Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba bil-lingwa Spanjola tul dawn l-aħħar sentejn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni li fis-snin skolastiċi 2013/2014 u 2014/2015 inxtraw kotba bil-lingwa Spanjola kif jidher fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skejjel Sekondarji — Studenti li jitgħallmu l-Ispanjol
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hawn, tul is-sena skolastika 2013/2014, u kemm hawn tul is-sena skolastika 2014/2015, studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jew kienu qegħdin jiġu mgħallma l-lingwa Spanjola ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li kienu, jew qegħdin, jitgħallmu l-lingwa Spanjola fis-snin skolastiċi 2013/2014 u 2014/2015 hu kif se nsemmi:
Settur Sekondarju
Sena Skolastika 2013/2014
Sena Skolastika 2014/2015
Skejjel Sekondarji tal-Istat
1405
1389
Skejjel Sekondarji tal-Knisja
105
163
Skejjel Sekondarji Indipendenti
140
141
Skejjel Sekondarji – Għalliema li jgħallmu l-Ispanjol
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hawn għalliema fl-iskejjel sekondarji li preżentement qed jgħallmu l-lingwa Spanjola ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel Sekondarji Statali hemm 34 għalliem tal-iSpanjol li tnejn minnhom qegħdin fuq maternity leave. Hemm ukoll żewġ għalliema tal-iSpanjol fil-Livell Post Sekondarju ta’ Malta u wieħed Għawdex shared mas-Sekondarja.
Infurmat ukoll li preżentement hemm seba’ għalliema li jgħallmu l-iSpanjol fl-Iskejjel Sekondarji tal-Knisja u erba’ għalliema li jgħallmu l-iSpanjol fl-Iskejjel Sekondarji Indipendenti.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru rapporti ta’ reati ta’ serq fl-Għassa taż-Żejtun tul is-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-numru globali ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita’ taż-Żejtun għal matul is-sena 2013 kien jammonta għal sebgħa u tmenin (87) każ, filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati mija, tmienja u għoxrin (128) każ ta’ serq.
Għassa Wied il-Għajn – rapporti ta’ reati ta’ serq
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru rapporti ta’ reati ta’ serq fl-Għassa ta’ Wied il-Għajn tul is-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-numru globali ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita’ ta’ Wied il-Għajn għal matul is-sena 2013 kien jammonta għal 157 każ, filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati 121 każ ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni fl-aħħar sena 2014?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant lin-numru ta’ persuni li kienu jirċievu xi forma ta’ pensjoni matul is-sena 2014 kien ta’ 92,133 skont it-tabella t’hawn taħt.
Inżid li hemm numru ta’ persuni li minħabba li matul is-sena msemmija nbidlet it-tip ta’ pensjoni li kellhom dritt għaliha, qegħdin jidhru darbtejn fl-ammonti murija. Hemm ukoll uħud li jkollhom dritt għall-pensjoni kontributorja b’rata anqas minn dik tal-eta’ mhux kontributorja u għalhekk jieħdu wkoll id-differenza minn din ta’ l-aħħar.
Sena 2014
Tip ta’ pensjoni
Numru ta’ pensjonanti
Pensjoni Kontributorja għall-Irtirar
61,495
Pensjoni għar-Romol
16,981
Pensjoni għall-Invalidità
5,363
Pensjoni għall-Età Mhux Kontributorja
5,353
Pensjoni għall-Disabilità
2,795
Pensjoni għall-Wens
146
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew ippreżentati mandati eżekuttivi u kawtelatorji fis-snin 2013 u 2014 u jista’ jindika dan b’lista dettaljata ta’ x’tip kienu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jara jekk il-kwalità tal-ilma tal-vit li qed jirċievu r-residenti tal-Fgura huwiex tajjeb għax-xorb billi kien hemm numru ta’ lmenti dwar dan lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’dawn l-aħħar xhur?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn diversi kampjuni li jittieħdu mil-lokalita’ tal-Fgura bħala parti mill-programm ta’ moniteraġġ, irriżulta li l-kwalita’ tal-ilma tal-vit hija tajba għax-xorb.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm-il sentenza sospiża ġiet mogħtija mill-Qrati Kriminali fis-sena 2013 u 2014?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 13617 hi kif ġej fejn qed jingħad kemm ingħataw sentenzi sospiżi mill-Qrati Kriminali ta’ Malta u Għawdex fis-snin 2013 u 2014 maqsumin bejn dawk mogħtija mill-Qrati tal-Maġistrati u dawk mogħtija mill-Qrati Superjuri ta’ Malta u dawk tal-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex.
