Jista' l-Ministru jindika x’passi u x’linja politika se tittieħed sabiex Wied il-Għajn ikun fil-pjan tal-Ministeru għas-sena kurrenti?
Response (VELLA, KARMENU)
Il-linja politika ta’ dan il-Gvern diga` uriet biċ-ċar illi Wied il-Għajn huwa meqjus bħala parti integrali fil-pjan tal-Ministeru. Fil-formazzjoni tal-Kumitat Nazzjonali għaż-Żoni Turistiċi, Wied il-Għajn ġie identifikat bħala żona turistika u s-sehem tal-istakeholders tal-lokal hu parti integrali mill-formazzjoni ta’ dan il-kumitat li bħalissa qiegħed jaħdem fuq it-tfassil ta’ pjan għal azzjonijiet li għandhom jittieħdu kemm fl-immedjat kif ukoll oħrajn fit-tul.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni huma ta' sess femminili ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuni li huma ta’ sess feminili (priġunieri) ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin sa l-14 ta’ Frar 2014 huwa ta’ 41.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew mixtrija kotba ġodda tul is-sena li għaddiet għal-libreriji pubbliċi u jindika b’liema lingwa huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ kotba ġodda li nxtraw tul is-sena li għaddiet għal-libreriji pubbliċi jammonta għal 9,591. Il-maġġoranza tal-kotba kienu bil-Malti u Ingliż u xi numru żgħir bil-Ġermaniż, Taljan u Spanjol.
Libreriji pubbliki — kotba mogħtija lil-libreriji reġjonali
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-kotba li ġew mixtrija s-sena li għaddiet għal-libreriji pubbliċi intbagħtu lil-libreriji reġjonali u jindika b’liema lingwa huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-kotba ġodda li nxtraw is-sena li għaddiet għal-libreriji pubbliċi, 920 intbagħtu fil-libreriji reġjonali. Il-maġġoranza tal-kotba kienu bil-Malti u Ingliż u xi numru żgħir bil-Ġermaniż, Taljan u Spanjol.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il każ ta' divorzju ġie ppreżentat fil-Qrati ta' Malta u Għawdex minn meta ġiet fis-seħħ il-liġi? Jista' jindika dan skont il-proċeduri partikolari li jistgħu jiġu segwiti? Jista' jindika kemm minnhom ġew deċiżi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7777:
Qorti ta’ Malta
Rikorsi ppreżentati wara li kien hemm ġja separazzjoni legali
Data tal-Preżentata
Rikorsi
Deċiżi
Pendenti
2011
222
217
5
2012
442
427
15
2013
339
224
115
2014*
23
NIL
23
Rikorsi ippreżentati meta l-partijiet ma kienu legalment separati u għalhekk ikunu jridu jgħaddu għall-Medjazzjoni
Data tal-Preżentata
Stadju ta’ Medjazzjoni
Deċiżi
Pendenti
2011
7
7
NIL
2012
16
16
NIL
2013
13
9
4
2014*
2
1
1
Rikorsi Ġuramentati ppreżentati wara li l-medjazzjoni tkun falliet:
Data tal-Preżentata
Kaw?i wara Medjazzjoni
Deċiżi
Pendenti
2011
NIL
NIL
NIL
2012
NIL
NIL
NIL
2013
4
NIL
4
2014*
NIL
NIL
NIL
* sal-31/01/2014
Qorti ta’ Għawdex
Minn meta ġiet fis-seħħ il-liġi, kien hemm 37 każ ta’ divorzju preżentat fil-Qorti ta’ Għawdex. Dawn jinkludu rikors wieħed fejn intalab id-divorzju fejn il-koppja kienet għadha miżżewġa u l-bqija huma ka¿ijiet fejn il-partijiet kienu ġia separati legalment jew inkella huma/kienu għaddejjin minn kawża ta’ separazzjoni personali u fil-mori tal-istess intalab, u l-Qorti laqgħet it-talba, li l-każ ikompli għall-otteniment ta’ divorzju.
Fl-istess perijodu ġew deċiżi 31 każ ta’ divorzju.
Jista' l-Prim Ministru jinforma kemm ġew reġistrati każijiet ġodda tul s-sena li għaddiet ġewwa ċ-Ċentru tal-Arbitraġġ? Kemm-il arbitraġġ internazzjonali ġie reġistrat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7779, fl-2013 kien hemm 487 kaz reġistrat maċ-Ċentru tal-Arbitraġġ. 4 kazijiet minnhom kienu internazzjonali.
