Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — safar

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm spejjeż saru s-sena li għaddiet in konnessjoni ma’ vjaġġi mill-Ministeru? Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba siefer u fejn u minn min kien akkumpanjat?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż fuq vjaġġi mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin matul l-2013 ammontaw għal €399,945. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba dwar is-safar tal-Ministru.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — riċevimenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru spejjeż marbuta ma’ riċevimenti u ikliet tul is-sena li għaddiet mill-Ministeru? Jista’ jelenkahom?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tinstab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Wied il-Għajn – skola primarja — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm studenti f'din is-sena akkademika fl-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn? Kemm hemm bniet u kemm hemm subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-total ta' studenti f'din is-sena akkademika fl-iskola Primarja ta' Wied il-Għajn huwa ta' 643 li minnhom 328 huma subien u 315 bniet.

Iż-Żejtun – skejjel — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra dwar kemm hemm studenti f'din is-sena akkademika fl-Iskola Primarja u sekondarja ż-Żejtun? Kemm huma bniet u kemm huma subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f'din is-sena akkademika t-total ta' studenti fl-iskejjel primarji u s-sekondarja tal-bniet taż-Żejtun huwa kif ġej:- Skola Primarja 'A':- 219 subien u 222 bniet - Total 441 Skola Primarja 'B':- 106 subien u 118 bniet - Total 224 Skola Sekondarja:- 697 bniet

Il-Fgura — skejjel - studenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm studenti f'din is-sena akkademika fl-iskejjel primarji tal-Fgura? Kemm huma bniet u kemm huma subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Intepellant illi t-total ta' studenti f'din is-sena akkademika fl-iskejjel primarji tal-Fgura huwa kif ġej:- Skola Primarja 'A':- 271 subien u 228 bniet - Total 499 Skola Primarja 'B':- 162 subien u 146 bniet - Total 308

Benefiċċju għall-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hawn persuni li qed jirċievu l-għajnuna soċjali f'Malta u f’Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-għajnuna soċjali f’Malta u f’Ghawdex sat 18 ta’ Jannar 2014 kien ta 11,067 persuna. Dawn huma mqassmin kif jidher hawn taħt:- DAD Social Assistance (Drug Addicts) - 12 SA Social Assistance - 7595 SAF Social Assistance (Carers) - 284 SUP Social Assistance (Single unmarried parents) - 3176 Total 11,067

Kanada — Memoranda of understanding pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Kanada?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma l-Onor. interpellant li hemm Memorandum of Understanding pendenti mal-Kanada dwar Konsultazzjonijiet Bilaterali bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika ta' Malta u d-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin u Kummerċ Internazzjonali tal-Kanada

Awstralja — Memoranda of understanding pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Awstralja?

Response (VELLA, GEORGE)

Bħalissa ma hemm ebda Memoranda of Understanding pendenti bejn Malta u l-Awstralja.

Korea ta’ Isfel — Memoranda of understanding pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Korea ta’ isfel?

Response (VELLA, GEORGE)

Bħalissa ma hemm ebda Memoranda of Understanding pendenti bejn Malta u Korea ta' Isfel.

Arabja Sawdita — Memoranda of understanding pendenti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1859, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taż-żewġ memoranda ffinalizzati mal-Arabja Sawdita?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Membru li mill-MOU li hemm referenza għalihom fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu 1859, s'issa ma hemm ebda wieħed minnhom li huwa finalizzat. B'finalizzat nifhem "maqbul" u "ffirmat". Ninforma 'l-Onor Membru wkoll li jekk irid ikollu lista u t-text ta' MOU u trattati finalizzati u li daħlu fis-seħħ, jista' jikkonsulta on line 'Treaty Series' fuq il-website tal-Ministeru.

Qatar — Memoranda of understanding pendenti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1858 jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taż-żewġ memoranda finalizzati mal-Qatar?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Membru li mill-MOU li hemm referenza għalihom fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu 1858, s'issa ma hemm ebda wieħed minnhom li huwa finalizzat. B'finalizzat nifhem "maqbul" u "ffirmat". Ninforma 'l-Onor Membru wkoll li jekk irid ikollu lista u t-text ta' MOU u trattati finalizzati u li daħlu fis-seħħ, jista' jikkonsulta on line 'Treaty Series' fuq il-website tal-Ministeru.

Tuneżija — Memoranda of understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mat-Tuneżija?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Memoranda of Understanding pendenti mat-Tuneżija huma: - Memorandum of Understanding bejn ir-Repubblika ta' Malta u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar Rikonoxximent taċ-Ċertifikati ta' Baħħara skont il-Providimenti tar-Regolament I/10 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Istandards għal Taħriġ,Ċertifikazzjoni u Watch-keeping għall-Baħħara. - Memorandum of Understanding bejn ir-Repubblika ta' Malta u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar koperazzjoni fil-qasam tat-turiżmu. - Memorandum of Understanding bejn il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tal-Agrikoltura tar-Repubblika tat-Tuneżija.

Niġerja — Memoranda of understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti man-Niġerja?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma l-Onor. interpellant li hemm Memorandum of Understanding pendenti man-Niġerja dwar l-immigrazzjoni bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Malta u il-Gvern tar-Repubblika Federali tan-Niġerja.

Brażil — Memoranda of understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Brażil?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma l-Onor. interpellant li hemm Memorandum of Understanding pendenti dwar Konsultazzjonijiet Bilaterali bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil.

Federazzjoni Russa — Memoranda of understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Federazzjoni Russa?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ma hemmx Memoranda of Understanding pendenti mal-Federazzjoni Russa, imma hemm Memorandum of Understanding bejn il-Malta Enterprise fuq naħa u Russian Chamber of Commerce and Industry (RFCCI) fuq in-naħa l-oħra u Memorandum of Understanding ieħor bejn il-Malta Enterprise fuq naħa u l-Moscow Investment and Export Promotion Agency (MIEPA) fuq in-naħa l-oħra li għadhom pendenti.