Legislature:
Category:
Reset
Active:

Eġittu — Memoranda of understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Eġittu?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma l-Onor. interpellant li il-Memoranda of Understanding pendenti mal-Eġittu huma: - Memorandum of Understanding bejn ir-Repubblika ta' Malta u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu dwar Koperazzjoni Konsolari dwar każijiet fir-rigward ta' Aċċess għall-Ulied. - Memorandum of Understanding bejn l-Università tal-Kajr u l-Università ta' Malta fil-qasam tal-Edukazzjoni u r-Riċerka.

Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura — laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika x’ġie diskuss u jekk kienx mistieden ma’ xi wieħed jew waħda minn dawn l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa issa saru laqgħat ta’ korteżija mill-Ambaxxaturi taċ-Ċina, Spanja, Kuwajt, Stati Uniti u tal-Italja.Fil-futur qrib hemm ipprogramati diversi laqgħat ma’ ambaxxaturi oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika x’ġie diskuss u jekk kienx mistieden ma’ xi wieħed jew waħda minn dan l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellat li sa issa kelli tlett laqgħat m’ambaxxaturi. L-ewwel laqgħa li kelli saret mal-Ambaxxatriċi Amerikana, l-Eċċellenza tagħha Gina Abercrombie-Winstanley. Ltqajt wkoll mal-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit, l-Eċċellenza tiegħu Robert Luke u mal-Ambaxxatur Olandiż, l-Eċċellenza tiegħu Robbert J. Gabriëlse. Fil-laqgħat kordjali li kelli ddiskutejt magħhom il-qasam soċjali kif jiġi ndirizzat f’pajjiżhom u l-viżjoni għal dan il-qasam minn dan il-Gvern. Flimkien rajna kif nistgħu nikkoperaw għall-isfidi li għandu dan il-pajjiż fl-oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ ta’ dan il-Ministeru.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika x’ġie diskuss u jekk kienx mistieden ma’ xi wieħed jew waħda minn dan l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’referenza għall-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-segwenti huma l-laqgħat li kellu ma’ l-Eċċellenzi tagħhom Ambaxxaturi sal-ġurnata tal-lum. Qed jiġi diskuss ukoll brevement x’ġie diskuss waqt dawn il-laqgħat: 1. Ma’ l-Eċċellenza tiegħu Ambaxxatur Ċiniż Cai Jinbiao liema laqgħa saret fl-Ambaxxata Ċiniża f’San Ġiljan. Il-Ministru kien waħdu fejn ġiet diskussa l-viżita Uffiċċjali li kellha ssir, u li effettivament saret dwar il-flotta ta’ l-Armata Ċiniża li kienet ġejja mis-Somalia li lqajna fil-Port il-Kbir; kif ukoll dwar ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.Il-Ministru kien akkompanjat miċ- Chief of Staff is-Sur Silvio Scerri. 2. Ma’ l-Eċċellenza tiegħu Ambaxxatur Franċiż Michel Vandepoorter fl-Ambaxxata Franċiża l-Belt Valletta. Il-Ministru kien waħdu. Ġew diskussi suġġetti bilaterali. 3. Ma’ l-Eċċellenza tagħha Ambaxxatriċi Torka Refika Nihal Ҫevik. Il-laqgħa saret fil-Ministeru tat- Turiżmu l-Belt Valletta. Il-Ministru kien akkompanjat miċ-Chief of Staff tiegħu. Ġew diskussi suġġetti bilaterali inkluż il-Konferenza li kellha ssir, u effettivament saret dwar ‘A Silk Routes Partnership for Migration’. 4. Mal-High Commissioner Ingliż Rob Luke. F’żewġ laqgħat, waħda fil-British High Commission T’Xbiex fejn il-Ministru kien akkompanjat mis-Sur Silvio Scerri fejn ġew diskussi suġġetti bilaterali u meeting waqt il-ħin ta’ l-ikel f’mawra l-Ministru kellu fuq il-Vapur Navali HMS Northumberland. Il-Ministru kien akkompanjat mill-Assistant Private Secretary Ryan Fiorentino. 5. Tlett laqgħat ma’ l-Eċċellenza tagħha Ambaxxatriċi ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika Ms Gina K.Abercrombie – Winstanley li kienu segwenti: · Lunch meeting fejn l-imsemmija Ambaxxatriċi kienet il-mistiedna tal-Ministru liema ikla saret fl-AFM HQ Luqa. F’din il-laqgħa ġew diskussi suġġetti bilaterali. Il-Ministru kien akkompanjat miċ-Chief of Staff tiegħu s-Sur Silvio Scerri. · Laqgħa ma’ l-imsemmija Ambaxxatriċi fl-Ambaxxata ta’ l-Istati Uniti ġewwa Ta’ Qali fejn ġew diskussi suġġetti ta’ difiża. Il-Ministru kien waħdu. · Ikla fir-residenza ta’ l-Imsemmija Ambaxxatriċi fejn il-Ministru ġie mistieden flimkien m’Ambaxxaturi oħra. Il-Ministru kien akkompanjat mill-mara tiegħu. 6. Laqgħa informali ma’ l-Eċċellenza tiegħu l-Ambaxxatur Taljan Giovanni Umberto De Vito fejn il-Ministru kien mistieden f’avveniment soċjali fir-residenzsa ta’ l-imsemmi Ambaxxatur ġo T’Xbiex. Il-Ministru kien akkompanjat mal-mara tiegħu. 7. Laqgħa informali ma’ l-Eċċellenza tiegħu Ambaxxatur tar-Russja Boris Marchuk fir-residenza tiegħu ġo San Ġwann f’avveniment soċjali. Il-Ministru kien akkompanjat mal-mara tiegħu. 8. Il-Ministru ltaqa’ wkoll informalment ma’ diversi Ambaxxaturi ta’ pajjiżi oħra f’avvenimenti soċjali. 9. Il-Ministru għandu laqgħat formali oħrajn pjanati max-xahar li ġej mal-Eċċellenzi tagħhom l-Ambaxxaturi ta’ Spanja, Kuwait u l-Ollanda.