Jista' l-Prim Ministru jinforma kemm-il każ ta' annullament taż-żwieġ ġie ppreżentat fil-Qrati ta' Malta u Għawdex tul l-aħħar sentejn u kemm minnhom diġà ġew deċiżi? Jista' jindika kemm minnhom ġew milqugħa u kemm ġew miċħuda?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall-mistoqsija numru 7781,
Qrati ta’ Malta
In-numru ta’ każijiet ta’ annulament taż-żwieġ li ġew ppreżentati u deċiżi fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja, Malta) tul l-aħħar sentejn huwa kif hawn taħt muri:
Sena
Ippreżentati
Minnhom
gew
Deci?i
Minnhom ġew Ċeduti
Annullamenti Milqugħa
Annullamenti Miċħuda
2012
42
17
3
12
5
2013
23
0
1
0
0
Qorti ta’ Għawdex
Mill-11 ta’ Frar 2012 sal-11 ta’ Frar 2014 ġew preżentati żewġ każijiet ta’ annullament ta’ żwieġ fil-Qorti ta’ Għawdex li t-tnejn li huma ġew milqugħa.
Jista' l-Prim Ministru jinforma kemm-il persuna li otteniet sentenza jew reġistrat sentenza ta' annullament tul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena u jista' jindika kemm-il waħda għażlet li wara terġa' tiżżewweġ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru: 7782
Qorti ta’ Malta
Is-sentenzi mogħtija mill-qrati Maltin li annullaw żwiġijiet tul dawn l-aħħar ħames snin kienu dawn:
Qorti
2009
2010
2011
2012
2013
Qorti Civili (Sezzjoni tal-Familja
71
87
26
12
3
Qorti tal-Appell
56
38
57
40
44
Qorti ta’ Għawdex
Sena
Numru ta’ annullamenti reġistrati
11/02/2009 sal-10/02/2010
6
11/02/2010 sal-10/02/2011
13
11/02/2011 sal-10/02/2012
6
11/02/2012 sal-10/02/2013
2
11/02/2013 sal-10/02/2014
1
Ma nkunux nafu kemm minnhom jerġgħu jiżżewġu.
Ambaxxaturi — Spejjeż fuq trasport ta’ oġġetti personali
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm spejjeż, marbuta ma’ trasport ta’ oġġetti personali ta’ ambaxxaturi u uffiċjali oħra addetti fl-ambaxxati tagħna f’pajjiżi barranin minn pajjiżna lejn pajjiżi oħra u viċe versa tul is-sena li għaddiet?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża fuq trasport ta' oġġetti personali matul l-2013 telgħet għal €206,226.01. Dan l-ammont ikopri l-ispejjeż involuti fiċ-ċaqlieq ta' 39 uffiċċjal (Ambaxxaturi u Staff).
Jista' l-Ministru jinfroma lill-Kamra bil-lista dettaljata kemm il-Ministeru awtorizza li jinxtraw karozzi ġodda tul l-aħħar sena u kemmil-kuntratt ġdid għall-kirjiet ta' vetturi tul l-istess sena mill-Gvern u kemm kien hemm każijiet ta' xiri u kiri ta' vetturi li ma kienx awtorizzat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jindika jekk kemm-il darba xi partijiet mir-rapport li ġie minnu kommissjonat tul s-sena li għaddiet taħt t-tmexxija tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ġewx implimentati u jekk iva liema?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-memorandum of understanding li għadu kif ġie ffirmat dwar l-adozzjonijiet tat-tfal mal-Islovakkja? Jista' jinforma lill-Kamra kemm-il ftehim hemm u ma' liema pajjiż dwar l-istess suġġett?
Response (VELLA, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra xi preparazzjonijiet u x'programmi se jiġu segwiti minn pajjiżna issa li għandna ċ-chairmanship tal-Forum for Security Cooperation fl-OSCE tul d-dekorrenza taghha?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Kamra li Malta ħadet iċ-Chairmanship tal-Forum for Security Cooperation tal-OSCE nhar l-1 ta’ Jannar 2014 għal perjodu ta’ erba’ xhur. Is-sessjoniji uffiċjali tal-ftuħ saret fl-24 ta’ Jannar meta bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin indirizzajt dan il-Forum. Fl-indirizz tiegħi, jiena għamilt referenza għall-prijoritajiet ta’ Malta matul dan iċ-Chairmanship bil-prijorita’ prinċipali tkun dik dwar is-sigurta’ fir-reġjun tal-Mediterran. Taħt dan il-qafas, il-lenti ser tkun ukoll fuq l-hekk imsejjaħ Code of Conduct on Politico-Military Aspects of Security tal-OSCE kif ukoll fuq il-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi. Ser ikun hemm b’kollox tmien djalogi mmexxija minn Malta, fejn esperti internazzjonali minn diversi pajjiżi membri ta’ din l-Organizzazzjoni jippreżentaw qasam ta’ interess dwar temi li għandhom x’jaqsmu mas-sigurta’ internazzjonali, speċjalment dik Ewropea. Wieħed minn dawn id-djalogi li sar fid-29 ta’ Jannar li għadda kien propju ppreżentat minn żewġ kelliema Maltin, l-Onor. Chris Fearne MP u l-Prof. Stephen Calleya, u ttratta s-suġġett tal-Kontroll demokratiku u l-Iskrutinju Parlamentari tal-Forzi Armati u tas-Sigurta’ li jaqa’ taħt il-Code li rreferejt għalih qabel.
