Qorti Ċivili — bejgħ in subbasta ta’ proprjetà immobbli
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew preżentati rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà immobbli fis-snin 2009, 2010, 2011 u 2012 quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili? Jista’ jinforma wkoll kemm minnhom ġew magħluqa u kemm għadhom pendenti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
In-numru ta’ rikors għal bejgħ in subbasta ta’ proprjetà immobbli fis-snin 2009, 2010, 2011 u 2012 quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili għal Malta u Għawdex huwa kif ġej:
*Dawn l-ammonti jirreferu biss għal dawk is-subbasti li ġew reġistrati fis-sena li tirreferi għalihom, u cioѐ, m’hemmx inkluż subbasti li ġew magħluqa u li kienu pendenti minn snin ta’ qabel.
Qorti Ċivili — bejgħ in subbasta ta’ proprjetà mobbli
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew preżentati rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà mobbli fis-snin 2009, 2010, 2011 u 2012 quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili? Jista’ wkoll jinforma kemm minnhom ġew magħluqa u kemm għadhom pendent?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 1738.
Jista' l-Ministru jikkonferma lill-Kamra x'passi ttieħdu mill-Gvern Libjan fir-rigward ta' assistenza fis-settur tal-edukazzjoni u jekk hux qed issir promozzjoni tat-tagħlim tal-linga Ingliża f'pajjiżna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern huwa miftuħ għall-kollaborazzjoni ma' kwalunkwe Gvern barrani inkluż dak Libjan sabiex issir promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwa Ingliża f'pajjiżna.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kienx hemm uffiċjali tal-Gvern Malti li attendew għall-ftuħ tal-Libya Build ġewwa l-Libja?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għall-ftuħ tal-Fiera
Libya Build
li seħħet fi Tripli bejn id-19 u 23 ta' Mejju, l-uffiċjali Maltin preżenti kienu l-Ambaxxatur ta' Malta għal-Libja, il-Konslu Ġenerali ta' Malta fi Tripli, kif ukoll uffiċjali mill-Malta Enterprise ibbażati fil-Libja.
Aġenzija Sapport – servizz ta’ Personal Assistants lil persuni bi problemi ta’ saħħa mentali
Question
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 845, jista’ l-Ministru jindika s-servizzi speċjalizzati (bħal per ezempju s-servizz tal-Personal Assistants tal-Aġenzija Sapport)) mogħtija minn entitajiet oħra lil persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiklarifika u jagħti aktar informazzjoni rigward il-mistoqsija parlamentari 845.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti f’pajjiżna possibilment lokal lokal li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jinforma l-kamra x’passi ulterjuri ġew meħuda sabiex isir il-proġett li permezz tiegħu l-Kulleġġ St Albert the Great li qiegħed l-Belt Valletta jiġi rilokat f’post ieħor?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Hekk kif spjegat f'dokument preliminari mħejji mill-istess skola u ppreżentat fl-2010 lill-Onor. Dr. Jason Azzopardi, dak iż-żmien fil-kapaċita' tiegħu bħala Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Finanzi, Ekonomija u Investiment, il-proposta ta' rilokazzjoni tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir ilha tiġi diskussa għall-aktar minn għaxar snin. Dan wassal sabiex nhar il-25 ta' Lulju 2011, ġie ppreżentat dokument dettaljat mill-iskola lill-Kabinett biex jispeċifika l-proposta dwar ir-rilokazzjoni tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir mill-Belt Valletta għall-bini ġdid f'Ħal Għaxaq u jitlob direzzjoni politika.
Nhar it-28 ta' Lulju 2011, id-Direttorati tal-Edukazzjoni formalment iddikjaraw li ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni għall-iżvilupp propost mill-iskola lill-MEPA.
Għad iridu jibdew taħditiet bejn iż-żewġ naħat dwar il-proġett.
Jista’ l-Ministru jara li s-siġar li hemm f’Ġnien il-Kottonera, Bormla jiġu kkurati u mantnuti tajjeb speċjalment meta reċentement parti minnu ġiet maħruqa?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew preżentati mandati ta’ qbid fis-snin 2009, 2010, 2011 u 2012 quddiem l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Sena
Mandati ta' Qbid preżentati
Malta Għawdex
2009
218 20
2010
142 10
2011
114 25
2012
90 23
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta Marzu, April u Mejju sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika ukoll x’ġie diskuss?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta mitluba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta Marzu, April u Mejju sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika ukoll x’ġie diskuss?
