Legislature:
Category:
Reset
Active:

Senglea — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-istatwa tal-Madonna li hemm fil-pjazza prinċipali fil-Belt Senglejana faċċata tal-każin tal-Banda Queen's Own u li baqgħet hemm minkejja l-attakki tal-aħħar gwerra dinjija tiġi restawrata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proposta ta' l-Onorevoli Membru ser tiġi kkonsidrata.

Senglea — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-balavostri u z-zuntier sħiħ li hemm fil-Knisja ta' San Filippu Sengleja jiġu mibdula u l-ambjent kollu jiġi rranġat u restawrat billi c-cangatura ta' l-art għadha l-oriġinali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proposta ta' l-Onorevoli Membru ser tiġi kkonsidrata.

Zabbar — Triq San Leonardo

Question

Jista' l-Ministru jara huwiex possibbli li l-parti tat-Triq San Leonardo Xgħajra, Zabbar quddiem il-klub tal-boċċi tiġi msewwija billi hemm ħafna toqob ta' perikolu għal min ikun għaddej?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn spezzjoni li għamel id-Direttorat għat-Toroq jidher illi fil-lokalita' sar kanal li r-reinstatement tiegħu qiegħed jinqala' u d-Direttorat għat-Toroq qed jieħu passi ma' l-entitajiet u l-kuntratturi li wettqu x-xogħol biex jirranġawh.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra jekk huwiex minnu li d-dipartiment tad-drenaġġ huwa sprovvist minn tappieri tat-tip tad-drenaġġ u jekk le kemm hemm minnhom fl-imħażen?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-provvista ta' tappieri mhijiex waħda adegwata għad- Dipartiment tad-Drenaġġ, imma s-sitwazzjoni ser tiġi riżolta fil-futur qarib b'permzz ta' tender.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru b'riferenza għal domanda parlamentari preċedenti jinforma meta nbidlu t-tappieri tad-drenaġġ ġewwa Triq Dwardu Ellul, Xgħajra, u kemm dawn ġew jiswew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma nbidlu l-ebda tappieri fi Triq Dwardu Ellul. Li sar kien illi l-manhole mirduma ġiet livellata mal-wiċċ tat-triq. Dan ix-xogħol sar b'direct labour.

Xgħajra — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jibgħat rappreżentant tad-dipartiment tat-toroq sabiex isiru l-istudji neċessarji sabiex Triq Mulett, Xgħajra, u Triq A G Chesney, Xgħajra jkunu jistgħu jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex l-ispezzjoni ssuġerita mill-Onor. Interpellant issir.

Żabbar — Triq l-Indivja

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb jinvestiga l-ilment ta' numru ta' residenti fi Triq l-Indivja, Żabbar, rigward ħsarat fil-mains ta' l-ilma billi l-ħin kollu hemm ħuġ ta' ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interepellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni relattiva.

Xgħajra — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li fit-toroq Mulett u A G Chesney fix-Xgħajra jiġu stallati bozoz tad-dawl pubbliku aktar adegwati billi jidher li l-post huwa mudlam u hemm xi bozoz li marru u għadhom mhux imsewwija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Xgħajra — Triq San Leonardo

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li l-parti ta' Triq San Leonardo, Xgħajra, Zabbar quddiem il-club tal-boċċi, tiġi msewwija billi hemm ħafna toqob li huma ta' periklu għal min ikun għaddej?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq sabiex it-triq tiġi spezzjonata u jiġi stabbilit x'għandu jsir.

Mina tal-Polverista — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li jsir tindif mill-imbarazz u ħmieġ li hemm preżentement wara St Nicholas married quarters bħala parti mill-embellishment li qiegħed isir mill-mina tal-Polverista?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tindif li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa nkluż fil-programm tax-xogħol.

Kalkara — Triq Rinella - Niċeċ

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibgħat persuni kwalifikati sabiex jeżaminaw iż-żewġ niċeċ li hemm ġewwa Triq Rinella, Kalkara billi jidher li ħaqqhom restawr?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-Taqsima tar-Restawr ser tieħu ħsieb teżamina ż-żewġ niċeċ imsemmija fi Triq Rinella, Kalkara, biex jiġi verifikat x'restawr jista' jkun meħtieġ.
Leg 9 PQ #33874 Sitting 750 2002-06-05 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kalkara — Villa Portelli

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'użu qiegħed isir preżentament minn Villa Portelli, Kalkara? Kemm hemm impjegati u kemm jattendu studenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Villa Portelli bħalissa qed tintuża mill-Istitut Marittimu tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija. Informat li hemm 7 impjegati full-time u waħda part-time. Hemm ukoll 24 għalliema oħra part-time. Hemm 18-il student full-time u 3 part-time fuq bażi regolari. Ma dawn wieħed irid jgħodd ukoll 1598 studenti oħra part-time li jattendu diversi short courses mitlubin mill-STCW (Standards for Training Certification Watchkeeping).

MEPA — Satelite Dish

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil-Kamra x'miżuri ttieħdu riċentement mill-MEPA għar-rigward l-istallazzjoni ta' satelite dish? Jikkunsidra l-Ministru li jibgħat ċirkolari lin-nies tat-tlett ibliet kif ukoll Valletta u Floriana sabiex ikunu magħrfa b'dan?