Diploma in the Laws of Procedure

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti li qed jattendu għall-kors ta’ Diploma in the Laws of Procedure u f’liema stadju wasal dan il-kors?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' studenti li qed jattendu għall-kors ta' Diploma in the Laws of Procedure huwa ta' 46. Dawn l-istudenti kollha qegħdin isegwu it-tieni u l-aħħar sena tal-kors tagħhom.
Leg 12 PQ #2825 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Monte di Pieta – rahan ta’ deheb

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pieta u jistax jinforma lill-Kamra liema rahan ilu l-aktar li ngħata li għadu veljanti u ma nġabarx?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 3,579 depożitu ta’deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà u d-depożitu ta’ rahan li ilu l-aktar li ngħata u li għadu veljanti u ma nġabarx ilu minn 1981.
Leg 12 PQ #2826 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi – laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika x’ġie diskuss u jekk kienx mistieden ma’ xi wieħed jew waħda minn dawn l-ambaxxaturi, u jekk iva min akkumpanjah?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħaraf lill-Onorevoli Nterpellant illi r-rsiposta se tinghata f 'seduta oħra.
Leg 12 PQ #2827 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika x’ġie diskuss u jekk kienx mistieden ma’ xi wieħed jew waħda minn dan l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill- Onorevoli Intrepellant li tul ix-xhur bejn Marzu 2013 u l-15 ta' Gunju 2013 il-Ministru iltaqa' ma tlett ambaxxaturi. L-ewwel żjara kienet ma l-ambaxxatur Ciniz fil-port tal-Imgarr. Ghawdex zjara ta' kortesija mill-ambaxxatur Taljan, kif ukoll zjara ta' kotesija mill-ambaxatrici tal-Istati Uniti. Ma dawn l-ambaxxaturi gew diskussi temi ta' interess għall-gżira Għawdxija.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika x’ġie diskuss u jekk kienx mistieden ma’ xi wieħed jew waħda minn dan l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kelli żjarat ta' kortezija, mal-Kummissarju Indjan u Ingliż, l-Ambaxxaturi taċ-Ċina, tal-Amerika, tal-Izvezja, tal-Italja, u ta' Iżrael. F'dawn il-laqgħat kont akkumpanjat jew mill-Permanent Secretary, jew miċ-Chief of Staff jew mill-Personal Secretary. Attendejt l-Ambassador's Circle organizzat mill-Fondation de Malte.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali — laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika x’ġie diskuss u jekk kienx mistieden ma’ xi wieħed jew waħda minn dan l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-llum kelli laqgħat uffiċċjali ma rapprezentanti tal-Gvern – Amerikan, Awstrijak, Awstraljan, Franċiż, Indjan, Montenegrin, ta’ New Zealand, Olandiż, tar-Renju Unit, Spanjol, u Żvediż. Għal uħud minn dawn il-laqgħat attendew ukoll is-Segretarju Permanenti jew uffiċċjali tas-Segretarjat Privat. F’dawn il-laqgħat ġew diskussi affarijiet ta’ interess komuni inkluz dwar oqsma ekonomiċi, finanzjarji u soċjali. Fost dawn kien hemm il-viżjoni u l-istrateġija tal-Gvern Malti, suġġetti ta’ interess komuni fl-UE u kwistjonijiet internazzjonali, tisħiħ ta’ relazzjonijiet bilaterali, kif wkoll opportunitajiet għal investiment barrani li jeżistu f’Malta. Filwaqt li kont mistieden għal attivitajiet soċjali organizzati minn numru ta Ambaxxati f’Malta, stajt nattendi biss ghal wħud minnhom. Ma kontx akkumpanjat minn persuni ohra għal dawn l-attivitajiet.

