Legislature:
Category:
Reset
Active:

Restawr — Mina ta' Sant Anna

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif inhu sejjer ix-xogħol tar-restawr fil-mina ta' Sant'Anna u jista' jiġi ndikat kemm flus huma proġettati li jintnefqu fuq dan? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li dan ikun aċċessibbli għall-pubbliku u jekk l-aċċess għat-torri ta' l-arloġġ hux ser jsir ukoll?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proġett tal-Bieb ta' Sant'Anna fl-Isla issa wasal fit-tieni fażi tiegħu. Fl-ewwel fażi, ħaddiema tal-Gvern kienu nadfu s-soqfa u ppavimentawhom. Fit-tieni fażi, li se ssir minn kuntrattur, ser isir ir-restawr tal-mina kif ukoll l-inħawi tal-ġenb, se ssir sistema tad-dawl u tiġi pavimentata d-daħla tal-mina. Dan il-proġett huwa stamt li jiswa mal-Lm140,000. Il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera qiegħed ukoll jistudja l-possibilta' li l-area tkun aċċessibli għall-pubbliku.
Leg 9 PQ #37141 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti fi stat ta' koma irriversibbli

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra mill-1990 sa l-2002 kemm kien hemm u kemm hemm illum persuni li qegħdin fi stat ta' koma irriversibbli rikoverati fl-Isptar San Luqa u huwiex possibli li dawn jiġu indikati sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #37142 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tat-Turiżmu

Birgu — Palazz ta' l-Inkwiżitur

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra liema xogħol u kemm spejjeż huwa previst li jsir bl-għajnuna ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur, il-Birgu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #37143 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tat-Turiżmu

Relazzjonijiet — Malta/Ċina

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra xi żviluppi kien hemm fir-relazzjonijiet ta' pajjiżna maċ-Ċina f'dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu u jista' jinforma lill-Kamra wkoll kemm hemm gwidi liċenzjati fid-djaletti u lingwi Ċiniżi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #37144 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Relazzjonijiet — Malta/Ċina

Question

Jista' il-Prim Ministru jinforma lill-Kamra xi żviluppi kien hemm fir-relazzjonijiet ta' pajjiżna maċ-Ċina senjatament minn dak li kienu r-riżultati ta' l-aħħar żjara tiegħu fiċ-Ċina?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fil-laqghat li kelli mal-President tar-Repubblika Popolari tac-Cina, mal-Prim Ministru, mas-Sindki ta’ Shanghai u ta’ Suzhou u mad-Deputat Gvernatur tal-Provincja ta’ Zhang Su iddiskutejt il-possibilità li jitkattru l-kuntatti u l-koperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi b’mod partikolari bl-uzu tal-facilitajiet tat-tarznari u tat-“transhipment” f’Malta. Indirizzajt zewg “Business Fora” f’Beijing u Shanghai fejn heggejt kumpaniji Cinizi juzaw Malta bhala bazi li minnha jkunu jistghu jilhqu swieq fl-Ewropa, L-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani. Malta iffirmat zewg Ftehim ta’ Koperazzjoni mal-Gvern Ciniz, wiehed fil-qasam ta’ l-Edukazzjoni u l-iehor fil-qasam tax-Xjenza u Teknologija. Il-Gvern Ciniz wera l-apprezzament tieghu li Malta ser tivvota favur il-kandidatura ta’ Shanghai biex tospita l-World Expo 2010.

Birgu — Installazzjoni ta' lifts

Question

Jista' il-Ministru, wara l-mistoqsija parlamentari numru 33567, jinforma lill-Kamra f'liema stadju waslu l-installazzjoni tal-lifts ġewwa Blk 10, Dr 2, St Philip Street Birgu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender għall-installazzjoni ta' lift fi Blokk 10, Door 2 St. Philip Street, Birgu ħarġet fl-1 ta' Novembru 2002 u ser tagħlaq fit-12 ta' Diċembru 2002.

