Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-laqgħa annwali tal-Ambaxxaturi li soltu ssir f’Lulju hix se ssir? Jekk le, jista’ jinforma lill-Kamra x’inhi r-raġuni ?
Response (VELLA, GEORGE)
Minħabba li bħalma dejjem isir fi bdil ta' Gvern, huwa mistenni li numru ta' Ambaxxaturi, itemmu l-kariga tagħhom, u oħrajn ġodda ikunu appuntati, filwaqt li oħrajn ibiddlu posthom, inħass li mhux il-każ li l-laqgħa annwali tal-Ambaxxaturi li s-soltu ssir matul ix-xhur tas-Sajf issir din is-sena. Madanakollu nassigura li għas-sena d-dieħla din il-laqgħa ssir bħal ma dejjem saret.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — laqgħat ma' ambaxxaturi
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1727, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk marx jiekol ma’ xi wieħed jew waħda minn dawn l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma kelli l-ebda ikla mal-Ambaxxaturi msemmija fil-mistoqsija parlamentari 1727.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – laqgħat ma’ Ambaxxaturi
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1726, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk marx jiekol ma’ xi wieħed jew waħda minn dawn l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1725, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk marx jiekol ma’ xi wieħed jew waħda minn dawn l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevli Interpellant li l-Ministru iltaqa’ għall-ikel mal-Ambaxxatur għall-Iżrajel. Nikkonferma li l-Ambaxxatur attenda waħdu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1724 u jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April u Mejju sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika wkoll x’ġie diskuss?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu msemmi kelli laqgħat mal-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti tal-Amerika, mal-Ambaxxatur Ċiniż u wkoll mal-Kummissarju Għoli Ingliż.
Fil-laqgħat imsemmija ġew diskussa materji ta’ importanza bilaterali li huma relatati mal-qasam tas-saħħa fost oħrajn.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fil-Palazz tal-Inkwizitur, il-Birgu fis-snin 2011, 2012 u s’issa f’din is-sena?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ viżitaturi li żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur fl-2011 kien jammonta għal 32,741 (Novembru u Diċembru esklużi minħabba li l-kuntrattur li kien jipprovdi s-servizz ma għaddiex din l-informazzjoni).
Fl-2012 żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur 34,298 viżitatur, filwaqt li minn Jannar sa April ta’ din is-sena (2013) marru 12,256 ruħ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Italja?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-Memoranda of Understanding li għad iridu jiġu ffinalizzati mal-Italja huma dawn:
Qasam tal-Protezzjoni Ċivili
Protokoll Addizjonali għal ftehim tal-1994 bejn Malta u l-Italja dwar il-Kooperazzjoni dwar it-Tbassir, Prevenzjoni u Mitigazzjoni tad-Diżastri Naturali u Teknoloġiċi;
Qasam tas-Saħħa
Memoranda ta' Ftehim għal-Servizzi fil-Qasam tal-
Hepatology
bejn l-Isptar San Raffaele ta' Milan u l-Ministeru għas-Saħħa;
Memoranda ta' Ftehim għal-Servizzi fil-Qasam tal-Kliewi u Trapjanti tal-Frixa bejn l-
Azienda Ospedaliera Universitaria Pisana
f'Pisa u l-Ministeru għas-Saħħa;
Memoranda ta' Ftehim dwar l-Edukazzjoni u r-Riċerka fil-Qasam tas-Saħħa Medika dwar il-Problemi relatati mal-Konsum tal-Ikel u l-Obesita bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Fondazzjoni Kenn għal-Saħħtek, u l-
Azienda Unita Sanitaria Locale Umbria 1
u r-Reġjun tal-Umbria.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Qatar?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-Memoranda of Understanding li għad iridu jigu ffinalizzati mal-Qatar huma dawn:
Memorandum of Understanding
bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tad-Difiża tal-Istat tal-Qatar fuq Koperazzjoni fil-Qasam tad-Difiża,
Memorandum of Understanding
fuq Koperazzjoni fil-Qasam tat-Turiżmu bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Malta u l-Gvern tal-Istat tal-Qatar,
Memorandum of Understanding
fuq il-Protezzjoni tal-Ambjent Marittimu, u Trobbija tal-Bhejjem u t-Tjur.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Arabja Sawdija?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-Memoranda of Understanding li għad iridu jigu ffinalizzati mal-Arabja Sawdita huma dawn:
Memorandum of Understanding
dwar Koperazzjoni fuq l-Edukazzjoni Għolja bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tal-Edukazzjoni Għolja tal-Arabja Sawdita,
Memorandum of Understanding
fuq Affarijiet fil-Qasam Marittimu bejn il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Zgħar tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tat-Trasport tal-Arabja Sawdita.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'passi ta' sigurtà ġew meħuda fir-rigward tal-konsolat Malti ġewwa Bengażi fil-Libja?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-Konsolat Malta huwa lokat temporarjament fil-Hotel Tibesti.
Il-hotel Tibesti għandu s-servizz ta' sigurtà tiegħu li dan l-aħħar ġie imsaħħaħ. Fl-istess ħin l-awtoritajiet Libjani qed jipprovdu servizz ta' sigurtà speċjali ħdejn il-konsolat Malti, li jinstab fl-ewwel sular tal-hotel.
Qegħdin insegwu b'attenzjoni kbira l-iżviluppi f'Benghazi kif ukoll f'partijiet oħra tal-Libja. Jekk jinħoloq il-bżonn aħna lesti biex l-istaff Malti jiġi rtirat minnufih lejn post aktar żgur. Sa issa ma jinħassx dan il-bżonn.
Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra x'passi ġew meħuda f'dawn l-aħħar xahrejn fit-tisħiħ u assistenza tal-poplu Libjan mill-Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-gvern jinsab f'kuntatt kontinwu mal-gvern Libjan u lest li joffri l-assistenza kollha loġistika u umanitarja mitluba.
L-Onorevoli Interpellant japprezza li d-dettalji għandhom ċertu sensittività iżda jista' jaċċerta ruħu li l-għajnuna kollha mitluba tingħata.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Libja?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-Memoranda of Understanding li għad iridu jigu ffinalizzati mal-Libja huma dawn:
Memorandum bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ta' Malta u l-Ministeru tal-Edukazzjoni tal-Libja fil-qasam tal-edukazzjoni obbligatorja,
Memorandum bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ta' Malta u l-Ministeru tal-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka tal-Libja fil-qasam tal-edukazzjoni għolja,
Memorandum bejn il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima ta' Malta u l-Ministeru tal-Agrikoltura tal-Libja fil-qasam tal-agrikoltura, is-sajd u l-harsien tal-annimali,
Memorandum bejn l-Uffiċċju tad-Dwana ta' Malta u l-Amministrazzjoni tad-Dwana fil-Libja dwar koperazzjoni fil-qasam tad-dwana,
Ftehim dwar koperazzjoni fis-settur taż-żgħażagħ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew preżentati mandati ta’ deskrizzjoni fis-snin 2009, 2010, 2011 u 2012 quddiem l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Sena
Mandati ta' Deskrizzjoni
Malta Għawdex
2009
7 2
2010
5 0
2011
7 4
2012
6 2
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew preżentati mandati ta’ sekwestru fis-snin 2009, 2010, 2011 u 2012 quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Mandati ta' Sekwestru
Sena Malta Għawdex
2009 833 60
2010 814 57
2011 700 48
2012 789 50