Libya Build — Attendenza ta' uffiċjali Maltin

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba kienx hemm uffiċjali tal-Gvern Malti li attendew għall-ftuħ tal-Libya Build ġewwa l-Libja?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Enterprise kellha żewġ uffiċjali mill-Uffiċju tagħha fi Tripoli waqt il-fiera Libya Build . Dawn akkumpanjaw u għenu lill-esebituri Maltin bħalma jiġri dejjem f'dawn il-fieri.
Leg 12 PQ #1970 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Mużew Marittimu — viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fil-Mużew Marittimu tal-Birgu fis-snin 2011, 2012 u s’issa f’din is-sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ viżitaturi li żaru l-Mużew Marittimu tal-Birgu fl-2011kien jammonta għal 22,189 (Novembru u Diċembru esklużi minħabba li l-kuntrattur li kien jipprovdi s-servizz m’għaddiex din l-informazzjoni). Fl-2012 żaru l-Mużew Marittimu tal-Birgu 23,409 viżitatur, filwaqt li minn Jannar sa April ta’ din is-sena (2013) marru 8,147 ruħ.
Leg 12 PQ #1971 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ipoġew — viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fl-Ipoġew ta’ Ħal Tarxien fis-snin 2011, 2012 u s’issa f’din is-sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ viżitaturi li żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Tarxien fl-2011kien jammonta għal 22,904 (Novembru u Diċembru esklużi minħabba li l-kuntrattur li kien jipprovdi s-servizz m’għaddiex din l-informazzjoni). Fl-2012 żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Tarxien 27,409 viżitatur, filwaqt li minn Jannar sa April ta’ din is-sena (2013) marru 9,121 ruħ.
Leg 12 PQ #1972 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Mużew Nazzjonali tal-Arti — viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-Belt fis-snin 2011, 2012 u s’ issa f’din is-sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ viżitaturi li żaru l-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-Belt fl-2011 kien jammonta għal 22,265 (dan ma jinkludix il-viżitaturi ta’ Novembru u Dicembru minħabba li l-kuntrattur li kien jipprovdi dan is-servizz ma pprovdiex din l-informazzjoni). Fl-2012 żaru l-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-Belt 23,957 viżitatur, filwaqt li minn Jannar sa April ta’ din is-sena marru 6,562 ruħ.
Leg 12 PQ #1973 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Mużew tal-Arkejoloġija — viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fil-Mużew tal-Arkejoloġija l-Belt fis-snin 2011, 2012 u s’issa f’din is-sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ viżitaturi li żaru l-Mużew tal-Arkejoloġija, l-Belt fl-2011 kien jammonta għal 73,951 (dan ma jinkludix il-viżitaturi ta’ Novembru u Dicembru minħabba li l-kuntrattur li kien jipprovdi dan is-servizz ma pprovdiex din l-informazzjoni). Fl-2012 żaru l-Mużew tal-Arkejoloġija, l-Belt 71,366 viżitatur, filwaqt li minn Jannar sa April ta’ din is-sena marru 21,551 ruħ.