Bormla — Dwal tat-toroq

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm bozoz ġodda saru mill-Enemalta mill-1999 sal-15 ta' Novembru 2002 f'Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Tħawwil ta' siġar taż-Żebbuġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 36334 dejjem jekk l-informazzjoni hija miġbura?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'għandix xi nżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 36334.

Fortizza ta' Delimara — Tinfetaħ għall-publiku

Question

Jista' il-Ministru b'referenza għad-domandi parlamentari numri 22740 u 30464 jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm żviluppi sabiex il-pożizzjoni tal-Fortizza ta' Delimara tiġi solvuta sabiex tkun tista' tinfetaħ għall-publiku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li għalkemm saru xi diskussjonijiet mal-inkwilin tal-fortizza, ma jista` jkun hemm l-ebda żvilupp qabel ma jinstab post alternattiv biex jingħata lill-inkwilin.
Leg 9 PQ #37122 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Smoking Shed

Question

Jista' il-Ministru, filwaqt li jirreferi għad-domandi parlamentari numri 11601, 30323, u 33432, jinforma lill-Kamra jekk ix-xogħol jistax jinbeda billi din is-Smoking Shed marret aktar lura? Jista' ukoll jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni jaħdmu fiċ-Ċentru tar-restawr u kemm spejjeż inħarġu tul dawn l-aħħar snin għar-restawr u manteniment tal-post?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Birgu — Restawr - monument tal-Vittorja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif inhu sejjer ix-xogħol ta' restawr fuq il-monument tal-Vittorja ġewwa l-pjazza tal-Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-parti dokumentattiva tlestiet u bħalissa qed isiru testijiet dwar l-intervent li jrid isir.

Ħaż Żabbar — Bieb is-Sultan

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif inhu sejjer ix-xogħol ta' restawr fuq Bieb is-Sultan, li hemm bejn Ħaż Żabbar u l-Kottonera u jista' jinforma wkoll lill-Kamra x'ħidma qed issir mid-dipartiment tax-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li intemm xogħol ta' pavimentar biċ-ċangatura fit-terazzin ta' Bieb is-Sultan u bdil ta' xi soqfa li kienu perikolużi, li tħallas mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera. It-Taqsima tar-Restawr għandha talba għal kostruzzjoni ta' "Intermediate Floor" fl-istess bieb u bħalissa qed jiġu ppreparati d-disinji għal dan ix-xogħol.
Leg 9 PQ #37140 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Belt — Mużew tal-Arkeoloġija

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies daħlu fil-Mużew ta' l-Arkeoloġija l-Belt mill-1999 sal-15 ta' Novembru 2002 , sena b'sena u kemm flus irċieva l-istess Mużew sena b'sena wkoll?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Mużeq ta' l-Arkeoloġija daħlu nies u rċieva flus kif se nsemmi: Sena Visitaturi Flus 1999 74,603 Lm29,300 2000 89,765 Lm34,642 2001 81,338 Lm33,800 2002 (31/10/02) 67,013 Lm34,894

Kalkara — Niċeċ

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 33872, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx żviluppi rigward in-niċeċ ta' Triq Rinella, Kalkara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li sa llum għad ma hemmx żviluppi ġodda rigward in-niċeċ ta' Triq Rinella, Kalkara, u dan minħabba li t-Taqsima tar-Restawr hi preżentament impenjata bi programm estensiv ta' xogħol.

WSC

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 34627, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra jekk ix-xogħol li għandu jsir sabiex jneħħi l-inkonvenjent sarx jew le u jekk le x'qiegħed iżomm biex dan isir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li għal dawn l-aħħar xhur il-Korporazzjoni għas-Serviżżi ta' l-Ilma għamlet tiftix għal ħsarat fit-toroq imsemmija u kemm il-darba sewwiet ħsarat fil-mains ta' l-ilma. Il-Korporazzjoni bħalissa qed tiddiskuti mal-Kunsill Lokali tal-Birgu u mal-Gvern ċentrali biex isir xogħol ta' dbil tal-mains u s-servizzi ta' l-ilma f'dawn it-toroq peress li jinsabu fi stat ħażin ħafna, tant li jkunu jirrikjedu tiswijiet ta' sikwit.