Response (VELLA, KARMENU)
Matul dawn l-aħħar xhur il-Ministru ltaqa’ mal-Abbaxxaturi tal-Awstrija, Iżrajel, Turkija, Kuwajt u Spanja.
Matul dawn il-laqgħat ta’ korteżija ġew diskussi punti marbuta mas-settur turistiku.
(Ara dokument Nru. 701 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 34 tat-Tnejn, 24 ta' Ġunju 2013)
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – laqgħat ma’ Ambaxxaturi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta Marzu, April u Mejju sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika ukoll x’ġie diskuss?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fix-xhur indikati fil-Mistoqsija Parlamentari rċevejt l-ambaxxaturi minn dawn il-pajjiżi:-
Ċina
Ghana
Kuwait
L-Istati Uniti tal-Amerika
Renju Unit
F'dawn il-laqgħat ġie diskuss kif tista' tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn dawn il-pajjiżi u l-gvern Malti fil-qasam tal-edukazzjoni, xogħol u riċerka.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — laqgħat ma' ambaxxaturi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra ma’ liema Ambaxxaturi ltaqgħa tul ix-xhur ta Marzu, April u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika ukoll x’ġie diskuss?
Response (BRINCAT, LEO)
L-Ambaxxaturi li ltqajt magħhom matul ix-xhur indikati kienu:
-L-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta – is-Sinjura Gina Abercrombie-Winstanley
-L-Ambaxxatur Olandiż għal Malta- is-Sur Robbert J. Gabrielse
-L-Ambaxxatur Taljan għal Malta – is-Sur Giovanni Umberto De Vito
-L-Ambaxxatriċi tal-Awstrija għal Malta – Dr Petra Schneebauer
-Il-Kummissarju Għoli Ingliż – is-Sur Robert Luke
-L-Ambaxxatriċi Svediża għal Malta – Is-Sinjura Ulla Gudmundson
-L-Ambaxxatur tal-Kuwait għal Malta – Is-Sur Faisal S. Al-Musaileem
-L-Ambaxxatur Spanjol għal Malta – is-Sur Felipe De La Morena
-Il-Kummissarju Għoli tan-New Zealand għal Malta - Dr Trevor Donald Matheson
fejn ġew diskussa suġġetti topiċi marbutin mal-oqsma ewlenin tad-dekasteru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm studenti mill-Università ta’ Malta li qed jattendu għall-kors tal-medjazzjoni u kemm minnhom f’dak tal-grad ta’ masters?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab informat li ħmistax-il student qed isegwu l-kors li jwassal għall-Master of Arts in Mediation. L-istudenti li kienu reġistrati għall-Postgraduate Diploma kollha għażlu li jkomplu għall-Master.
Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili — ittri uffiċjali eżekuttivi
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew preżentati ittri uffiċjali eżekuttivi a termini tal-artiklu 166A tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili tul is-sena 2012 u l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2012 u matul l-ewwel tlett xhur tas-sena 2013 l-ittri uffiċjali ppreżentati ai termini tal-artikolu 166A, u l-ammont ta’ ittri uffiċjali ai termini tal-istess artikolu li ġew reżi eżekuttivi huwa s-segwenti:
Preżentati
2012
Prim Awla tal-Qorti Ċivili-
285
Qorti tal-Maġistrati
3024
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
130
Preżentati
2013
Prim Awla tal-Qorti Ċivili
93
Qorti tal-Maġistrati
754
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
39
Aġenzija Sapport — personal assistants għal persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk persuni b'diżabilità minħabba nuqqas ta' saħħa mentali jistgħux jingħataw is-servizz ta' personal assistant li huma msemmi mill-Aġenzija Sapport?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija SAPPORT ġiet mwaqqfa biex toffri servizzi għal persuni b’diżabilità intelletwali u/jew fiżika u/jew sensorjali u għalkemm xi wħud mill-klijenti tagħha ikollhom ukoll diffikultajiet ta’ saħħa mentali – minħabba li jkollhom dual diagnosis – id-direzzjoni tal-aġenzija hija li ma toffrix servizzi lil persuni li jkollhom diffikultà ta’ saħħa mentali biss. Dan minħabba l-fatt li hawn servizzi speċjalizzati purament għalihom mogħtija minn entitajiet oħra f’Malta.
Tista' l-Ministru tindika kemm hemm impjegati separatament fi ħdan is-servizzi kollha offruti mill-Aġenzija Sapport u l-Aġenzija Sedqa? Tista' tindika kemm hi l-case load medja li kull impjegat għandu għal kull servizz offrut?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.