SENA 2013 2014
QRATI TAL-MAĠISTRATI MALTA
Sentenzi sospiżi 479 426
QRATI KRIMINAL SUPERJURI MALTA
Sentenzi sospiżi 38 24
TOTAL 517 450
SENA 2013 2014
QRATI TAL-MAĠISTRATI GĦAWDEX
Sentenzi sospiżi 7 9
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – Parole Board — laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Parole Board taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin 2013 u 2014 il- Bord tal-Vizitaturi tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin b’kollox iltaqa’ erba u għoxrin darba. Matul is-sena 2013 iltaqa’ seba’ darbiet, filwaqt matul is-sena 2014 iltaqa’ sbatax il-darba.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – bord tal-Viżitaturi – laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tal-Viżitaturi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin 2013 u 2014 l-Bord tal-Vizitaturi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin iltaqa’ ħmistax il-darba. Matul is-sena 2013 iltaqa’ erba’ darbiet u matul is-sena 2014 iltaqa’ ħdax il-darba.
Ninfurmah ukoll li dawn l-istatistici jindikaw laqgħat formali li zamm il-Bord kif kompost. Zjarat oħra ġewwa l-faċilitajiet li jaqgħu taħt l-attenzjoni tal-Bord inzammu, pero’ kienu bħala parti mill-ħidma tal-istess bord u bi ftehim bejn l-istess membri tal-bord.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – impjieg/ingaġġ ta’ persuni
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni ġew impjegati u ingaġġati mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu fl-2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fid-Direttorati/Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi fl-2014 ġew impjegati 618-il persuna li minnhom 467 ġew impjegati bħala Għalliema, Supply Teachers, Supply Learning Support Assistants u Supply Kindergarten Assistants fl-iskejjel. Kien hemm ukoll l-ingaġġ ta' 40 Edukaturi tal-Adulti fuq bażi part-time mad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja.
Rigward l-entitajiet li jiffurmaw parti minn dan id-dekasteru, ħlief għall-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) li l-informazzjoni dwarha qed tingħata fil-paragrafu li jmiss, infurmat li fl-2014 ġew impjegati 381 persuna, fosthom 81 mal-MCAST, 101 mal-Università ta' Malta, u 156 mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) li 143 minnhom fuq kuntratt definit.
