Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla – Skola Primarja — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm studenti f’din is-sena akkademika fl-iskola primarja ta’ Bormla? Kemm hemm bniet u kemm hemm subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti f'din is-sena skolastika fl-iskola primarja ta' Bormla, minn Kindergarten 1 sa Year 6, hu ta' 221. Minn dan it-total, 104 huma bniet filwaqt li 117 huma subien.

Raħal Ġdid – Skola Primarja — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm studenti f’din is-sena akkademika fl-iskola primarja ta’ Raħal Ġdid? Kemm hemm bniet u kemm hemm subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti f'din is-sena skolastika fl-iskejjel primarji ta' Raħal Ġdid, hu kif se nsemmi: Subien Bniet Total St Gorg Preca College Paola Primary A 241 230 471 St Gorg Preca College Paola Primary B 137 103 240 It-total tal-Iskola Primarja 'A' jinkludi studenti minn Kindergarten 1 sa Year 3.

Il-Fgura – Skola Primarja — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm studenti f’din is-sena akkademika fl-iskola primarja tal-Fgura? Kemm hemm bniet u kemm hemm subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti f'din is-sena skolastika fl-iskejjel primarji tal-Fgura, hu kif se nsemmi: Subien Bniet Total St Thomas More College Fgura Primary A 288 254 542 St Thomas More College Fgura Primary B 163 137 300 It-total tal-Iskola Primarja 'A' jinkludi studenti minn Kindergarten 1 sa Year 3.

Iż-Żejtun – Skola Primarja u Skola Sekondarja tal-Bniet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm studenti f’din is-sena akkademika fl-iskola primarja taż-Żejtun u f’dik sekondarja tal-bniet taż-Żejtun? Kemm hemm bniet u kemm hemm subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti f'din is-sena skolastika fl-iskejjel primarji taż-Żejtun, hu kif se nsemmi: Subien Bniet Total St Thomas More College Żejtun Primary A 213 216 429 St Thomas More College Żejtun Primary B 114 100 214 It-total tal-Iskola Primarja 'A' jinkludi studenti minn Kindergarten 1 sa Year 3. Infurmat ukoll li n-numru ta' studenti fl-iskola sekondarja taż-Żejtun hu ta' 649. Minn dan it-total, 66 huma subien filwaqt li 583 huma bniet.

L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni li żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni ta’ Ħal Tarxien fis-snin 2013 u 2014?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fl-2013 marru 28,398 vizitatur fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, filwaqt li fl-2014 in-numru ta’ vizitaturi kien ta’ 28,182. Madanakollu, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minkejja li kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ viżitaturi f’dan is-sit partikolari, meta wieħed jikkunsidra is-siti kollha li huma miftuħa għall-pubbbliku, s-sena 2014 kienet waħda rekord għall-Heritage Malta.

Wied il-Għajn — Skola Primarja - studenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm studenti f’din is-sena akkademika fl-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn? Kemm hemm bniet u kemm hemm subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti f'din is-sena skolastika fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn, minn Kindergarten 1 sa Year 6, hu ta' 713. Minn dan it-total, 354 huma bniet filwaqt li 359 huma subien.

Ħal Tarxien – Żejtun Road, Main Street u Triq il-Kbira – rapporti ta’ ġrieden

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-ispetturi tas-saħħa jmorru ġewwa Żejtun Road, Main Street u Triq il-Kbira ġewwa Ħal Tarxien billi hemm rapporti varji ta’ ġrieden kbar li huma ta’ periklu għas-saħħa tar-residenti speċjalment għall-anzjani u t-tfal?

Response (MIZZI, KONRAD)

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda rapporti riċenti dwar infestazzjoni ta’ ġrieden fit-toroq indikati, fil-fatt l-aħħar ilmenti reġistrati ma’ dan id-Direttorat dwar dawn it-toroq huma ddatati Jannar u Awwissu tas-sena 2013. Fis-16 t’April, 2015, Uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali għamlu spezzjoni fit-toroq indikati u ma sabu l-ebda akkumuli ta’ żibel jew ta’ xi drenaġġi miftuħin li jistgħu jipprovdu kenn għall-ġrieden. Uffiċċjali mill- Pest Control Unit fi ħdan l-istess Direttorat għamlu wkoll spezzjoni fl-istess toroq iżda trattament għal kontra l-ġrieden ma setgħax isir peress li l- manholes tal- main tad-drenaġġ fit-toroq indikati huma mgħottija bit-tarmak.

Ħaż-Żabbar – Skejjel Primarji — Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm studenti f’din is-sena akkademika fl-iskejjel primarji ta’ Ħaż-Żabbar? Kemm hemm bniet u kemm hemm subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti f'din is-sena skolastika fl-iskejjel primarji ta' Ħaż-Żabbar, hu kif se nsemmi: Subien Bniet Total St Margaret College Zabbar Primary A 264 217 481 St Margaret College Zabbar Primary B 193 221 414 It-total tal-Iskola Primarja 'A' jinkludi studenti minn Kindergarten 1 sa Year 2.

Ix-Xgħajra – Skola Primarja — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm studenti f’din is-sena akkademika fl-iskola Primarja tax-Xgħajra? Kemm hemm bniet u kemm hemm subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti f'din is-sena skolastika fl-iskola primarja tax-Xgħajra, minn Kindergarten 1 sa Year 6, hu ta' 135. Minn dan it-total, 60 huma bniet filwaqt li 75 huma subien.