Response (BORG, TONIO)

L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u sussegenentement il-Gvern, approvaw regolamenti ġodda li jissimplifikaw il-proċeduri dwar l-istallazjoni ta' antenni għas-satellita f'żoni ta' konservazzjoni urbana (U.C.A.'s). Dawn ir-regolamenti daħlu fis-seħħ fil-31 ta' Mejju, 2002. Qabel wieħed kellu japplika b'applikazzjoni sħiħa ta' żvilupp. Bir-regolamenti l-ġodda issa irid jagħmel biss notifika lill-MEPA. Applikazzjoni sħiħa ta' żvilupp trid tibqa` issir biss fejn il-bini huwa skedat u xi każijiet minuri oħra. L-Awtorita’ sejra tagħmel avviżi fil-gazetti dwar dan. Sadanittant ser nieħu s-suġġeriment tal-Onor. Membru sabiex ir-residenti jkunu nfurmati direttatment.

MEPA — Ħwienet - Siġġijiet Barra

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'miżuri ttieħdu riċentement mill-MEPA għar-rigward tal-ħwienet li japplikaw għal siġġijiet barra? Jikkunsidra l-Ministru li jibgħat ċirkolari lin-nies fin-negozju li huma affettwati minn dan, b'riferenza għat-tliett ibliet, Valletta u Floriana, sabiex ikunu magħrfa b'dan?

Response (BORG, TONIO)

Il-MEPA aġġornat il-politika tagħha dwar l-użu ta' spazji pubbliċi fi tlett ibliet, Valletta u Floriana, kif ukoll f'areas urbani oħra biex tippromwovi l-attivita' kummerċjali f'dawn l-inħawi billi ma tesiġix li jitħallsu xi spejjeż għall-iskema ta' Commuted Parking. Din il-politika riveduta issa sejra tinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika qabel ma' tiġi addottata formalment. Hu propost ukoll li f'każi fejn saru ħlasijiet f'dan ir-rigward, dawn jitħallsu lura sakemm dawn jikkonformaw ma l-iprovvedimenti li jikkontrollaw tali żvilupp skond il-kundizzjonijiet elenkati fl-Ordni ta' l-2001 dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (Avviż Legali 126 ta' l-2001) klassi 19 'Tqegħid ta' mwejjed u siġġijiet'. Ta' min jinnota li żvilupp bħal dan ma jeħtieġx applikazzjoni formali iżda jista' jsir wara li tingħata notifika lill-Awtorita'.

Senglea — Kunsill Lokali - E-govt.

Question

Jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma saret mid-dipartiment tal-kunsilli lokali sabiex fil-kunsill lokali Senglea jkun hemm l-istallazzjoni u l-aċċess ta' servizzi ta' l-e-govt.?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhala parti mill-programm ta` l-e-government u permezz tad-dokument mhejji dwar il-Local Council Electronic Policy, il-Kunsill Lokali ta` l-Isla iffirma il-Local Council Electronic Policy Partnership Agreement mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u ma` l-eMalta Commission. B`dan il-ftehim, il-Kunsill Lokali ta` l-Isla dahal ghal certu responsabbilitajiet fosthom: a) li joffri servizzi efficjenti u professjonali ta` `front office` lill-pubbliku; b) li jipprovdi s-servizzi kollha ta` eGovernment; u c) li joffri access b`xejn ghall-internet; Minn naha tieghu, il-Gvern joffri lill-Kunsill, fost affarijiet ohra: a) ghajnuna finanzjarja u materjali, bhal computers; b) ghajnuna biex jitwaqqfu internet centres; c) ghajnuna teknika fit-twaqqif ta` web-sites tal-Kunsill; d) l-uzu tal-gov.mt domain; e) stallazzjoni ta` programmi kollha ta` l-eGovernment biex il-Kunsill ikun jista` jaqdi lill-pubbliku; u f) tahrig professjonali fuq l-uzu ta` dawn is-sistemi lis-Segretarju Ezekuttiv kif ukoll lill-impjegati tal-Kunsill Naturalment dawn il-beneficcji jinghataw lil kull Kunsill li jidhol f`dan il-ftehim.

Kalkara — Kunsill Lokali - E-govt

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma saret mid-dipartiment tal-kunsilli lokali sabiex fil-kunsill lokali tal-Kalkara jkun hemm l-istallazzjoni u l-aċċess tas-servizz ta' l-e-govt?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhala parti mill-programm ta` l-e-government u permezz tad-dokument mhejji dwar il-Local Council Electronic Policy, il-Kunsill Lokali ta` l-Kalkara iffirma il-Local Council Electronic Policy Partnership Agreement mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u ma` l-eMalta Commission. B`dan il-ftehim, il-Kunsill Lokali ta` l-Kalkara dahal ghal certu responsabbilitajiet fosthom: a) li joffri servizzi efficjenti u professjonali ta` `front office` lill-pubbliku; b) li jipprovdi s-servizzi kollha ta` eGovernment; u c) li joffri access b`xejn ghall-internet; Minn naha tieghu, il-Gvern joffri lill-Kunsill, fost affarijiet ohra: a) ghajnuna finanzjarja u materjali, bhal computers; b) ghajnuna biex jitwaqqfu internet centres; c) ghajnuna teknika fit-twaqqif ta` web-sites tal-Kunsill; d) l-uzu tal-gov.mt domain; e) stallazzjoni ta` programmi kollha ta` l-eGovernment biex il-Kunsill ikun jista` jaqdi lill-pubbliku; u f) tahrig professjonali fuq l-uzu ta` dawn is-sistemi lis-Segretarju Ezekuttiv kif ukoll lill-impjegati tal-Kunsill Naturalment dawn il-beneficcji jinghataw lil kull Kunsill li jidhol f`dan il-ftehim.

