Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #7894 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Fgura – fondi allokati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm fondi ġew allokati lill-Kunsill Lokali tal-Fgura f’dawn l-aħħar għaxar snin sena b’sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7895 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Żejtun – fondi allokati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm fondi ġew allokati lill-Kunsill Lokali taż-Żejtun f’dawn l-aħħar għaxar snin sena b’sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7896 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Wied il-Għajn – fondi allokati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm fondi ġew allokati lill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn f’dawn l-aħħar għaxar snin sena b’sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Memorandum of Understanding – adozzjonijiet tat-tfal mis-Slovakkja

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-memorandum of understanding dwar l-adozzjoni tat-tfal li għadu kif ġie ffirmat mas-Slovakkja ? Jista’ jinforma lill-Kamra kemm-il ftehim hemm dwar l-istess suġġett u ma’ liema pajjiż?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kopja tal-memorandum of understanding dwar l-adozzjoni tat-tfal li għadu kif ġie ffirmat mas-Slovakkja qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali għandu ftehim mal-Albanija dwar dan l-istess suġġett. Barra minn hekk qed issir ħidma sabiex jiġi ffirmat ftehim ieħor mal-Filippini, u l-Polonja.

Pubblikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru pubblikazzjonijiet minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu tul is-sena li għaddiet, f’liema kwantitajiet, kemm ġew jiswew, għand min ġew stampati u lil min tqassmu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema dati qed jirreferi.

Korp tal-Pulizija – persuni impjegati mal-Korp

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni impjegati mal-Korp tal-Pulizija li mhumiex membri fil-Korp?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Jien infurmat illi bħalissa hemm mija u wieħed u għoxrin (121) persuna mpjegati mal-Korp tal-Pulizija li mhumiex membri fil-Korp. Dawn jinkludu 56 Immigration Officer li jaħdmu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta Director 1 Assistant Director 1 Officer in Grade 5 1 Officer in Grade 7 1 Principal 5 Assistant Principal 9 Executive Officer 5 Senior Clerk 43 Clerk 10 Messengerial 2 Health Assistant 1 Senior Technical Officer 1 Senior Technician 2 Senior Tradesman 18 Health Attendant B 1 General Hands Group II 7 General Hands Group III 1 Labour Operative Group IV 1 Senior Operative IV 1 Other Industrial Grades 3 Others 2 TAS Trainees 5 TOTAL 121 .

Korp tal-Pulizija — karigi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra preżentament kemm hemm persuni membri fil-Korp tal-Pulizija u jista’ jindika f’liema kariga? Jista’ jindika wkoll kemm persuni ngħataw promozzjoni tul dawn l-aħħar 11-il xahar u jista’ jindika f’liema kariga?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li sal-21 ta’ Frar 2014 fil-Korp tal-Pulizija kien hemm 1, 939 membru. Dawn huma kif juri fit-tabella A li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Il-promozzjonijiet li ngħataw matul dawn l-aħħar 11 –il xahar huma tmienja u temenin (88) kif jidru fit-tabella B li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Persuni li qed jirċievu l-pensjoni

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li qed jirċievu l-pensjoni u tista’ tindika f’liema kategorija?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-pensjoni huwa kif jidher hawn taħt: Pensjoni għall-Irtirar 57,623 Pensjoni għar-Romol 15,839 Pensjoni għal Invalidita’ 4,557

Pubblikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru pubblikazzjonijiet minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu tul is-sena li għaddiet, f’liema kwantitajiet, kemm ġew jiswew, għand min ġew stampati u lil min tqassmu?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.

Pubblikazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm saru publikazzjonijiet minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha tul is-sena li għaddiet, f’liema kwantitajiet, kemm ġew jiswew, għand min ġew stampati u lil min tqassmu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7892 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Pubblikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru pubblikazzjonijiet minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu tul is-sena li għaddiet, f’liema kwantitajiet, kemm ġew jiswew, għand min ġew stampati u lil min tqassmu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali.

Rapport — implimentazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk kemm-il darba xi partijiet mir-rapport li ġie minnu kommissjonat tul s-sena li għaddiet taħt t-tmexxija tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ġewx implimentati u jekk iva liema?

