Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — ħabsin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-aħħar tas-snin 2013 u 2014? Jista’ jindika kemm kien hemm sal-aħħar ta’ Jannar 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar tas-sena 2013 kien hemm total ta’ sitt mija u ħmistax il-persuna (615), fl-aħħar tas-sena 2014 kien hemm ħames mija wieħed u tmenin (581) persuna u fl-aħħar ta’ Jannar ta’ din is-sena kien hemm ħames mija tnejn u tmenin (582) persuna.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – rinnovar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala partijiet mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li ġew rinnovati sew, senjatament id-diviżjoni magħrufa bħala tad-debituri, mhumiex jiġu użati?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-area magħrufa bħala debituri ma kienetx qed tintu¿a peress li kien hemm nuqqas ta staff fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. F’Jannar ta’ din is-sena żidna 64 il-uffiċjal ġdid, dawn ġew ngaġġati fuq bażi ta’ full time, għalhekk din l-area reġgħet bdiet tintuża għal viżitaturi.

Laqgħat tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema laqgħat tal-Unjoni Ewropea attenda s-sena li għaddiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-sena li għaddiet attendejt għal dawn il-laqgħat tal-Unjoni Ewropea: - Il-laqgħa tal-Kunsill tal-Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) li saret f’Marzu fi Brussel. - Il-laqgħa informali għall-Ministri għall-Impjiegi u Affarijiet Soċjali (Informal EPSCO) li saret f’Lulju f’Milan. - Il-laqgħa tal-Kunsill tal-Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) li saret f’Ottubru fil-Lussemburgu.

Laqgħat tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u taħt din il-Presidenza huwa previst li jattendi? Jista’ jindika x’hemm fuq l-aġenda preliminari tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li filwaqt li m’attendejt ebda laqgħa fi ħdan l-Unjoni Ewropea taħt din il-Presidenza, il-laqgħat li hu mistenni, jew hemm possibbiltà, li nattendi, dejjem suġġett għall-aġenda tal-laqgħa, huma kif se nsemmi: - Il-laqgħa informali għall-Ministri għall-Edukazzjoni tal-UE, li se ssir fis-17 ta’ Marzu 2015, f’Pariġi . Fuq l-aġenda preliminari hemm diskussjoni u l-iffirmar ta’ dikjarazzjoni rigward il-promozzjoni ta’ ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, tolleranza u non-diskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni. - Il-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (Informal EPSCO Council) f’Riga, Latvia bejn l-20 u t-22 ta’ April 2015 . L-Aġenda għadha ma ġietx riċevuta. - Il-ħames laqgħa għall-Ministri għall-Edukazzjoni tal-ASEM , li se ssir fis-27-28 ta’ April 2015, f’Riga, Latvia. L-Aġenda għadha ma ġietx riċevuta. - Laqgħa tal-Kunsill tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport li se ssir fit-18-19 ta’ Mejju 2015, fi Brussel . L-aġenda preliminari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. - Laqgħa tal-Kunsill tal-Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) fit-18 ta’ Ġunju 2015 fil-Lussemburgu. L-Aġenda preliminari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Fgura – Kwalità tal-Ilma

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13616, jista’ l-Ministru jippreżenta kopji tar-rapporti li saru, peress li għad hemm ilmenti fuq il-kwalità tal-ilma fil-Fgura?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwalità tal-ilma tal-Fgura, bħal villaġġi oħrajn, tiġi ċċekjata kull xahar.

Dipartiment tas-Saħħa – magni tal-kliewi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm magni komunement magħrufa bħala ‘tal-kliewi’ preżentament għas-servizz tal-pazjenti fid-Dipartiment tas-Saħħa? Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom jagħtu servizz dawn il-magni u jekk hemmx xi pjanijiet li dawn jiġu mibdula jew jiżdiedu matul din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 36-il magna tal-kliewi. L-ahhar magna li ġiet installata kienet biss ftit tal-gimghat ilu gewwa l-Isptar t’ Ghawdex.

L-Imsida – rapporti ta’ reati ta’ frodi u falsifikazzjoni fl-Għassa tal-Imsida

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ frodi u falsifikazzjoni fl-Għassa tal-Imsida tul is-snin 2013 u 2014?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li in-numru globali ta’ reati ta` frodi u falsifikazzjoni rrapportati lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita’ tal-Imsida għal matul is-sena 2013 kien jammonta għal wieħed u għoxrin (21) il-każ filwaqt li matul is-sena 2014 ġew irrapportati ħdax (11) il-każ. Informazzjoni ddettaljata qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. It-tabella turi reati ta` frodi u falsifikazzjoni kommessi fl-Imsida pero li setgħu ġew rrapporti fi’ kwalunkwe għassa tal-pulizija madwar Malta u Għawdex.