Birgu — Kunsill Lokali - E-govt.

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma saret mid-dipartiment tal-kunsilli lokali sabiex fil-kunsill lokali tal-Birgu jkun hemm l-istallazzjoni u l-aċċess tas-servizz ta' l-e-govt?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhala parti mill-programm ta` l-e-government u permezz tad-dokument mhejji dwar il-Local Council Electronic Policy, il-Kunsill Lokali ta` l-Kalkara iffirma il-Local Council Electronic Policy Partnership Agreement mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u ma` l-eMalta Commission. B`dan il-ftehim, il-Kunsill Lokali ta` l-Kalkara dahal ghal certu responsabbilitajiet fosthom: a) li joffri servizzi efficjenti u professjonali ta` `front office` lill-pubbliku; b) li jipprovdi s-servizzi kollha ta` eGovernment; u c) li joffri access b`xejn ghall-internet; Minn naha tieghu, il-Gvern joffri lill-Kunsill, fost affarijiet ohra: a) ghajnuna finanzjarja u materjali, bhal computers; b) ghajnuna biex jitwaqqfu internet centres; c) ghajnuna teknika fit-twaqqif ta` web-sites tal-Kunsill; d) l-uzu tal-gov.mt domain; e) stallazzjoni ta` programmi kollha ta` l-eGovernment biex il-Kunsill ikun jista` jaqdi lill-pubbliku; u f) tahrig professjonali fuq l-uzu ta` dawn is-sistemi lis-Segretarju Ezekuttiv kif ukoll lill-impjegati tal-Kunsill Naturalment dawn il-beneficcji jinghataw lil kull Kunsill li jidhol f`dan il-ftehim.

Zabbar — Kunsill Lokali - E.Govt

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma saret mid-dipartiment tal-kunsilli lokali sabiex fil-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar ikun hemm l-istallazzjoni u l-aċċess tas-servizz ta' l-e-govt?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhala parti mill-programm ta` l-e-government u permezz tad-dokument mhejji dwar il-Local Council Electronic Policy, il-Kunsill Lokali ta` l-Kalkara iffirma il-Local Council Electronic Policy Partnership Agreement mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u ma` l-eMalta Commission. B`dan il-ftehim, il-Kunsill Lokali ta` l-Kalkara dahal ghal certu responsabbilitajiet fosthom: a) li joffri servizzi efficjenti u professjonali ta` `front office` lill-pubbliku; b) li jipprovdi s-servizzi kollha ta` eGovernment; u c) li joffri access b`xejn ghall-internet; Minn naha tieghu, il-Gvern joffri lill-Kunsill, fost affarijiet ohra: a) ghajnuna finanzjarja u materjali, bhal computers; b) ghajnuna biex jitwaqqfu internet centres; c) ghajnuna teknika fit-twaqqif ta` web-sites tal-Kunsill; d) l-uzu tal-gov.mt domain; e) stallazzjoni ta` programmi kollha ta` l-eGovernment biex il-Kunsill ikun jista` jaqdi lill-pubbliku; u f) tahrig professjonali fuq l-uzu ta` dawn is-sistemi lis-Segretarju Ezekuttiv kif ukoll lill-impjegati tal-Kunsill Naturalment dawn il-beneficcji jinghataw lil kull Kunsill li jidhol f`dan il-ftehim.

MIA — Uffiċċju Meteoroloġiku

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li l-uffiċċju meteoroloġiku ma jibqax aktar taħt l-MIA invista tal-fatt li m'hemmx skop kummerċjali fih?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Uffiċċju Meteoroliġiku għandu funzjoni mportanti fl-ajruport internazzjonali ta' Malta. ma hemm ebda ħsieb li dan l-uffiċċju ma jibqax aktar taħt l-M.I.A.

Senglea — Shelter tal-Gwerra

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba x-shelter tal-gwerra li hemm fil-ponta tal-belt Sengleana u dik ta' taħt il-mina ta' Sant'Anna humiex mogħtija b'kera u jekk iva, jista' l-kuntratt relattiv jiġi ppreżentat fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern m`għandha l-ebda shelter tal-gwerra taħt il-mina ta` Sant`Anna fl-Isla li huwa mikri. Minn naħa l-oħra it-Taqsima tikri lil terzi persuni żewġ postijiet fil-Ponta tal-Isla. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta` dawn il-kirjiet.