Legislature:
Category:
Reset
Active:

Employment and Industrial Relations Act — Emendi

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk humiex ser jiġu mressqa mill-Ministeru xi emendi għall-Kapitolu 452 tal-Liġijiet ta’ Malta, Employment and Industrial Relations Act u jekk iva, tista’ tindika f’liema direzzjoni ser ikunu?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onor Interpellant li l-emendi msemmija tittieħed deċiżjoni fuqhom wara konsultazzjoni li tkun saret fil-Bord għar-Relazzjonijiet tal-Impjiegi. Dan il-Bord huwa magħmul minn rappreżentanti tal-ħaddiema, ta’ min iħaddem u tal-Gvern. Bħalissa dan il-Bord għandu quddiemu proposti għal emendi li tressqu kemm mill-Ministeru kif ukoll mill-partijiet soċjali rappreżentati fuq il-Bord. F’ dan l-istadju ma naħsibx li jkun prudenti li nsemmi aspetti li għad iridu jiġu diskussi minn dan il-Bord

Għassa tal-pulizija ta’ San Ġiljan – każijiet rapportati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq fl-Għassa ta’ San Ġiljan tul is-snin 2013 u 2014?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmati li n-numru ta’ każi ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita ta’ San Giljan matul is-sena 2013 kien jammonta għal elfejn, mija disa u disgħin (2199) filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati elf, disa mija, sitta u tmenin (1,986) każ. Ir-rapporti setgħu saru fi kwalunkwe għassa f’Malta jew Għawdex, pero għal serq li ġara ġewwa San Giljan.

Għassa tal-pulizija tal-Imsida – każijiet rapportati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq fl-Għassa tal-Msida tul is-snin 2013 u 204?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmati li n-numru ta’ każi ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita ta’ l-Imsida matul is-sena 2013 kien mitejn, erba’ u sebgħin (274) filwaqt li matul is-sena 2014 ġew mitejn, tnejn u erbgħin (242) każ. Ir-rapporti setgħu saru fi kwalunkwe għassa f’Malta jew Għawdex, pero għal serq li ġara ġewwa l-Imsida.

Skejjel tal-Istat — Xiri ta’ kotba bil-Franċiż

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba bil-lingwa Franċiża tul dawn l-aħħar sentejn

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kotba tal-Franċiż li nxtraw mid-Dipartiment għall-iskejjel tal-Istat fl-aħħar sentejn skolastiċi.

Skejjel Sekondarji – tagħlim tal-lingwa Franċiża

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm tul is-sena skolastika 2013/2014 u kemm hawn tul is-sena skolastika 2014/2015 studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jew kienu qegħdin jiġu mgħallma l-lingwa Franċiża?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li kienu, jew qegħdin, jitgħallmu l-lingwa Franċiża fl-iskejjel sekondarji fis-snin skolastiċi 2013/2014 u 2014/2015, hu kif se nsemmi: Settur Sekondarju Sena Skolastika 2013/2014 Sena Skolastika 2014/2015 Skejjel Sekondarji tal-Istat 2105 1968 Skejjel Sekondarji tal-Knisja 3713 4484 Skejjel Sekondarji Indipendenti 1444 1170

Skejjel Sekondarji – għalliema tal-lingwa Franċiża

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hawn għalliema fl-iskejjel sekondarji li preżentament qed jgħallmu l-lingwa Franċiża?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat hemm 64 għalliem tal-lingwa Franċiża li tlieta minnhom qegħdin fuq xi forma ta’ leave. Infurmat ukoll li preżentement hemm disa’ għalliema li jgħallmu l-lingwa Franċiża fl-Iskejjel Sekondarji tal-Knisja u 34 għalliem li jgħallmu l-Franċiż fl-Iskejjel Sekondarji Indipendenti.

Skejjel Sekondarji – tagħlim tal-lingwa Russa

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm tul is-sena skolastika 2013/2014 u kemm hawn tul is-sena skolastika 2014/2015 studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jew kienu qegħdin jiġu mgħallma l-lingwa Russa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li kienu, jew qegħdin, jitgħallmu l-lingwa Russa fl-iskejjel sekondarji fis-snin skolastiċi 2013/2014 u 2014/2015, hu kif se nsemmi: Settur Sekondarju Sena Skolastika 2013/2014 Sena Skolastika 2014/2015 Skejjel Sekondarji tal-Istat 4 2 Skejjel Sekondarji tal-Knisja 3 2 Skejjel Sekondarji Indipendenti 63 67
Leg 12 PQ #14401 Sitting 241 2015-02-23 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – ħaddiema fi Skala 12

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li qegħdin fi Skala 12 fis-Servizz Pubbliku u jista’ jindika kemm daħlu ġodda tul is-sena 2013 u dik 2014?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 2,804 Uffiċjali Pubbliċi li huma mħallsin fuq skala ta’ salarju 12. In-numru t’ Uffiċjali Pubbliċi, fuq l-istess skala ta’ salarju, li ġew impjegati mas-Servizz Pubbliku matul is-snin 2013 u 2014 hu ta’ 125 u 304 rispettivament.

