fil-Fgura?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul l-2001 id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji xtara 99 ktieb bl-ilsien Ġermaniż għal-libreriji pubbliċi, li swew Lm163.
15 minn dawn il-kotba intbagħtu fil-Librerija tal-Birgu u 2 kotba oħra intbagħtu fil-Librerija tal-Fgura.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda 22740 jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-Fortizza tas-Silġ biex lura f'iden l-Gvern u jekk le x'inhuwa previst li jsir fil-futur qrib?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nagħmel referenza għal risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29476, infakkar li l-Fortizza tas-Silġ hija mogħtija b`kera lil terzi persuni u mhux previst li jsir kambajment fil-futur qarib.