Response (VELLA, GEORGE)

Huma bosta dawk ir-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapport tal-Board of Review li diga’ huma fis-seħħ jew qedgħin fil-proċess ta’ implimentazzjoni. Nibda billi nirreferi għat-taħriġ li ngħata lill-uffiċjali mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kif ukoll lill-Ambaxxaturi ġodda f’ Ġunju u Lulju li għaddew. Dan it-taħriġ tmexxa flimkien mal-entita` Malta Enterprise u għandu jerġa’ jsir skont il-ħtieġa. F’Awwissu tal-2013, sar tibdil fl-istrutturi tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Fost dan it-tibdil, twaqqaf Unit għall-affarijiet kummerċjali u ekonomiċi li jikkollabora ma’ entitajiet oħra Ministerjali u pubbliċi sabiex tissaħħaħ il-ħidma tal-Ambaxxati tagħna f’dan l-aspett u ssir promozzjoni ta’ Malta fil-qasam kummerċjali. Twaqqaf Joint Stakeholders Working Council mmexxi minn dan il-Ministeru. L-ewwel laqgħa ta’ dan il-Kunsill saret fit-18 ta’ Settembru 2013. Dan il-Kunsill jiltaqa’ kull xahar u huwa magħmul minn rappreżentanti minn entitajiet li għandhom l-għan li jippromwovu lil Malta bħala pajjiż miftuħ għall-investiment u l-kummerċ. F’dan l-għan il-Kunsill qed jieħu ħsieb li jħares lejn il-promozzjoni ta’Malta b’mod sħiħ u li jidentifika dawk l-oqsma jew pajjiżi li huma tal-akbar interess għal Malta. Ġie mwaqqaf ukoll Legal Unit skond kif kien irrakkomandat fir-rapport tal- Board of Review . Fost it-tibdil fl-istruttura tal-Ministeru, sar ukoll tibdil tal-mod kif ix-xogħol huwa mqassam bejn żewġ Direttorati Ġenerali – wieħed politiku ( Political, EU Affairs and Maltese Living Abroad ) li jitratta relazzjonijiet bilaterali ma’ pajjiżi Ewropej u barranin; u wieħed ta’ natura globali ( Global Issues, International Development and Economic Affairs ). Hemm imbagħad il-ħsieb li tiġi ppublikata on-line newsletter li ser tinħareġ fiż-żmien qrib. L-għan tagħha huwa li jittejbu l-mezzi ta’ kommunikazzjoni fost l-oqsma differenti li jagħmlu parti mill-Ministeru kif ukoll sabiex jingħata tagħrif dwar il-ħidma u l-uffiċjali tal-Ministeru. Din ser tiġi ppublikata darba fix-xahar minn Marzu 2014. Ma’ dan irrid insemmi wkoll xi tibdil li sar fuq il-websajt tal-Ministeru b’diversi links għall-aġenziji oħra tal-Gvern, kif ukoll l-iżvilupp tal-intranet sabiex titjieb il-kommunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru. Skont rakkomandazzjoni tal- Board of Review , inħass il-bżonn li x-xogħol kollu li jsir fl-Ambaxxati Maltin jiġi skedat u rrekordjat b’mod aktar regolari. Għalhekk ġie introdott sistema ta’ rappurtaġġ li jsir kull xahar fuq bażi ta’ template imfassla minn dan il-Ministeru. Fuq l-analiżi li sar permezz tar-rapport tal- Board of Review , dan il-Ministeru qiegħed jara kif għandu jagħmel biex isaħħaħ il-preżenza ta’ Malta barra l-pajjiż. Il-Ministeru jinsab fil-proċess li jiftaħ ambaxxata fil-Qatar kif ukoll rappreżentanzi fl-Alġerija, Shanghai, Misurata, Sao Paolo u fl-Emirati Arabi Magħquda. Ġew ukoll appuntati numru ta' Konsli Onorarji ġodda kif jirrakkomanda r-rapport. Il-Ministeru ngaġġa wkoll żewġ persuni fuq bażi ta’ internships , kif ukoll issuġġerit mir-rapport imsemmi. Qegħdin isiru diskussjonijiet b’mod regolari kemm interni kif ukoll mal-Uffiċjali mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali sabiex isir it-taħriġ meħtieġ għall-uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għal meta Malta ser ikollha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fl-2017. Filwaqt li dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew implimentati jew qedgħin fil-proċess t’implimentazzjoni, l-Ministeru jinsab impenjat sabiex jwettaq dawk ir-rakkommandazzjonijiet kollha tal- Board of Review skont il-ħtieġa.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — persuni li rriżenjaw jew ġew trasferiti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-kamra kemm-il-persuna rriżenjat jew ġiet trasferita mill-Ministeru tul is-sena li għaddiet u l-bidu ta' din is-sena?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fiż-żmien indikat saru 14-il trasferiment li 10 minnhom ġew mitluba mill-individwu stess, 2 ġew deployed fil-Ministeru għal Għawdex u 2 ġew trasferiti skont l-esiġenzi tas-servizz. Saru ukoll 34-il trasferiment minħabba tibdil fid-Dekasteru tal-Ministeru. Fl-2013, 32-il uffiċċjal offrew ir-riżenja skond kif stipulat fil-kuntratt ta’ ingaġġ tagħhom li f’każ ta’ tibdil tal-Prim Ministru u/jew il-Ministru għall-Affarijiet Barranin huma obbligati li joffru r-riżenja tagħhom.

Ambaxatturi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il ambaxxatur ġdid ġie maħtur tul is-sena li għaddiet biex jirrappreżenta lil pajjiżna u jekk huwa possibbli jagħti l-lista ta’ liema huma?

