Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret mill-Ambaxxata Maltija fir-Russja minn Ottubru 2013 sal-aħħar ta Marzu 2014? Jista’ jinforma kemm saru laqgħat ma’ uffiċjali tal-istat Russu u kemm saru laqgħat ma’ persuni distinti jew fil-kummerċ? Jista’ jinforma ukoll kemm intefqu spejjeż u fuq xiex? Kif ukoll kemm hemm persuni qed jaħdmu preżentement, kemm irriżenjaw u kemm ġew appuntati persuni ġodda?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onorevoli Membru jirrealizza li mistoqsija ġenerika bħal din titlob l-użu ta' ħafna ħin u riżorsi biex tkun imwieġba. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk hemm xi ħaġa speċifika li jixtieq ikun jaf jagħmel mistoqsija fuq is-suġġett jew javviċinani biex nagħtih l-informazzjoni kollha li jeħtieġ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret mill-Ambaxxata Maltija fis-Sawdi Arabja minn Ottubru 2013 sal-aħħar ta Marzu 2014? Jista’ jinforma kemm saru laqgħat ma’ uffiċjali tas-Sawdi Arabja u kemm ma’ persuni distinti jew fil-kummerċ? Jista’ jinforma ukoll kemm intefqu spejjeż u fuq xiex? Kif ukoll kemm hemm persuni qed jaħdmu preżentement, kemm irriżenjaw u kemm ġew appuntati persuni ġodda?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onorevoli Membru jirrealizza li mistoqsija ġenerika bħal din titlob l-użu ta' ħafna ħin u riżorsi biex tkun imwieġba. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk hemm xi ħaġa speċifika li jixtieq ikun jaf jagħmel mistoqsija fuq is-suġġett jew javviċinani biex nagħtih l-informazzjoni kollha li jeħtieġ.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9168 u 7771 u jinforma lill-Kamra bil-lista dettaljata ta’ kemm-il Ministeru awtorizza li jinxtraw karozzi ġodda tul l-aħħar sena u kemm-il kuntratt ġdid għall-kirjiet ta' vetturi tul l-istess sena mill-Gvern u kemm kien hemm każijiet ta' xiri u kiri ta' vetturi li ma kienx awtorizzat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Din l-informazzjoni tinkludi kirjiet u xiri ta’ karozzi li saru mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013 u li ġew approvati mill-Ministeru għall-Finanzi. Din l-informazzjoni ma tinkludix kirjiet qosra ta’ ġranet li jkunu saru sabiex fost oħrajn, jissostitwixxu karozzi li jkunu bil-ħsara jew għat-tiswija. Din l-informazzjoni ma tinkludix ukoll kirjiet qodma li ġew imġedda matul is-sena li fuqha qed nirrapurtaw.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9275, jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fis-sezzjonijiet kollha fl-uffiċini tal-Auberge de Castille minn Marzu 2013 sa Marzu 2014?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Impjegati li ma kienux parti mis-segretarjat personali u li wara Marzu 2013 bdew joperaw bħala parti mill-OPM, jammontaw għal 58. Il-maġġoranza assoluta tagħhom jagħmlu parti mis-segretarjat privat tiegħi u tas-Segretarjat Parlamentari li jagħmel parti mill-OPM.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9274, jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru spejjeż ta’ kull tip u forma fl-uffiċini kollha tal-Auberge de Castille minn Marzu 2013 sa Marzu 2014?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9269 u jinforma lill-Kamra dwar x’xogħlijiet saru fil-bini tal-Qorti minn Marzu 2013 sa Marzu 2014 u jista’ jindika kemm intefqu flus?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li:
L-ispiża fuq ix-xogħolijiet imsemmija kienet ta’ €1,074,625 miljun.
Il-parti l-kbira minn din l-ispiża (iktar minn €947,000) marret ghall-uffiċji ġodda għall-membri tal-ġudikatura fi Strada Stretta maġenb il-Qorti tal-Familja.
Spiża oħra sostanzjali (iktar minn €37,000) marret għal żewġ luggage X-Ray Machines, waħda għall-Qorti prinċipali u l-oħra għall-Family Court.
Ħlasijiet oħra marru fost oħrajn fuq għamara, units tal-arja kkundizzjonata u spejjeż tal-periti.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema grad u pożizzjoni ġew impjegati t-13-il impjegat ġdid li daħlu jaħdmu l-Qorti minn Marzu 2013 sa Marzu 2014 u jekk is-sejħiet kienux interni jew esterni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħiet kienu kollha sejħiet esterni. L-informazzjoni mitluba hi kif ġej:
Impjegat 1 : Junior Legal Officer
Impjegat 1 : Tradesman
6 Impjegati: Clerk
Impjegat 1 : Judicial Assistant
3 Impjegati : Casual Clerk
Impjegat 1 : Messenger Duties
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk fl-Ambaxxata Maltija f’Washington hemmx rappreżentant tal-Malta Enterprise u jekk iva min hu?
