Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm-il bord hemm maħtura fid-diversi dipartimenti tiegħu u minn min huma komposti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #34989 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm-il bord hemm maħtura fid-diversi dipartimenti tiegħu u minn min huma komposti dawn?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Espropjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-postijiet 27, 28 u 29 Strait Str, Valletta, ġewx esproprijati jew le u jekk iva, f'liema stadju waslu l-proċeduri

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-post Numru 27 Triq id-Dejqa, il-Belt fil-fatt huwa tal-Gvern. Minn naha l-ohra il-postijiet 28 u 29 fl-istess triq kienu gew iddikjarati li huma mehtiega ghal skop pubbliku taht l-Ordinanza dwar Akkwist ta` Artijiet ghal Skopijiet Pubblici u t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qieghda fil-process li tistabilixxi min huma s-sidien ta` din il-proprjeta.`

Għaqdiet Filantropiċi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li persuni li għandhom fuqhom reġistrati każini tal-baned jew politiċi jistgħux jirreġistraw fuq l-ewwel parti meta ma jkollhomx xogħol billi dawn ma għandhomx liċenzja kummerċjali iżda waħda filantropika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Fgura — Toqob Fondi fi Triq il-Bieb

Question

Jista' l-Ministru jindaga u jara għala ġewwa Triq il-Bieb, Fgura fejn hemm numru interessanti ta' toqob fondi li qegħdin jkunu kaġun ta' inċidenti u ħsara, kif għadu ma sarx t-tiswija neċessarja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għamel spezzjoni fit-triq u nstab li t-triq hija diġa asfaltata u għalhekk it-tiswija ta' pot holes li jistgħu jiżviluppaw għandhom jissewwew mill-Kunsill Lokali.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għad-domanda parlamentari nru. 34647, jinforma l-Kamra kemm intefqu flus f'dawn it-toroq

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol f'dawn it-toroq ġie jiswa kif ġej: Dome Street - Lm23,888 P/O Triq Velleran u P/O Triq Għarnuq - Lm14,070 P/O Triq Scicluna, P/OTriq San Ġwann u P/O Triq l-Iskola - Lm31,400 P/O Triq Dejma - Lm21,957 TOTAL - Lm91,315 :

Shelters ta' l-Aħħar Gwerra

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm shelters tal-aħħar gwerra mondjali fil-belt Senglejana senjatament dak li hemm fil-ponta fejn fil-kmamar hemm kappella kif ukoll dik li hemm viċin l-Maċina fl-ewwel parti tat-triq u jistgħax jippreżenta l-kuntratti relattivi li hemm billi dawn jinsabu f'idejn privati?

Response (BORG, TONIO)

Infakkar l-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar gwerra mondjali tħaffru kwantita` kbira ta` shelters imxerrdin ma` Malta kollha u b`mod partikolari fl-inħawi tal-Kottonera. Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qatt ma kella f`idejha records ta` kemm u fejn tħaffru dawn ix-shelters u għalhekk kull każ ikun irid jiġi irriċerkat u eżaminat individwalment. Skond l-arkivji tat-Taqsima l-unika żewġ postijiet fl-Isla li kienu inkrew mill-Gvern u li setgħu kienu shelters tal-gwerra huma dak li ġew identifikati fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 33867. Dwar ix-shelters speċifiċi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant qed issir ir-riċerka u l-investigazzjoni meħtieġa biex jiġu stabbiliti il-fatti u jekk ikun il-każ jittieħdu il-passi neċessarji sabiex kull każ jiġi irregolarizzat.

Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm-il bord hemm maħtura fid-diversi dipartimenti tiegħu u minn min huma komposti dawn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt u Floriana - tlettax-il raġel u mara waħda Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera - erbatax-il raġel u mara waħda Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina - disat irġiel u mara waħda Bord għall-Bennejja - sitt irġiel Bord tal-Warrant tal-Periti - sebat irġiel Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - ħamest irġiel u mara waħda Bord ta' l-Inġinerija - sebat irġiel B.I.C.C. - sbatax-il raġel u mara waħda
Leg 9 PQ #34985 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm-il bord hemm maħtura fid-diversi dipartimenti tiegħu u minn min huma komposti dawn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Il-Bordijiet/Kumitati maħtura mill-Ministeru tas-Saħħa huma dawn: Council of Health Medical Council Nursing and Midwifery Board Board for the Professions Supplementary to Medicine Pharmacy Board General Services Board Mental Health Review Tribunal Burials Board Clean Air Board Ta' Braxia Committee Committee on Smoking and Health Sexually Transmitted Infections Preventive Committee National Steering Committee on Diabetes Bioethics Consultative Committee National Commission for Mental Health Zammit Clapp Hospital Management Team Foundation for Medical Services Breast Care Steering Committee Il-Membri li qiegħdin iservu fuq dawn il-Bordijiet/Kumitati matul is-sena 2002 huma kif jidhru fuq il-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 9 PQ #34986 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tat-Turiżmu

Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm-il bord hemm maħtura fid-diversi dipartimenti tiegħu u minn min huma komposti dawn?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-ismijiet tal- persuni li jiffurmaw l-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tat-Turiżmu huma kif ġej: Board of Governors ITS Mr Anthony Gatt – Chairman Mr Lino O. Borg Ms Grace Borg Ms Rachel Borg Mr Vincent Camilleri Mr Walter Cassar Mr John Muscat Drago Mr Noel Falzon Mr Carmel Fsadni Mr Joseph Micallef Ms Gloria Mizzi Ms Antoinette Naudi Ms Joyce Pullicino MTA Main Board Members Dr John C. Grech – Chairman Mr Leslie Vella – Deputy Chairman Mr Albert Muscat Inglott Mr George Micallef Mr Joe Preca Mr Victor Borg Mr Jean Depasquale Mr Anthony Chircop Mr Joseph Borg Olivier Mr Joe Cappello Mr Lino Farrugia Mr Victor Gruppetta MTA Marketing and Promotion Directorate Mr Joe Preca – Chairman Mr Louis Tabone Mr Robert Arrigo Mr Sammy Rapa Mr Mario de Celis Mr Michael Camilleri Kamsky Mr Martin Rossignaud MTA Product Planning and Development Directorate Mr George Micallef – Chairman Mr George Arrigo Mr Gianfranco Selvagi Mr Kevin Decesare Mr Derek Mifsud Mr Winston J. Zahra Mr Iain Tonna Mr Aldo Borg Mr Anthony Meli Mr John Sciberras Ms Maria Grech MTA Support Services, Human Resources Utilisation & Training Directorate Mr Albert Muscat Inglott – Chairman Mr Alfred Magrin Mr Joseph Diacono Mr Paul Fenech Mr Lino Cefai Mr George Schembri Mr Hugh von Brockdorff Mr Julian C. Zarb Ms Blanche Leenhouts MTA Enforcement Directorate Mr Anthony Cachia – Chairman Ms Therese Delia Dr Paul Pullicino Tourism Appeals Board Dr Emanuel Mallia – Chairman Dr Clarence Busuttil – Chairman Mr Carm A. Fenech Mr Joseph Messina Mr Charles Sciberras Mr Mark Spiteri Mr Vincent Tabone Ms Veronica Zammit Tabona Inter-Ministerial Committee on Co-Operation in the Field of Tourism Mr Louis P. Naudi – Chairman Mr Alfred Armeni Mr Mario Attard Mr Joseph Borg Mr Josie Brincat Mr Joseph Caruana Mr Tony Ellul Mr Frank Farrugia Mr Saviour Fenech Dr Lucianne Licari Mr Mark Anthony Mifsud Mr Joe Portelli Major Peter Ripard Mr Charles Zammit

Xgħajra — Toroq

Question

Jista' l-Ministru b'riferenza għad-domanda preċedenti jinforma l-kamra x'irriżulta lid-dipartiment tat-toroq rigward Triq Mulett, Xgħajra u Triq A G Chesney, Xgħajra u x'passi ittieħdu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mill-ispezzjoni li wettaq id-Direttorat għat-Toroq irriżulta li hemm ħafna żvilupp xi jsir f'dawn it-toroq qabel ma dawn jistgħu jiġu asfaltati.

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru b'riferenza għad-domanda preċedenti jinforma l-Kamra x'irriżulta li hemm bżonn bħala dawl ġewwa t-toroq Mulett u A G Chesney ġewwa x-Xgħajra u kemm flejjes irriżultaw li ntefqu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Kalkara — Triq Antonio Falzon

Question

Jista' l-Ministru jingħat uffiċjal mid-dipartiment tat-toroq sabiex jesamina t-triq Antonio Falzon Kalkara?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn inspezzjonijiet li saru mid-Direttorat għat-Toroq irriżulta li 70 fil-mija tat-triq ġiet żviluppata. L-istess Direttorat ser jara x'jista' jsir dwar ix-xogħol meħtieġ f'din it-triq.
Leg 9 PQ #34646 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm-il bord hemm maħtura fid-diversi dipartimenti tal-gvern u minn min huma komposti dawn l-imsemmija?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ Bordijiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi u minn min huma komposti dawn il-Bordijiet, inklużi Awtorita`, Kumitat u Kummissjonijiet. Rigward bordijiet li jaqgħu taħt Ministeri oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministri responsabbli.

Fgura — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm saru toroq ġewwa l-Fgura mill-1999 sal-lum mingħajr ma jsemmi Triq Hompesch, Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mill-1999 s'issa fil-Fgura saru dawn it-toroq:- Dome Street Parti minn Triq San Ġwann Parti minn Triq Velleran Parti minn Triq l-Iskola Parti minn Triq Għarnuq Parti minn Triq Dejma Parti minn Triq Scicluna
Leg 9 PQ #34626 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birgu — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra xi ħsarat saru fl-iskola primarja tal-Birgu ta' Santu Rokku u jekk dawn diġa ssewew, kemm ġew jiswew u x'irriżulta mill-investigazzjonjiet li saru sa issa fuq l-awtur/i ta' dawn il-ħsarat?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li l-ħsara li saret dan l-aħħar fl-iskola primarja Santu Rokku tal-Birgu ġiet irranġata mill-handyman ta' l-iskola u mill-mastrudaxxi tad-Diviżjoni bi spiża ta' LM300. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin. Infurmat ukoll li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada awtoriżżat lill-kumpanija Kalaxlokk sabiex ittella chainlink fence fuq in-naħa tal-ġnien sabiex l-iskola tkun imħarsa minn atti vandali fil-futur. Dan ix-xogżol stmat li jiswa jiswa madwar LM 2209.73.

WSC

Question

Jista' l-Ministru jara għal liema raġuni ħsarat mill-main ta' l-ilma li hemm ġewwa Triq Kardinal Birgu kantuniera ma' Wenzu Dyer Str, Birgu ma ġiex msewwi minkejja li residenti li hemm fit-triq qegħdin jilmentaw li ġewwa djarhom qed jidrilhom l-ilma b'mod partikolari dawk ta' Triq San Lawrenz, Birgu li jinsabu taħt il-livell tat-triq u inidipendentement minn dan, jistgħux minnufih jittieħdu l-passi sabiex dawn jiġu msewwija?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u eventwalment tittieħed l-azzjoni relattiva.