Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il persuna hemm impjegata bħala konsulent mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu u jagħti wkoll il-kondizzjonijiet tal-kuntratt tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru u l-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi b'kollox hemm 27 persuna impjegati bħala konsulenti, kif se nsemmi:-
Ġewwa l-MCAST hemm żewġ konsulenti. L-ewwel konsulent ġie ingaġġat fit-2 ta’ Dicembru 2013. Dan il-konsulent qed jagħti servizz ta’ konsulenza fuq Intraprenditorija u Kummerċ ġewwa l-MCAST (Consultant in Entrepreneurship to MCAST). Il-konsulent huwa għad-diżpozizzjoni tal-MCAST għal ghoxrin (20) siegħa fil-ġimgħa u jithallas remunerazzjoni ta’ €1,350 fix-xahar. Il-kuntratt huwa għal perjodu definit u jiskadi fit-28 ta’ Frar 2015.
It-tieni konsulent ġie ingaġġat fid-29 ta' Awwissu 2014 fuq bażi ta’ Part-Time Contract of Service fir-rwol ta’ Konsulent fir-Riżorsi Umani (Consultant, Human Resources). Dan il-konsulent jaħdem għoxrin (20) siegħa fil-ġimgħa. Ir-remunerazzjoni hija ta’ €2,166 fix-xahar u l-kuntratt huwa għal perjodu definit u jiskadi fit-28 ta’ Frar 2015.
Fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija hemm żewġ konsulenti, wieħed ingaġġat fuq bażi ta' kuntratt indefinit għal għaxar (10) sigħat fil-ġimgħa, u l-persuna l-oħra b'kuntratt ta' position of trust għal sitt (6) sigħat fil-ġimgħa.
L-informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tal-kuntratt tal-konsulenti l-oħra fil-Ministeru qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jara li l-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jiġi riparat billi hemm partijiet minnu li se jaqgħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li dan il-fond huwa post residenzjali t-tiswijiet meħtiega jridu jsiru mill-Awtorità tad-Djar. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Membru li jressaq it-talba tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm-il ittra uffiċjali eżekuttiva ġew ippre¿entati fis-snin 2013 u 2014 fil-Qrati Maltin u Għawdxin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ ittri eżekuttivi ppreżentati ai termini tal-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Qrati Maltin u Għawdxin huwa kif ġej:
Qorti
Sena 2013
Sena 2014
Il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
377
248
Il-Qorti tal-Maġistrati (Malta)
3024
2594
Il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
159
114
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm-il ittra uffiċjali ġew ippreżentati fis-snin 2013 u 2014 fil-Qrati Maltin u Għawdexin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ ittri uffiċjali ppreżentati fil-Qrati Maltin u Għawdxin huwa kif ġej:
Qorti
2013
2014
Il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
3867
4194
Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja)
161
130
Il-Qorti tal-Maġistrati (Malta)
4712
4159
Il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
741
715
Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm-il permess ġie approvat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fis-sena 2014 u jista’ jagħti lista dettaljata ta’ x’tip kienu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13527, tabella hija hawn annessa bin-numru ta’ applikazzjonijiet (Full Development Permits) li ġew approvati fis-sena 2014 mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar miġbura bit-tip ta’ żvilupp.
Development Type
Total
Advertisement
27
Agriculture & Fisheries
108
Alterations to dwelling/s
947
Boathouses and yacht marinas
1
Change of Use (no substantial works)
467
Community and Health Services
30
Correction of site plan / CPPS Refund
34
Educational
16
Embellishment Projects
54
Hotel/tourist accommodation
29
Industry
30
Infrastructure (including roads)
60
Light Industry
9
Mineral Working
4
Minor new works - not householder
81
Mixed office and retail
13
Mixed other
148
Mixed residential and offices
10
Mixed residential and retail
110
Mixed residential office and retail
9
Monuments
6
New Dwellings (inc by conversion)
1,036
Offices
38
Private Swimming Pool (only)
8
Recreation / Sports facilities
17
Restaurant/cafe/bar/kiosk
38
Restoration
8
Retail Services
136
Satellite Dish / Telecommunication Equipment
4
Vehicle parking and garaging (incld boatyards)
75
Warehousing (Commerce/Industry storage)
20
Waste Management
1
Waste Management Facilities
3
Total
3,577
