Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sentenza ta’ probation ingħatat tul is-sena 2014?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li tul is-sena 2014 fil-Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali f’Malta u Għawdex ingħataw 248 ordni ta’ Probation.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ordni ta’ servizz fil-komunità (community service order) ngħatat f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jindika ma’ liema entitajiet dawn ġew prestati?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat, il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Wied il-Għajn – għassa tal-pulizija — tneħħija ta’ container
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13788, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk il-container li kien qed iservi ta’ għassa f’Wied il-Għajn kienx mikri jew mixtri? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji rispettivi kif ukoll jippreżenta l-permess tal-MEPA li qed jagħmel referenza għalih?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsijiet parlamentari 10904, 10968 kif ukoll 13788.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn għalliema fl-iskejjel sekondarji li preżentament qed jgħallmu l-lingwa Russa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel Sekondarji tal-Gvern hemm għalliema waħda li preżentement qed tgħallem il-lingwa Russa.
Infurmat ukoll li hemm żewġ għalliema oħra li jgħallmu r-Russu fil-livell sekondarju, wieħed fi skola tal-Knisja u persuna oħra fi skola Indipendenti.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati u ingaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu fl-2014?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2004 ġew ingaġġati 207 persuni mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu.
Dawn jinkludu nurses ma’ SVPR, DECC u FSWS (inkluż
re-instatements
),
Social Workers
u
Support Workers
mal-FSWS u diversi impjiegi temporanji mal-proġett LEAP ikkofinanzjat mill-UE.
Uħud mill-impjiegi saru sabiex jagħmlu tajjeb għal dawk li spiċċaw għal xi raġuni jew oħra u oħrajn biex jagħmlu tajjeb għal numru ta’ postijiet vakanti fid-dekasteru.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol –ingaġġ ta’ persuni
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13580, jista’ l-Minsitru jinforma lill-Kamra f’liema skala ġew impjegati l-151 persuna li ġew impjegati fil-Ministeru tul is-sena 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Bi tweġiba għal din il-mistoqsija, li tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 13580, ninsab infurmat li l-iskali tal-151 persuna huma kif se nsemmi:-
Skala 3 - 3 persuni
Skala 4 - 3 persuni
Skala 5 - 2 persuni
Skala 6 - 7 persuni
Skala 7 - 5 persuni
Skala 9 - 7 persuni
Skala 10 - 2 persuni
Skala 11 - 10 persuni
Skala 12 - 38 persuni
Skala 13 - 5 persuni
Skala 14 - 6 persuni
Skala 15 - 25 persuna
Skala 16 - 22 persuna
Skala 19 - 1 persuna waħda
Skala 20 - 14-il persuna
Skala not applicable - 1 trust basis (salarju bejn skala 8 u 9)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13580, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema pożizzjoni jew kategorija ġew impjegati l-156 persuna li ġew impjegati fl-ETC tul is-sena 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar il-pożizzjoni jew kategorija li fihom ġew impjegati l-persuni fl-ETC tul is-sena 2014 hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13580 jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema pożizzjoni jew kategorija ġew impjegati l-131persuna li ġew impjegati fl-FES tul is-sena 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-pożizzjoni jew kategorija li fihom ġew impjegati l-131 persuna mal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) tul is-sena 2014 hi kif se nsemmi:-
Sezzjoni Childcare
Childcare Assistants: 33 part-time (30hours/wk)
Childcare Centre Coordinators: 4 full-time
Sezzjoni EU Projects
Tutors: 11 part-timers
Sezzjoni Klabb3-16
25 part-time playworkers (Oct 14)
47 part-time HW Tutors (Oct 14) u 11 part-time HW Tutors (April 2014).