Bord tal-Petizzjonijiet — petizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm daħlu petizzjonijiet għand il-Bord tal-Petizzjonijiet taħt il-Kapitolu 291 tal-Liġijiet ta’ Malta, fis-snin 2012, 2013 u 2014? Jista’ jgħid kemm ġew b’xi mod aċċettati, kemm rifjutati u kemm għad hemm pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bord tal-Gvernanza — ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew imressqa lmenti quddiem il-Bord ta’ Gvernanza taħt l-Att dwar il-Kunsilli Lokali fis-snin 2012, 2013 u 2014? Jista’ jgħid kemm ġew b’xi mod aċċettati, kemm rifjutati u kemm għad hemm pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ammont ta’ lmenti li ġew imressqa quddiem il-Bord tal-Governanza taħt l-Att dwar il-Kunsilli Lokali għas-snin 2012, 2013, 2014 hu kif ġej: SenaKażijietRifjutatiPendenti 20123260 20131920 20142320
Leg 12 PQ #14662 Sitting 245 2015-03-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – persuni ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati u ingaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqghħu taħtu, matul l-2014?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, matul l-2014 ġew impjegati u ingaġġati 15-il persuna mill-Ministeru għal Għawdex u persuna waħda mill-Gozo Channel Company Ltd. Għaxra minn dawn il-persuni li ġew ingaġġati mill-Ministeru, kienu diġa` jaħdmu fis-Settur Pubbliku u ħadu promozzjoni jew reġgħu ġew maħtura fil-pożizzjoni li kienu fiha.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – persuni ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati u ingaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dikasteri varji li jaqgħu taħtu fl-2014?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2014 ġew ingaġġati 108 persuna mall-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u mad-dekasteri li jaqgħu taħtu, li jinkludu 7 apprentisti u 3 persuni bi bżonnijiet speċjali.

Ordnijiet ta’ Servizz fil-Komunità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14048 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il ordni ta’ servizz fil-komunità (community service order) ngħatat f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jindika ma’ liema entitajiet dawn ġew prestati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali (Malta u Għawdex) tul dawn l-aħħar ħames snin mill-2010 sal-2014 ingħataw sittin (60) ordni ta’ servizz fil-komunità (community service order). Dwar it-tieni parti tad-domanda, nistieden lill –Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministeru kkonċernat l-għaliex ma jkunux il-Qrati Kriminali li jipprestaw lil dawn in-nies mal-entitajiet imma huwa d-dipartiment tal-Probation Services li jagħmel dan.

Xiri ta’ kotba bit-Tedesk

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba bit-Tedesk tul dawn l-aħħar sentejn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kotba tal-Ġermaniż li nxtraw mid-Dipartiment għall-iskejjel tal-Istat fl-aħħar sentejn skolastiċi.

Studenti li qed jitgħallmu t-Tedesk

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hawn tul is-sena skolastika 2013/2014 u kemm hawn tul is-sena skolastika 2014/2015 studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jew kienu qegħdin jiġu mgħallma t-Tedesk ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li kienu, jew qegħdin, jitgħallmu l-Ġermaniż fl-iskejjel sekondarji fis-snin skolastiċi 2013/2014 u 2014/2015, hu kif se nsemmi: Settur Sekondarju Sena Skolastika 2013/2014 Sena Skolastika 2014/2015 Skejjel Sekondarji tal-Istat 977 1068 Skejjel Sekondarji tal-Knisja 931 1181 Skejjel Sekondarji Indipendenti 232 196

Għalliema li jgħallmu t-Tedesk

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hawn għalliema fl-iskejjel sekondarji li preżentament qed jgħallmu t-Tedesk ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat hemm 41 għalliem tal-Ġermaniż u li tnejn minnhom qegħdin fuq xi forma ta’ leave. Infurmat ukoll li preżentement hemm 18-il għalliem li jgħallmu l-lingwa Ġermaniża fl-Iskejjel Sekondarji tal-Knisja u żewġ għalliema li jgħallmu l-Ġermaniż fl-Iskejjel Sekondarji Indipendenti.

Sliema — rapporti ta’ reati ta’ frodi u falsifikazzjoni fl-Għassa ta’ Tas-Sliema

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ frodi u falsifikazzjoni fl-Għassa ta’ Tas-Sliema tul is-snin 2013 u 2014?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi n-numru globali ta’ reati ta` frodi u falsifikazzjoni rrapportati lill-Pulizija fir- rigward tal-lokalita’ ta’ tas-Sliema għal matul is-sena 2013 kien jammonta għal tlieta u għoxrin (23) każ, filwaqt li matul is-sena 2014 ġew irrapportati tmienja u għoxrin (28) każ.

Mosta – rapporti ta’ reati ta’ frodi u falsifikazzjoni fl-Għassa tal-Mosta

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ frodi u falsifikazzjoni fl-Għassa tal-Mosta tul is-snin 2013 u 2014?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi n-numru globali ta’ reati ta` frodi u falsifikazzjoni rrapportati lill-Pulizija fir- rigward tal-lokalita’ tal-Mosta għal matul is-sena 2013 kien jammonta għal ħmistax (15) il-każ, filwaqt li matul is-sena 2014 ġew irrapportati erbgħatax (14) il-każ.

San Ġiljan – rapporti ta’ reati ta’ frodi u falsifikazzjoni fl-Għassa ta’ San Ġiljan

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ frodi u falsifikazzjoni fl-Għassa ta’ San Ġiljan tul is-snin 2013 u 2014?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi n-numru globali ta’ reati ta` frodi u falsifikazzjoni rrapportati lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita’ ta’ San Ġiljan għal matul is-sena 2013 kien jammonta għal disgħa u tletin (39) każ, filwaqt li matul is-sena 2014 ġew irrapportati erbgħa u għoxrin (24) każ.

Employment and Industrial Relations Act — Emendi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk humiex ser jiġu mressqa mill-Ministeru tiegħu xi emendi għall-Kapitolu 452 tal-Liġijiet ta’ Malta Employment and Industrial Relations Act u jekk iva, jista’ jindika f’liema direzzjoni ser ikunu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili li fi ħdanu jaqa' id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjieg (DIER).
Leg 12 PQ #14414 Sitting 243 2015-02-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra kemm ġew impjegati u ingaġġati għax-xogħol persuni mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu, matul l-2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.