Toroq

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 32849, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba kienx hemm żviluppi posittivi għar-rigward din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi meta ngħatat ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32849 ma sarx aktar żvilupp f'din it-triq u għalhekk il-pożizzjoni għadha dik indikata fil-Mistoqsija Parlamentari numru 30891.

Kalkara — Kappella tas-Salvatur

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 33061, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra x'xogħol sar sal-15 ta' Ottubru 2002 fuq il-Kapella tas-Salvatur Kalkara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proġett tal-Knisja tas-Salvatur, Kalkara, qed jimxi skond ma hu ppjanat. S'issa tlestiet il-kopla tal-knisja skond il-mod tradizzjonali kif kien isir dan ix-xogħol, bid-deffun. Fix-xhur li ġejjin ser jitkompla x-xogħol fuq il-faċċata u fuq ġewwa tal-knisja.

Xgħajra — Drenaġġ

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 33336, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra jekk xogħol li kellu jsir ġewwa Triq Dwardu Ellul, Xgħajra huwiex fil-fażi li jsir billi jidher li għadu ma sarx?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li kienu ġew magħluqa xi manholes biex jiġi evitat abbuż ta' tbattil illegali fi Triq Dwardu Ellul, Xgħajra u b'hekk ma titlax riħa minnhom. Il-manholes li baqa' issa ġew issiġillati biex ma toħroġx riħa minnhom u dawn ser jinbidlu meta jsir il-main il-ġdid.
Leg 9 PQ #36443 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Soċjetajiet Kummerċjali Barranin

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 33426, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra jekk kienx hemm żvilupp fuq din il-linja u jekk bdietx tinġabar l-informazzjoni rikjesta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għada qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa fil-kuntest sħiħ tat-tibdil li jrid isir fir-regolament tal-Public Procurement in vista tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja.

Lands Department

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 32852, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra f'liema stadju waslu l-proċeduri neċessarji sabiex din il-proprjeta' u l-oħrajn li jinsabu fl-istess posizzjoni fil-belt Senglejana jinfdew u għalhekk ikunu jistgħu jinxtraw susegwentement minn terzi?

Response (BORG, TONIO)

Il-liġi imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32852 issa għaddiet. Din il-liġi hija magħrufa bħala l-Att dwar l-Amministrazzjoni ta` l-Artijiet (Att Nru XI ta` l-2002). Malli din il-liġi tiġi fis-seħħ kif inhu provdut fl-artikolu 1 tal-istess liġi, il-kera li gvern iħallas għall-proprjetajiet li ġew akkwistati taħt it-titolu ta` 'pussess u użu' jew 'dominju pubbliku' tkun tista` tiġi ikkapitizzata bil-1 fil-mija fil-każ ta` proprjetajiet akkwistati taħt it-titolu ta` 'pussess u użu' u bil-1.4 fil-mija fil-każ ta` proprjetajiet li ġew akkwistati taħt it-titolu ta` 'dominju pubbliku'. Malli dan iseħħ, il-proprjetajiet li ġew akkwistati isiru mija fil-mija tal-gvern u l-inkwilini jkunu jistgħu jixtru r-residenza tagħhom. Dan isir fid-diskrezzjoni tal-Gvern. L-Onorevoli Membru għandu japprezza li dan il-proċess, apparti li jinvolvi ħafna xogħol, ser jiswa lill-gvern madwar erbgħa miljun lira u għaldaqstant dak li ma sarx għal dawn l-aħħar ħamsin sena ma jistax isir f`daqqa.