Rigward l-FES, fl-2014 din il-Fondazzjoni impjegat 131 persuna bħala external recruits kemm full-time kif ukoll part-time, u wkoll 1,361 persuna li ġew ingaġġati fuq kuntratt definit bejn l-1 ta' Ġunju 2014 u t-30 ta' Settembru 2014 sabiex jaħdmu fuq bażi part-time fiċ-centri tal-Klabb 3-16 u Skola Sajf 2014.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew irreġistrati pesuni fir-reġistru għall-protezzjoni tal-minuri taħt l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni għall-Protezzjoni tal-Minuri?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sebgħa u għoxrin (27) persuna ġew irreġistrati fir-reġistru għall-protezzjoni tal-minuri taħt l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni għall-Protezzjoni tal-Minuri. Persuna waħda ġiet reġistrata darbtejn peress li ġiet misjuba ħatja b’żewġ sentenzi. Għalhekk sa llum hemm tmienja u għoxrin (28) reġistrazzjoni.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm xhieda ġew mismugħa bl-użu tal-video conferencing fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex f’dawn l-aħħar għaxar snin sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ xhieda li ġew mismugħa bl-użu tal-video conferencing hu kif ġej:
Malta **
Għawdex *
Sena
Numru ta’ Xhieda
Numru ta’ Xhieda
2005
**
Xejn
2006
**
Xejn
2007
**
Xejn
2008
**
2
2009
**
2
2010
**
3
2011
2
Xejn
2012
1
2
2013
1
4
2014
11
4
2015 (as at 20th January 2015)
0
0
**Statistika bdiet tinżamm mis-sena 2011
* Dawn il-figuri jirrapreżentaw biss is-seduti fejn xhieda ttieħdu mill-Maġistrati f’kawżi tal- Qorti tal-Maġistrati, Ġurisdizzjoni Ċivili u ma jinkludux xhieda li ttieħdu mill-Assistent Ġudizzjarju, peress li dan ma jżommx t-tali statistika.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm daħlu arbitraġġi fl-aħħar għaxar snin sena b’sena u jista’ wkoll jindika kemm minnhom kienu ta’ natura internazzjonali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ arbitraġġi li daħlu fl-aħħar għaxar snin hu kif ġej:
Sena Numru ta’ Każi Li Minnhom Internazzjonali
2014 338 2
2013 487 4
2012 431 3
2011 412 2
2010 386 1
2009 411 3
2008 416 3
2007 453 1
2006 464 5
2005 368 1
Il-Gvern iħoss li huwa evidenti li s-sistema tal-arbitraġġi m'hijiex qed tagħti s-suċċess meħtieġ. Dan għaliex ħafna mill-arbitraġġi lokali jinfetħu fiċ-ċentru tal-arbitraġġ għax il-liġi tordna li bilfors irid isir hekk (eżempju fil-każ ta' kolliżjonijiet bil-vetturi sempliċi) u ċ-ċentru m'huwiex qed jattira arbitraġġi internazzjonali.
Gvern preċedenti sfortunatament qatt ma kellu l-ambizzjoni u l-viżjoni li jaġġorna ċ-ċentru għall-isfidi tad-dinja kontemporanja u allura dan iċ-ċentru qatt ma seta' jikkompeti ma' ċentri oħrajn ewropej.
Nemmnu li l-potenzjal ta' pajjiżna huwa ferm u ferm aqwa minn hekk u għandna kull m'għandna bżonn biex lil pajjiżna ndawruh f'ċentru ta' arbitraġġ internazzjonali ta' kwalita' li jħabbatha mal-aqwa ċentri fl-Ewropa.
Kif imħabbar fl-aħħar budget, fil-gimgħat li ġejjin il-Gvern se jkun qed iniedi proċess li għandu jwassal biex nirrealizzaw il-potenzjal tremend li pajjiżna jgawdi f'dan is-settur.
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – applikazzjonijiet għall-parole
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni applikaw għall-parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-snin 2013 u 2014 u kemm minn dawn ġew milqugħa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li minn Marzu 2013 kien hemm 93 applikazzjoni għal-Licenza tal-Parole filwaqt li f’2014 kien hemm 100 applikazzjoni.
Minn dawn l-applikazjonijiet ingħataw 26 Liċenza tal-Parole: tlieta f’2013 u tlieta u għoxrin f’2014.
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – Bord tar-Remissjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tar-Remissjoni taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-snin 2013 u 2014 u kemm-il talba għar-remissjoni ġiet milqugħa u kemm-il waħda ġiet miċħuda?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2013 saru 5 seduti fejn saru total ta’ 80 talba biex jingħataw ġranet ta’ Remission lura.
48 talba ġew milqugħa filwaqt li 32 talba ġew miċħuda.
Matul is-sena 2014 saru 10 seduti fejn saru total ta’ 195 talba biex jingħataw ġranet ta’ Remission lura.
109 talba ġew milqugħa filwaqt li 86 talba ġew miċħuda.