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13580 jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema belt jew raħal ġejjin u huma rreġistrati fir-reġistru elettorali l-1361 persuna li ġew impjegati part-time fl-FES tul is-sena 2014
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-lokalitajiet li fihom joqogħdu l-persuni li ġew impjegati fuq bażi part-time mal-FES matul is-sena 2014, bl-għadd rispettiv għal kull lokalità, huma kif se nsemmi:
Lokalità - Malta
Għadd ta' impjegati p/t
Lokalità - Għawdex
Għadd ta' impjegati p/t
Attard
56
Fontana
6
Baħrija
2
Għajnsielem
14
Balzan
9
Għarb
6
B'Buġia
48
Għasri
1
Bidnija
1
Kerċem
4
Birgu
2
Marsalforn
2
Birkirkara
69
Munxar
6
Bormla
5
Nadur
13
Buġibba
4
Qala
6
Burmarrad
3
San Lawrenz
7
Cospicua
7
Sannat
12
Dingli
20
Victoria
41
Fgura
49
Xagħra
20
Fleur de Lys
3
Xewkija
30
Floriana
5
Xlendi
3
Għargħur
13
Żebbuġ
3
Għaxaq
24
G'Mangia
4
Gudja
20
Gżira
16
Ħamrun
34
Ibraġ
1
Iklin
20
Imġarr
17
Isla
2
Kalkara
16
Kappara
2
Kirkop
15
Kordin
1
Lija
11
Luqa
23
Manikata
2
Marsa
11
Marsascala
67
Marsaxlokk
22
Mellieħa
35
Mosta
110
Mqabba
18
Mrieħel
2
Msida
22
Mtaħleb
1
Mtarfa
15
Naxxar
47
Paola
28
Pembroke
27
Pietà
11
Qajjenza
1
Qawra
9
Qormi
66
Qrendi
19
Rabat
47
Safi
17
Sagħjtar
1
Salina
1
San Ġiljan
17
San Ġwann
44
San Pawl tat-Tarġa
1
Santa Luċija
17
Santa Venera
62
Senglea
7
Siġġiewi
49
Sliema
16
San Pawl il-Baħar
30
Swatar
10
Swieqi
17
Ta' Xbiex
1
Tarxien
33
Valletta
10
Xgħajra
7
Żabbar
88
Żebbiegħ
1
Żebbuġ
23
Żejtun
43
Żurrieq
54
Din l-istatistika hija tal-part-timers kollha inkluż dawk li ġew impjegati mal-Fondazzjoni fuq kuntratt definit għal Skola Sajf 2014.
Għassa Raħal il-Ġdid – rapporti ta’ rejati ta’ serq
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru rapporti ta’ reati ġew rappurtati rejati ta’ serq fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid tul is-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li n-numru globali ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir- rigward tal-lokalita’ ta’ Raħal Ġdid matul is-sena 2013 kien jammonta għal mija u wieħed u ħamsin (151) każ, filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati mija u sitta u tletin (136) każ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru rapporti ta’ reati ta’ serq fl-Għassa tal-Fgura tul is-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n- numru globali ta’ serq li ġie rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita’ tal-Fgura fis-sena 2013 kien jammonta għal mitt (100) każ, filwaqt li fis-sena 2014 kien hemm sitta u tmenin (86) każ.
Wied il-Għajn – għassa tal-pulizija — tneħħija ta’ container
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bir-raġuni għaliex il-container li kien qiegħed iservi ta’ għassa f’Wied il-Għajn tneħħa minn postu f’dawn l-aħħar jiem?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi il-container li kien qiegħed iservi ta’ għassa f’Wied il-Għajn, tneħħa minn postu il-għaliex skada il-permess li inħareg mil-MEPA, biex dak ikun fil-lok fejn kien jinstab.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x’ser jiġri mill-Għassa tal-Pulizija li kien hemm qabel f’Wied-il-Għajn wara li s-sena li għaddiet ġiet abbandunata?
Response (ABELA, CARMELO)
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, il-ħtieġa ta’ Għassa ġdida ġewwa Marsascala ilu snin twal jinħass u dan għal diversi raġunijet. Il-prokrastinazzjoni fi żmien il-Gvern Nazzjonalista waslitna għas-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum. Din l-amministrazzjoni qed tagħmel ħilitha sabiex filwaqt li tibqa` tagħti s-servizz meħtieġ, fl-istess waqt insibu post adegwat sabiex ikun hemm Għassa li taqdi l-bżonnijiet tal-lum.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm ingħataw traffic tickets mill-Korp tal-Pulizija tul s-snin 2013 u 2014? Jistgħu dawn jinqasmu dettaljatament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol –ingaġġ ta’ persuni
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13580 jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kif inhuma maqsuma l-467 persuna li ġew impjegati bħala għalliema, supply teachers, supply learning support assistants u supply kindergarden assistants tul is-sena 2014 ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Bi tweġiba għal din il-mistoqsija, li tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 13580, ninsab infurmat li l-467 persuna impjegati bħala Għalliema, Supply Teachers, Supply Learning Support Assistants u Supply Kindergarten Assistants fl-2014 kienu maqsuma kif se nsemmi:
Għalliema - 121
Supply Teachers - 90
Supply Learning Support Assistants - 198
Supply Kindergarten Assistants - 58
Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni fi skala għaxra (10) tas-Servizz Pubbliku u jista’ jindika kemm daħlu ġodda tul is-sena 2013 u s-sena 2014?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fis-Servizz Pubbliku bħalissa hemm 2,442 impjegati li huma mħallsin fuq skala ta’ salarju 10.
In-numru ta’ persuni fuq l-istess skala ta’ salarju li ġew impjegati mas-Servizz Pubbliku matul is-snin 2013 u 2014 hu ta’ 159 u 201 rispettivament.