Jista' l-Ministru jgħid in vista tad-domandi nri. 4902, 11849 u 30304 jinforma lill-Kamra dwar f'liema stadju waslu l-proċeduri għal-proġett tal-bini f'Triq San Filippu Senglea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li s-sejħa għall-offerti biex jiwaqqa u jinbena l-post issa għalqet u bħalissa qed tkun aġġudikata mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar f'liema stadju waslu l-miżuri li kellhom jittieħdu fi Triq San Gwann u Triq A Sistner Fgura wara d-domandi 29753 u 30312?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 30312
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti bniet u subien li jattendu l-iskola primarja ta' Dun Mauro Inguanez Senglea u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-iskola ta' Senglea u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi:
Subien Bniet
Year 1 30 28
Year 2 17 13
Year 3 19 22
Year 4 21 27
Year 5 23 12
Year 6 22 24
Total 132 126
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti bniet u subien lu jattendu l-iskola primarja tal-Birgu u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-iskola tal-Birgu u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi:
Subien Bniet
Year 1 11 4
Year 2 10 6
Year 3 10 7
Year 4 15 8
Year 5 14 8
Year 6 20 23
Total 80 56
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti li qed jattendu l-iskola Lorenzo Gafa, Birgu u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti subien li jattendu l-iskola Lorenzo Gafa` BSS, Birgu u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi:
Form Studenti
Form 1 51
Form 2 55
Form 3 49
Form 4 32
Form 5 62
Total 249
Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibli li jiġi inkarigat perit-tekniku sabiex jara l-istat li fihom qedhin l-arbli li kienu jiġu użati mill-Forzi Armati Ingliżi fil-wireless and telegraphy ġewwa l-bajja tar-Rinella Kalkara billi dawn jidhru li qedhin fi stat ta' deterjorament u tajjeb jekk jiġu żarmati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ta’ l-Intern u l-Ambjent.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibli li jitneħħa wire mikxuf li hemm ġewwa t-telgħa ta' Triq Santa Liena Bormla billi jista' jkun ta' periklu għall-pubbliku?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti bniet u subien li jattendu l-iskola primarja tal-Fgura u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-iskola tal-Fgura u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi:
Subien Bniet
Year 1 60 69
Year 2 59 58
Year 3 67 50
Year 4 77 60
Year 5 70 62
Year 6 70 78
Total 403 377
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti bniet u subien li jattendu l-iskola primarja tax-Xgħajra u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-iskola tax-Xgħajra u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi:
Subien Bniet
Year 1 10 11
Year 2 9 11
Year 3 10 12
Year 4 6 10
Year 5 10 12
Year 6 6 8
Total 51 64
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti bniet u subien li jattendu l-iskola Primarja ta' Bormla u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-iskola ta' Bormla u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi:
Subien Bniet
Year 1 16 22
Year 2 37 27
Year 3 23 25
Year 4 24 24
Year 5 44 29
Year 6 32 32
Total 176 159
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti bniet u subien li jattendu l-iskola primarja tal-Kalkara u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-iskola tal-Kalkara u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi:
Subien Bniet
Year 1 29 22
Year 2 14 11
Year 3 20 17
Year 4 25 18
Year 5 21 14
Year 6 24 25
Total 133 107
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi ħsara kien hemm u x'riparazzjonijiet kien hemm bżonn fil-mains ta' l-ilma fil-Belt Senglejana nhar is-Sibt u l-Ħadd 6 u 7 ta' April ġewwa Triq Vittorja?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fid-data msemmija la kien hemm ħsarat u lanqas saru tiswijiet fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma fit-triq li qed issir riferenza għaliha.
fil-fatt, f'dik id-data kien hemm ħsara fi Triq San Lawrenz, l-Isla. It-tiswija fuq il-mejn ta' l-ilma saret dakinhar stess.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra in vista tal-petizzjoni preżentata minn numru ta' residenti ta' Triq ix-Xemx u l-Qamar, Fgura fhiex waslet din it-talba u jistgħax wkoll jintbgħat f'kull każ rappresentant tad-dipartiment tat-toroq sabiex jara u jagħmel rapport fuq l-ilmenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Numru 30891.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibbli li l-proprjeta tal-Gvern ġewwa Triq l-Arcisqof Mattei Senglea tiġi esproprijata billi l-inkwilini jridu jixtru il-proprjeta?
Response (BORG, TONIO)
Iva, dan ser ikun possibbli fil-futur qarib. Il-Gvern qiegħed bħalissa fl-istadju li jgħaddi liġi sabiex il-kera li jħallas għall-proprjeta` li ġiet esproprijata taħt it-titolu pussess u użu u dominju pubbliku tiġi ikkapitalizzata bil-1 fil-mija. Malli dan iseħħ, l-inkwilini jkunu jistgħu jixtru r-residenza tagħhom.
B'referenza għad-domandi parlamentari preċedenti jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu fuq t-toroq li għadhom mhux fi stat tajjeb ġewwa l-area magħrufa bħala ta' St. Peter's Żabbar senjatament Triq il-Farfett tal-Fejġel u l-Għakrux?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qed jitħejja rapport rigward il-kundizzjoni tat-toroq li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant li huma kollha fl-istess żona.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġiet tiswa t-triq magħrufa bħala Triq iż-Żarżarell Żabbar fil-formazzjoni u asfaltar tagħha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li f'din it-triq għadu ma sarx xogħol ta' formazzjoni jew asfaltar.
Peress li din tinsab fl-istess żona ta' toroq, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal mistoqsija parlamentari Nru. 32869.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema ġranet u f'liema post huwa previst li se ssir il-careers convention li kull sena tiġi organizzata mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Careers' Convention se ssir fil-15, 16 u 17 ta' Mejju 2002 f'Bay Street Complex.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm flejjes intefqu fuq Triq Hompesch Fgura sal-ġurnata tal-lum, x'xogħol sar u x'jonqos li jsir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari Nru. 32708, jien infurmat li x-xogħol li sar s'issa huwa ta' road construction sa livell ta' base course, storm water culvert, xogħol ta' dranaġġ u xogħol ta' l-ilma. Jonqos isir l-aħħar kisi ta' tarmac sa kantuniera ma' Triq Carmel. Minn kantuniera ma Triq Carmel sal-mina ta' Ħompesch għadu ser jibda x-xogħol.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm flus intefqu sa issa fuq il-kumpless sportiv ġewwa l-kottonera u jistax jiġi elenkat dan ix-xogħol f'hiex jikkonsisti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s'issa intefqu Lm697,314 għal xogħol fuq il-proġett tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Ix-xogħol li sar jinkludi xogħol ta' skavar, xogħol ta' kostruzzjoni u bini ta' substation. L-ispiża tkopri wkoll ħlasijiet lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar, overtime lill-ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet u xogħlijiet oħra anċillari.