Skejjel tal-Istat — Xiri ta’ kotba bit-Taljan

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba bil-lingwa Taljana tul dawn l-aħħar sentejn għall-iskejjel tal-Istat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul is-sena skolastika 2014-2015, filwaqt li ftit li xejn inxtraw kotba ġodda bil-lingwa Taljana, l-iskejjel ingħataw kotba ġodda li d-Dipartiment kellu fl-istores. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kotba tat-Taljan li nxtraw mid-Dipartiment għall-iskejjel tal-Istat fl-aħħar sentejn skolastiċi.

Skejjel Sekondarji – tagħlim tal-lingwa Taljana

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm tul is-sena skolastika 2013/2014 u kemm hawn tul is-sena skolastika 2014/2015, studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jew kienu qegħdin jiġu mgħallma l-lingwa Taljana?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li kienu, jew qegħdin, jitgħallmu l-lingwa Taljana fl-iskejjel sekondarji fis-snin skolastiċi 2013/2014 u 2014/2015, hu kif se nsemmi: Settur Sekondarju Sena Skolastika 2013/2014 Sena Skolastika 2014/2015 Skejjel Sekondarji tal-Istat 7522 6800 Skejjel Sekondarji tal-Knisja 2542 3404 Skejjel Sekondarji Indipendenti 730 536

Skejjel Sekondarji – għalliema tal-lingwa Taljana

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hawn għalliema fl-iskejjel sekondarji li preżentament qed jgħallmu l-lingwa Taljana?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat hemm 120 għalliem tal-lingwa Taljana li sebgħa minnhom qegħdin fuq xi forma ta’ leave. Infurmat ukoll li preżentement hemm 55 għalliem li jgħallmu l-lingwa Taljana fl-Iskejjel Sekondarji tal-Knisja u 13-il għalliem li jgħallmu t-Taljan fl-Iskejjel Sekondarji Indipendenti.

Għassa tal-pulizija ta’ tas-Sliema – każijiet rapportati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq fl-Għassa ta’ tas-Sliema tul is-snin 2013 u 2014?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmati li n-numru ta’ każi ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita ta’ tas-Sliema matul is-sena 2013 kien jammonta għal seba’ mija, erba’ u tletin (734) filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati seba’ mija, ħamsa u disgħin (795) każ.

Għassa tal-pulizija tal-Mosta – każijiet rapportati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq fl-Għassa tal-Mosta tul is-snin 2013 u 2014?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmati li n-numru ta’ każi ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita tal-Mosta matul is-sena 2013 kien jammonta għal mija, sitta u ħamsin (156) filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati mija, disa u għoxrin (129) każ. Ir-rapporti setgħu saru fi kwalunkwe għassa f’Malta jew Għawdex, pero għal serq li ġara ġewwa l-Mosta.

Public Administration and Defence – impjegati reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati jaħdmu fil-kategorija magħrufa għal skopijiet ta’ statistika bħala Public Administration and Defence fl-aħħar ta’ Jannar 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li kienu reġistrati jaħdmu fis-settur tal-'Public Administration and Defence' fl-aħħar ta' Jannar 2014 fuq bażi full time u part time bħala xogħol ewlieni tagħhom kien ta' 15,099 persuna.

Education – impjegati reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati jaħdmu taħt il-kategorija magħrufa għal skopijiet ta’ statistika bħala Education fl-aħħar ta’ Jannar 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li kienu reġistrati jaħdmu fis-settur tal-Edukazzjoni fl-aħħar ta' Jannar 2014 fuq bażi full time u part time bħala xogħol ewlieni tagħhom kien ta' 18,073 persuna.

Dipartiment tal-Edukazzjoni — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni sal-aħħar ta’ Jannar 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Jannar 2014, kien hemm 8,800 (tmint elef u tmien mitt) persuna jaħdmu fid-Direttorati tal-Edukazzjoni u d-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi.

Dipartiment tal-Probation u Parole – impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm impjegati u f’liema grad huma fid-Dipartiment tal-Probation u Parole? Hemm il-ħsieb li jiġu impjegati persuni oħra u jekk iva, f’liema grad?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm sitta u tletin impjegat/a fi ħdan id-dipartiment tal-Probation u Parole. Dawn jinsabu mqassma kif ġej: 1 Direttur 1 Assistent Direttur 1 Prinċipal 4 Senior Probation Officers 1 Victim Liaison Officer 2 Psikologi 1 Uffiċjal Legali 20 Uffiċjali tal-Probation 1 Uffiċjal Eżekuttiv 2 Skrivani 1 Uffiċjal fi skala 14 1 Substitute Clerk Din is-sena dan id-dipartiment hu bil-ħsieb li jimpjega Senior Psychologist, Accounts Clerk u Messenger/Driver.

ETC — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm impjegati mal-ETC u f’liema grad jinsabu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li preżentement hemm 293 persuna impjegati mal-ETC imqassmin f’dawn il-gradi: Chief Executive Officer 1 Head of Division 6 Department Manager 10 A/Department Manager 1 Unit Manager 14 Senior Executive 23 Executive 113 Senior Clerk 65 Clerk 39 Senior Tradesman 3 Security 9 Cleaner 3 Messenger/Driver 3 PA to CEO 1 PA to Chairman 2

ETC – persuni li attendew korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna attendiet għall-korsijiet ġewwa l-ETC u jista’ jagħti d-dettalji ta’ liema korsijiet attendew?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li attendew għall-korsijiet ġewwa l-ETC bejn Jannar u Diċembru 2014 kien ta' 4,496 persuna. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-korsijiet u n-numru ta' persuni li attendew għal kull kors.