Response (VELLA, GEORGE)
Fl-Ambaxxata Maltija f’Washington ma hemmx rappreżentant tal-Malta Enterprise. Jien infurmat iżda li l-Malta Enterprise qed tippjana biex fl-aħħar, wara snin ta’ abbandun, l-Istati Uniti se jkunu qed jingħataw l-attenzjoni kollha meħtieġa bħala għajn potenzjali ewlenija ta’ Investiment Dirett Barrani. Għal dan l-għan, u b’osservanza tal-proċeduri kollha stabbiliti ghal impjieg fis-servizz pubbliku, ġiet impjegata persuna li qed taħdem skond pjan ta’ xogħol prestabbilit u b’expected outcomes preċiżi. Jien infurmat li din il-ħidma diġa’ waslet sabiex kumpanija ta’ servizzi industrijali fil-qasam bio-mediku ser iżżur Malta qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2014 biex tistudja l-possibilita’ ta’ mpjant f’pajjiżna. Għandi wkoll pjaċir ngħid li permezz tal-ħidma ta' dan l-uffiċjal, il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Houston, Texas, qed tiddiskuti mal-Malta Enterprise il-possibilita’ ta’ kooperazzjoni li tibda iseħħ fi żmien qasir.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm għandu konsulenti preżentament, min huma u kemm qed jiġu rimunerati għal dan u fuq liema linja qed jagħtu pariri?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament il-Ministeru għandu disa' (9) konsulenti li d-dettalji tagħhom qed jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-ambaxxatur tagħna fil-World Trade Organization (WTO) iweġibx lejn l-Ministeru jew le? Jekk iva jista’ jgħid x’pożizzjonijiet ittieħdu f’dawn l-aħħar tnax-il-xhar fi ħdan din l-organizzazzjoni?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxatur u Rappreżentant Permanenti għall-World Trade Organisation (WTO) iwieġeb lejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Malta ħadet il-pożizzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea sabiex tingħaqad mal-consensus ġenerali fuq l-hekk imsejjaħ 'pakkett ta' Bali' . Malta ngħaqdet ukoll mal-UE fl-għażla tad-Direttur Ġenerali ġdid tal-WTO.
Att dwar il-Protezzjoni tal-Informatur — dispożizzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk id-dispożizzjonijiet kontenuti fil-Att Dwar il-Protezzjoni tal-Informatur Kapitolu 527 tal-Liġijiet ta’ Malta rigward membri tal-korp diplomatiku ai termini tas-sub-artikolu tlieta (3) fl-artikolu tnejn (2) humiex ser jiġu fis-seħħ sal-aħħar ta’ din is-sena jew sal-aħħar ta’ din il-leġislatura?
Response (VELLA, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk irċeviex talbiet taħt il-Freedom of Information Act f’dawn l-aħħar xhur u jekk iva jista’ jindika kemm-il waħda u jekk kienx hemm tweġibiet fuqhom ai termini tal-att?
Response (VELLA, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika b'mod aktar speċifiku l-perjodu li qed jirreferi għalih fil-Mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju, x’preparazzjonijiet saru u liema diffikultajiet hemm, sabiex l-Istitut Kulturali Malti jiġi stabbilit?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-kuntest ta' taħdidiet li għaddejjin bejn il-Ministri konċernati, qegħdin jitfasslu emendi fl-"Att Dwar Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap 515)" sabiex l-Istitut Kulturali Malti li hemm referenza għalih f'Artiklu 11 (e) jibda fil-futur jaqa' taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ‘l hekk imsejħa tilqima tal-yellow fever hiex nieqsa, u jekk iva jekk hiex ordnata billi hemm għadd ta’ missjunarji u volontarji li ma jistgħux jitlaqmu?
Membri tal-Korp Diplomatiku – proċess tat-tqassim ta’ postings
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hiex il-policy stabbilita tal-Ministeru u tal-Gvern li fil-proċess tat-tqassim tal-postings, ma jiġux magħżula persuni li huma membri tal-korp diplomatiku ?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li nirrifjuta bl-aktar mod assolut l-allegazzjoni infondata tal-Onor. Membru li hemm xi policy li membri tal-korp diplomatiku ma jingħatawx
postings.
Nirrakkomanda lill-Onor. Membru jagħmel ftit riċerka u jara l-verita' ta' dan li qiegħed ngħidlu.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra min huwa jew hija s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru? Jista’ jinforma lill-Kamra għala kien hemm xi tibdil tul din is-sena u kif saret il-ħatra l-ġdida?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Nterpellant li s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru hija s-Sinjura Fiona Formosa. It-tibdil sar wara li s-Segretarju Permanenti ta' qabilha nħatar Ambaxxatur għall-Olanda b'residenza f' The Hague. Il-ħatra l-ġdida saret bil-mod kif jinħatru s-Segretarji Permanenti l-oħra kollha, jiġifieri b'appointment, kif dejjem sar fl-amministrazzjonijiet preċedenti.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – smoking area
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ġietx identifikata żona fil-Ministeru fejn jista’ jsir it-tipjip?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tipjip fil-Ministeru huwa pprojbit ġewwa u f' partijiet magħluqa jew imsaqqfa .
Hemm biżżejjed spazji miftuħa fil-Ministeru fejn min irid ipejjep jista' jmur.
Naħseb li mil-lat ta' saħħa dan l-arranġament huwa aħjar milli jkollok kamra magħluqa mħollija għat-tipjip biss.
Immigranti rregolari – ripatrijati taħt l-mekkaniżmu ta’ Dublin II
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9278 u jinforma lill-Kamra kemm persuni li oriġinarjament kienu immigranti rregolari ġew ripatrijati taħt il-mekkaniżmu ta’ Dublin II minn Marzu 2013 sa Marzu 2014? Jista’ jgħid ukoll f’liema dati ġew? Mil-liema pajjiż?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għanda tiġi rriferuta lill-Ministeru konċernat u mhux lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin minħabba li dak li qed jigi mitlub ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9277 u jinforma lill-Kamra dwar kemm persuni li oriġinarjament kienu immigranti rregolari ġew ripatrijati minn Marzu 2013 sa Marzu 2014? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni u f’liema dati siefru? Ta’ liema nazzjonalità kienu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.