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret mill-High Commission Indjana minn Ottubru 2013 sa l-aħħar ta’ Marzu 2014? Jista’ jinforma kemm laqgħat saru ma’ uffiċjali tal-istat Indjan u kemm ma’ persuni distinti jew fil-kummerċ? Jista’ jinforma wkoll kemm spejjeż intefqu u fuq xiex? Kif ukoll kemm persuni qed jaħdmu preżentament, kemm irriżenjaw u kemm ġew appuntati persuni ġodda?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onorevoli Membru jirrealizza li mistoqsija ġenerika bħal din titlob l-użu ta' ħafna ħin u riżorsi biex tkun imwieġba. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk hemm xi ħaġa speċifika li jixtieq ikun jaf jagħmel mistoqsija fuq is-suġġett jew javviċinani biex nagħtih l-informazzjoni kollha li jeħtieġ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret mill-Rappreżentanza Permanenti f’Ġinevra minn Ottubru 2013 sa l-aħħar ta’ Marzu 2014? Jista’ jinforma kemm laqgħat saru kemm ma’ persuni distinti kif ukoll dwar kummerċ? Jista’ jinforma wkoll kemm spejjeż intefqu u fuq xiex? Kif ukoll kemm persuni qed jaħdmu preżentament , kemm irriżenjaw u kemm ġew appuntati persuni ġodda?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onorevoli Membru jirrealizza li mistoqsija ġenerika bħal din titlob l-użu ta' ħafna ħin u riżorsi biex tkun imwieġba. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk hemm xi ħaġa speċifika li jixtieq ikun jaf jagħmel mistoqsija fuq is-suġġett jew javviċinani biex nagħtih l-informazzjoni kollha li jeħtieġ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret mill-Rappreżentanza Permanenti f’New York minn Ottubru 2013 sa l-aħħar ta’ Marzu 2014? Jista’ jinforma kemm laqgħat saru kemm ma’ persuni distinti jew fil-kummerċ? Jista’ jinforma wkoll kemm spejjeż intefqu u fuq xiex? Kif ukoll kemm persuni qed jaħdmu preżentament , kemm irriżenjaw u kemm ġew appuntati persuni ġodda?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onorevoli Membru jirrealizza li mistoqsija ġenerika bħal din titlob l-użu ta' ħafna ħin u riżorsi biex tkun imwieġba. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk hemm xi ħaġa speċifika li jixtieq ikun jaf jagħmel mistoqsija fuq is-suġġett jew javviċinani biex nagħtih l-informazzjoni kollha li jeħtieġ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret mill-Ambaxxata Maltija fl-Istati Uniti minn Ottubru 2013 sal-aħħar ta Marzu 2014? Jista’ jinforma kemm saru laqgħat ma’ uffiċjali tal-istat u kemm saru laqgħat ma’ persuni distinti jew fil-kummerċ? Jista’ jinforma ukoll kemm intefqu spejjeż u fuq xiex? Kif ukoll kemm persuni qed jaħdmu preżentement, kemm irriżenjaw u kemm ġew appuntati persuni ġodda?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onor. Membru jirrealizza li mistoqsija ġenerika bħal din titlob l-użu ta' ħafna ħin u riżorsi biex tkun imwieġba. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk hemm xi ħaġa speċifika li jixtieq ikun jaf jagħmel mistoqsija fuq is-suġġett jew javviċinani biex nagħtih l-informazzjoni kollha li jeħtieġ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret mill-Ambaxxata Maltija fit-Tuneżija minn Ottubru 2013 sal-aħħar ta Marzu 2014? Jista’ jinforma kemm saru laqgħat ma’ uffiċjali tal-istat Tuneżin u kemm saru laqgħat ma’ persuni distinti jew fil-kummerċ? Jista’ jinforma ukoll kemm intefqu spejjeż u fuq xiex? Kif ukoll kemm persuni qed jaħdmu preżentement, kemm irriżenjaw u kemm ġew appuntati persuni ġodda?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onor. Membru jirrealizza li mistoqsija ġenerika bħal din titlob l-użu ta' ħafna ħin u riżorsi biex tkun imwieġba. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk hemm xi ħaġa speċifika li jixtieq ikun jaf jagħmel mistoqsija fuq is-suġġett jew javviċinani biex nagħtih l-informazzjoni kollha li jeħtieġ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret mill-Ambaxxata Maltija fil-Kuwait minn Ottubru 2013 sa l-aħħar ta Marzu 2014? Jista’ jinforma kemm laqgħat saru ma’ uffiċjali tal-istat u kemm saru laqgħat ma’ persuni distinti jew fil-kummerċ? Jista’ jinforma wkoll kemm spejjeż intefqu u fuq xiex? Kif ukoll kemm persuni qed jaħdmu preżentament, kemm irriżenjaw u kemm ġew appuntati persuni ġodda?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onor. Membru jirrealizza li mistoqsija ġenerika bħal din titlob l-użu ta' ħafna ħin u riżorsi biex tkun imwieġba. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk hemm xi ħaġa speċifika li jixtieq ikun jaf jagħmel mistoqsija fuq is-suġġett jew javviċinani biex nagħtih l-informazzjoni kollha li jeħtieġ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret mill-Konsolat Ġenerali fil-Kanada minn Ottubru 2013 sa l-aħħar ta’ Marzu 2014? Jista’ jinforma kemm laqgħat saru ma’ uffiċjali tal-istat Kanadiż u kemm saru laqgħat ma’ persuni distinti jew fil-kummerċ? Jista’ jinforma ukoll kemm spejjeż intefqu u fuq xiex? Kif ukoll kemm persuni qed jaħdmu preżentament , kemm irriżenjaw u kemm ġew appuntati persuni ġodda?