Matul dan l-irwol ta’ Malta ser ikun hemm ukoll attenzjoni sabiex jitkompla x-xogħol taċ-
Chair
ta’ qabel, jiġifieri tal-Lussemburgu kif ukoll iż-żewġ deċiżjonijiet li ttieħdu fil-laqgħa Ministerjali tal-OSCE li saret f’Kiev f’ Diċembru li għadda. Diskussjonijiet oħra ser isiru fuq il-kontribuzzjoni li l-Forum jista’ jagħti lill-proċess
Helsinki + 40
. Għandha ssir wkoll laqgħa konġunta bejn il-Forum u l-Kunsill Permanenti tal-OSCE li, bi ftehim bejn Malta u l-Isvizzera bħala
Chair-in-Office
tal-OSCE, ser titratta s-suġġett tal-isfidi għas-sigurta’ fil-Mediterran.
Nixtieq insemmi wkoll li l-programm mfassal minn Malta għall-dan iċ-
Chairmanship
ġie milqugħ tajjeb ferm mill-pajjiżi l-oħra membri tal-OSCE kif ukoll mill-pajjiżi msieħba tal-Mediterran (
Mediterranean Partners for Cooperation
). Tant hu hekk li bħal qatt qabel, il-pajjiżi msieħba tal-Mediterran saru jkunu attivi u parteċipanti b’mod regolari fil-
Forum for Security Cooperation
taħt ic-
Chairmanship
ta’ Malta, u dan qed ikun innotat u apprezzat mill-pajjiżi parteċipanti l-oħra tal-OSCE. Ninnota wkoll li fi stqarrija maħruga, l-Unjoni Ewropea wkoll wriet qbil mal-għanijiet u l-programm taċ-
Chairmanship
ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x’arranġamenti saru u x’ftehim ġie ffirmat mal-Istati Uniti tal-Amerika għat-twaqqif tal-Istitut tal-Ġustizzja f’pajjiżna?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-taħdidiet dwar it-twaqqif tal-iStitut tal-Ġustizzja u l-iStat tad-Dritt jinsabu fi stadju avvanzat ħafna bl-aħħar żvilupp ikun iż-żjara ta' uffiċċjal mid-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan f'dawn l-aħħar ġranet sabiex jiġu diskussi aspetti loġistiċi u amministrattivi tal-proġett.
Dan wara li f'Novembru li għadda ltaqgħu f'Malta numru ta' pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali biex jiġu diskussi fid-dettall, l-għanijiet tal-iStitut u l-kontributi ta' dawk kollha interessati.
Bħalissa għaddej ukoll xogħol konġunt mal-imsieħba l-oħra f'dan il-proġett sabiex jiġi maqbul u ffinalizzat Host Country Agreement li jirregola l-preżenza ta' dan l-iStitut f'Malta kif tipprovdi l-liġi.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'xogħlijiet u xi spejjeż saru tul is-sena li għaddiet fl-Ambaxxata Maltija f'Washington?
Response (VELLA, GEORGE)
Matul is-sena 2013, ix-xogħolijiet u l-ispejjeż li saru fl-Ambaxxata ta' Malta ġewwa Washington kienu dawk elenkati hawn taħt:
It-tibjid tal-ħitan tal-ewwel sular (bl-ammont ta' €379.51)
It-tibdil tas-serratura tal-bieb tal-kamra tal-viża (bl-ammont ta' €111.10)
It-tiswija ta' difett tal-elettriku fil-kċina (bl-ammont ta' €114.08)
L-inklużjoni ta' struzzjonijiet ċari mas-salvavita (bl-ammont ta' €266.00)
Ir-rikonfigurazzjoni tas-sistema tas-sigurta' (bl-ammont ta' €244.74)
It-twettiq tal-proġett tiswija tas-saqaf (bl-ammont ta' €2,648.22)
It-tiswija tas-saqaf (bl-ammont ta' €26,486.15)
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Laqgħat ma’ Ambaxxaturi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika x’ġie diskuss?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa saru laqgħat mal-Ambaxxaturi taċ-Ċina, Spanja, Kuwajt, Stati Uniti, Italja, mal- British High Commissioner, mal-Ambaxxaturi tal-Awstrija, Russja, Indja, Turkija u Olanda. Matul dawn il-laqgħat ġew diskussi temi varji fuq suġġetti diversi fosthom dawk li jirrigwardaw it-trasport inġenerali, infrastruttura, toroq, tiftix taż-zejt kif ukoll kif tista’ tinġieb għajnuna fuq dawn l-oqsma minn dawn il-pajjiżi. Saru diversi talbiet biex isiru laqgħat ma’ Ambaxxaturi oħra, li pero’ minħabba impenji oħra ta’ xogħol kellhom jiġu skedati għall-iktar il quddiem.