Response (VELLA, GEORGE)

Matul is-sena li għaddiet ġew maħtura (20) għoxrin Ambaxxatur residenti u (12) 12-il Ambaxxatur mhux residenti. Il-lista ta' dawn l-Ambaxxaturi ġodda qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Konsli Ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il konslu ġdid ġie maħtur tul is-sena li għaddiet biex jirrappreżenta lil pajjiżna u jekk huwa possibbli jagħti l-lista ta’ liema huma?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2013 ġew maħtura 12-il Konslu Onorarju u Konslu Ġenerali biex jirrappreżentaw lil pajjiż barra minn Malta. Dettalji dwar dawn il-Konsli jinsabu hawn taħt : Konsli Onorarji maħtura matul is-sena 2013 Isem Belt Pajjiż Ħatra Gokhan Dogan Antalya Turkija 4 ta’ Jannar 2013 Henry Cappello Phoenix Stati Uniti 22 ta’ Jannar 2013 Victor Tanti Edmonton Kanada 31 ta’ Jannar 2013 Ricardo Schembri Bogotá Kolumbja 18 ta’ Frar 2013 Arshad Mansoor Manzini Swaziland 19 ta’ Frar 2013 Rocky J Pesik Jakarta Indonesja 28 ta’ Frar 2013 Geert Sciot Korrtenberg Belġju 17 ta’ April 2013 Claudio Marciano di Scala San Marino San Marino 14 ta’ Mejju 2013 Jyandra Ragavoodoo Port Louis Mauritius 27 ta’ Mejju 2013 Michele Pons Cagliari Italja 28 ta’ Mejju 2013 Stephan Erbe Basel Svizzera 20 ta’ Awissu 2013 Alois Sundl Graz Awstrija 24 ta’ Diċembru 2013 Konsli Ġenerali maħtura matul is-sena 2013 Victor Grech Melbourne Awstralja 1 ta’ Ottubru 2013

Skola Primarja ta’ Raħal Ġdid — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti fl-Iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid f’din is-sena akkademika? Kemm huma bniet u kemm subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-għadd totali ta' studenti fl-iSkola Primarja 'A' u 'B' ta' Raħal Ġdid hu 721. Minnhom 331 huma bniet filwaqt li 390 huma subien.

Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura – persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol residenti f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura fl-aħħar ta’ Jannar 2014? Jista’ jindika dan post post u kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom ilhom sena jirreġistraw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni li kien hemm jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, residenti f’Marsascala, iż-Żejtun u l-Fgura, fl-aħħar ta‘ Diċembru 2013 (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata), u kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel hu kif se nsemmi: Lokalita’ Rġiel Nisa Total IL-FGURA 147 38 185 IŻ-ŻEJTUN 188 43 231 MARSASKALA 129 60 189 Total 464 141 605 Minn dawn is-605 persuni, 269 ilhom iktar minn sena jirreġistraw.

Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa – persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol residenti f’ Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa fl-aħħar ta’ Jannar 2014? Jista’ jindika dan post post u kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom ilhom sena jirreġistraw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni li kien hemm jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, residenti f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata), u kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel hu kif se nsemmi: Lokalita' Rġiel Nisa Total ĦAL GĦAXAQ 65 11 76 ĦAL TARXIEN 113 33 146 IL-GUDJA 19 6 25 IL-MARSA 129 17 146 RAĦAL ĠDID 137 47 184 SANTA LUĊIJA 57 12 69 Total 520 126 646 Minn dawn is-646 persuni, 338 ilhom iktar minn sena jirreġistraw.

Il-Fgura – Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm hemm persuni jaħdmu ġewwa l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali l-Fgura u jekk huwa possibbli kemm persuni użaw is-servizzi tiegħu tul is-sena li għaddiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl’uffiċċju distrettwali tal-Fgura hemm jaħdmu żewġ uffiċjali fi grad klerikali. Ma dawn irid jiżdied ukoll servizz ta’ darba fil-ġimgħa (jew kemm tirrikjedi d-domanda) ta’ Maniger Distrettwali. In-numru ta’ viżitaturi li żaru l-fergħa tal-Fgura matul l- 2013 kien jammonta għal ftit iktar minn 14,000.

Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili — ittri uffiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma kemm-il ittra uffiċjali abbażi tal-Artikolu 166a tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili ġew preżentati tul is-sena li għaddiet fil-Qrati ta' pajjiżna?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7783: Qrati ta’ Malta In-numru ta’ ittri uffiċjali abbażi tal-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili li ġew ippre¿entati fil-qrati hawn Malta matul is-sena 2013 kienu dawn: Fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili 378 Fil-Qorti tal-Maġistrati 3053 Qorti ta’ Għawdex Is-sena l-oħra ġew preżentati 159 ittra skont l-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organiżżazzjoni u Proċedura Ċivili.