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onor. Membru jirrealizza li mistoqsija ġenerika bħal din titlob l-użu ta' ħafna ħin u riżorsi biex tkun imwieġba. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk hemm xi ħaġa speċifika li jixtieq ikun jaf jagħmel mistoqsija fuq is-suġġett jew javviċinani biex nagħtih l-informazzjoni kollha li jeħtieġ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret mill-Konsolat Ġenerali fit-Turkija minn Ottubru 2013 sa l-aħħar ta’ Marzu 2014? Jista’ jinforma kemm laqgħat saru ma’ uffiċjali tal-istat Tork u kemm saru laqgħat ma’ persuni distinti jew fil-kummerċ? Jista’ jinforma wkoll kemm spejjeż intefqu u fuq xiex? Kif ukoll kemm persuni qed jaħdmu preżentament , kemm irriżenjaw u kemm ġew appuntati persuni ġodda?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onor. Membru jirrealizza li mistoqsija ġenerika bħal din titlob l-użu ta' ħafna ħin u riżorsi biex tkun imwieġba. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk hemm xi ħaġa speċifika li jixtieq ikun jaf jagħmel mistoqsija fuq is-suġġett jew javviċinani biex nagħtih l-informazzjoni kollha li jeħtieġ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret mill-High Commission fl-Awstralja minn Ottubru 2013 sa l-aħħar ta’ Marzu 2014? Jista’ jinforma kemm laqgħat saru ma’ uffiċjali tal-istat Awstraljan u kemm saru laqgħat ma’ persuni distinti jew fil-kummerċ? Jista’ jinforma wkoll kemm spejjeż intefqu u fuq xiex? Kif ukoll kemm persuni qed jaħdmu preżentament , kemm irriżenjaw u kemm ġew appuntati persuni ġodda?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onor. Membru jirrealizza li mistoqsija ġenerika bħal din titlob l-użu ta' ħafna ħin u riżorsi biex tkun imwieġba. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk hemm xi ħaġa speċifika li jixtieq ikun jaf jagħmel mistoqsija fuq is-suġġett jew javviċinani biex nagħtih l-informazzjoni kollha li jeħtieġ.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – spejjeż fuq magni ġodda ta’ photocopiers
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm intefqu spejjeż mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u mill-ambaxxati f’servizzi jew magni ġodda ta’ fotokopjatriċi minn Marzu 2013 sa Marzu 2014?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa totali hija madwar €10,800.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret mill-Ambaxxata Maltija fiċ-Ċina minn Ottubru 2013 sal-aħħar ta' Marzu 2014? Jista’ jinforma kemm saru laqgħat ma’ uffiċjali tal-istat Ċiniż u kemm saru laqgħat ma’ persuni distinti jew fil-kummerċ? Jista’ jinforma ukoll kemm intefqu spejjeż u fuq xiex? Kif ukoll kemm hemm persuni jaħdmu preżentement, kemm irriżenjaw u kemm ġew appuntati persuni ġodda?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onor. Membru jirrealizza li mistoqsija ġenerika bħal din titlob l-użu ta' ħafna ħin u riżorsi biex tkun imwieġba. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk hemm xi ħaġa speċifika li jixtieq ikun jaf jagħmel mistoqsija fuq is-suġġett jew javviċinani biex nagħtih l-informazzjoni kollha li jeħtieġ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret mill-Ambaxxata Maltija fl-Eġittu minn Ottubru 2013 sal-aħħar ta Marzu 2014? Jista’ jinforma kemm saru laqgħat ma’ uffiċjali tal-istat Eġizzjan u kemm saru laqgħat ma’ persuni distinti jew fil-kummerċ? Jista’ jinforma ukoll kemm intefqu spejjeż u fuq xiex? Kif ukoll kemm hemm persuni jaħdmu preżentement, kemm irriżenjaw u kemm ġew appuntati persuni ġodda?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onorevoli Membru jirrealizza li mistoqsija ġenerika bħal din titlob l-użu ta' ħafna ħin u riżorsi biex tkun imwieġba. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk hemm xi ħaġa speċifika li jixtieq ikun jaf jagħmel mistoqsija fuq is-suġġett jew javviċinani biex nagħtih l-informazzjoni kollha li jeħtieġ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret mill-Ambaxxata Maltija fil-Libja minn Ottubru 2013 sal-aħħar ta Marzu 2014? Jista’ jinforma kemm saru laqgħat ma’ uffiċjali tal-istat Libjan u kemm saru laqgħat ma’ persuni distinti jew fil-kummerċ? Jista’ jinforma ukoll kemm intefqu spejjeż u fuq xiex? Kif ukoll kemm hemm persuni jaħdmu preżentement, kemm irriżenjaw u kemm ġew appuntati persuni ġodda?