Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jikkonfermax ir-rapporti li dehru fil-ħarġa tal-“Malta Today” tal-11 ta’ Mejju 2014 dwar il-konsolat ta’ pajjiżna fi Tripoli? Jekk iva, jista’ jinforma lill-Kamra x’passi ttieħdu? U jekk sar rapport intern, jista’ jpoġġieh fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dak li ġie rapportat jista’ jingħata diversi interpretazzjonijiet. Ninformaħ ukoll li ma jistgħu jittieħdu l-ebda passi qabel ma jkun hemm rapport tal-puliizija, l għad m’hemmx rapport, ma nistax nikkonferma jew nicħad dak li qed jintqal fil-Malta Today.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm persuni li oriġinarjament kienu immigranti irregolari, ġew rilokati minn Marzu 2013 sa Marzu 2014? Jista’ wkoll jgħid kemm persuni u f’liema dati siefru? Ta’ liema nazzjonalità kienu? Liema pajjiż laqagħhom? X’kien l-istatus tagħhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
In-numru ta’ persuni li ġew ri-sistemati jew rilokati f’pajjiżi oħra bejn Marzu 2013 u Marzu 2014 jammonta għal 520. Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal kumplament tad-domanda tiegħi, li se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm persuni li oriġinarjament kienu immigranti rregolari ġew ripatrijati minn Marzu 2013 sa Marzu 2014? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni u f’liema dati siefru? Ta’ liema nazzjonalità kienu? u?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9277 ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Immigranti rregolari – ripatrijati taħt l-mekkaniżmu ta’ Dublin II
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni li oriġinarjament kienu immigranti rregolari ġew ripatrijati taħt il-mekkaniżmu ta’Dublin II minn Marzu 2013 sa Marzu 2014? Jista’ jgħid ukoll f’liema dati ġew? Mil-liema pajjiż?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9278 ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew kommessi reati ta’ serq minn Marzu 2013 sa Marzu 2014? Jista’ jindika kemm minnhom kienu kommessi bl-aggravju tal-vjolenza?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tabella li tkopri l'perjodu min Marzu 2013 sa Marzu 2014, dwar l-ammont ta’reati dwar serq li ġew kommessi, kif mitlub. Dwar ir-reati ta’ serq li kien aggravat bi vjolenza, l-informazzjoni ma tinzamx taħt forma komputerizzata għaliex din l-informazzjoni toħroġ mil-investigazzjonijiet u l-aggravju jitniżżel fl-akkuża ma’ aggravji oħra, jekk ikun il-każ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inġabru flus għad-drittijiet u spejjeż dovuti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mill-bidu ta’ din is-sena sal-aħħar ta’ April 2014 u jekk huwa possibbli jindikahom xahar b’xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9268 ara t-tabella hawn taht:
01/01/14 - 30/04/14
Jan-14 14,707.97
Feb-14 8,876.69
Mar-14 7,453.51
Apr-14 8,053.49
Total 39,091.66
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – membri
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ilha mhux komposta l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni u meta se jiġu appuntati membri fiha?
Response (BONNICI, OWEN)
It-terminu tal-Kummissjoni preżenti skada fid-16 ta’ Novembru 2013.
Il-Gvern hu kommess li jtejjeb l-operat tal-Kummissjoni anke fid-dawl tal-konklużjonijiet tar-rapport finali tal-Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi li rriżenjaw jew tneħħew fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika r-raġuni għar-riżenja tagħhom u l-pożizzjoni li kienu jokkupaw?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpogga quddiem il-Mejda tal-Kamra
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi li rriżenjaw jew tneħħew fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika r-raġuni għar-riżenja tagħhom u l-pożizzjoni li kienu jokkupaw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-perjodu bejn Marzu 2013 sal-ġurnata tal-lum, ma kien hemm l-ebda persuna fil-pożizzjoni ta’ direttur ġenerali, direttur jew assistent direttur li rriżenjaw jew tneħħew fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tiegħi.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi li rriżenjaw jew tneħħew fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika r-raġuni għar-riżenja tagħhom u l-pożizzjoni li kienu jokkupaw?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali u l-MFSA.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7771 u jinfroma lill-Kamra bil-lista dettaljata kemm il-Ministeru awtorizza li jinxtraw karozzi ġodda tul l-aħħar sena u kemmil-kuntratt ġdid għall-kirjiet ta' vetturi tul l-istess sena mill-Gvern u kemm kien hemm każijiet ta' xiri u kiri ta' vetturi li ma kienx awtorizzat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inġabru flus għad-drittijiet u spejjeż dovuti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tul is-sena 2013 u jekk huwa possibbli jindikahom xahar b’xahar?
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li ġabu d-divorzju u reġgħu żżewġu minn Ottubru 2011 sal-lum?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reġistru pubbliku ma jżommx informazzjoni speċifika dwar persuni li kisbu d-divorzju u reġgħu żewġu. L-unika statistika li tinżamm f’dan ir-rigward hija dik ta’ kemm ġew reġistrati divorzji sena b’sena.