Wied il-Għajn – Għassa tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-proprjetà li qabel kienet l-Għassa tal-Pulizija ta’ Wied il-Għajn għaddiet f’idejn l-Ministeru tiegħu? Jekk iva, jista’ jindika x’ser jsir minnha?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ħal Tarxien – kwalità tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni lill-Kamra fuq il-kwalità tal-ilma li qiegħed jingħata lir-residenti ta’ Ħal Tarxien billi hemm min qiegħed jilmenta li huwa mielaħ wisq u mimli ġebla?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn testijiet li saru fuq il-kwalità tal-ilma ġewwa Ħal-Tarxien irriżulta li l-ilma huwa tajjeb għax-xorb.

Laqgħa informali tal-Ministri tal-Edukazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ġie effettivament diskuss fil-laqgħa informali għall-Ministri tal-Edukazzjoni tal-Unjoni Ewropea li saret fis-17 ta’ Marzu f’Pariġi? Minn min kien akkumpanjat? X’laqgħat bilaterali kellu? X’pożizzjoni ttieħdet minn pajjiżna dwar id-diskussjoni tal-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, tolleranza u non-diskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-laqgħa informali għall-Ministri tal-Edukazzjoni tal-Unjoni Ewropea li saret f’Marzu f’Pariġi, ġie diskuss kif l-edukazzjoni u t-taħriġ jistgħu jilqgħu għall-isfidi li joħorġu mill-inklużjoni soċjali, radikaliżazzjoni u ċittadinanza, liema sfidi ħarġu b’mod qawwi u ikrah f’attakki terroristiċi riċenti f’żewġ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Il-messaġġ tal-laqgħa kien li l-edukazzjoni tilgħab parti importanti mis-soluzzjoni u li bejn is-sistemi edukattivi tal-gvernijiet nazzjonali hemm spazju għal koperazzjoni biex jintgħelbu dawn l-isfidi komuni. Għal-laqgħa kont akkumpanjat mis-Sur Joseph Micallef, Direttur Riżorsi Umani fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Ma kienx hemm laqgħat bilaterali uffiċjali. Rigward x’pożizzjoni ttieħdet, dawn huma l-punti mqajjma minn pajjiżna waqt id-diskussjoni tat-temi tal-laqgħa: · Jinħtieġ li flimkien mal-impjegabilità nqiegħdu mill-ġdid ċ-ċittadinanza bħala għan ċentrali tal-edukazzjoni. Jekk soċjetà tfalli milli tgħix magħquda fid-diversità u tisfaxxa minħabba radikaliżazzjoni u terroriżmu, l-ekonomija u l-ħolqien tax-xogħol ukoll ikunu affettwati. · Qed inħallu s-sistemi edukattivi tagħna jinħatfu għal kollox mill- PISA framework fejn l-ittestjar u r-riżultati f’suġġetti akkademiċi huma meqjusa ħafna iktar importanti minn valuri oħrajn umanistiċi u morali u li huma essenzjali għal ċittadinanza attiva u demokratika. · Is-sistemi tagħna għandhom jirrikonoxxu u jagħtu valur lill-edukazzjoni li tippromwovi ċ-ċittadinanza kemm fil-qafas edukattiv formali kif ukoll f’dak informali. Nipproponu li kontenut edukattiv ta’ ħiliet prattiċi tal-ħajja jsir obbligatorju fil-livelli ta’ edukazzjoni bikrija, primarja, sekondarja u post-sekondarja fejn tfal u żgħażagħ jingħataw rikonoxximent għall-impenn tagħhom lejn iċ-ċittadinanza demokratika, solidarjetà soċjali, xogħol volontarju u li dan il-pakkett ta’ ħiliet u esperjenza jingħata l-valur ta’ mill-inqas suġġett akkademiku wieħed fejn għandhom x’jaqsmu l-kundizzjonijiet tad-dħul biex wieħed jgħaddi għal livell edukattiv ogħla.

Reġistrazzjoni għall-impjieg — Persuni fuq it-tieni parti tar-reġistru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni rreġistrati fuq it-tieni parti tar-reġistrar sal-aħħar ta’ Frar 2014 u Frar 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni rreġistrati fuq it-tieni parti tar-reġistrar sal-aħħar ta’ Frar 2014 kien ta' 484 filwaqt li fl-aħħar ta’ Jannar 2015 kien ta’ 453. L-aħħar figuri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) huma ta’ Jannar 2015.

Reġistrazzjoni għall-impjieg — Persuni fuq l-ewwel parti tar-reġistru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati fuq l-ewwel parti tar-reġistrar sal-aħħar ta’ Frar 2014 u Frar 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni rreġistrati fuq l-ewwel parti tar-reġistrar sal-aħħar ta’ Frar 2014 kien ta’ 7,269 filwaqt li fl-aħħar ta’ Jannar 2015 kien ta’ 5,931. L-aħħar figuri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) huma ta’ Jannar 2015.

ETC – laqgħat barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm laqgħat attendew uffiċjali fi ħdan il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ barra minn Malta tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid x’kienet in-natura tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta’ laqgħat li għalihom attendew uffiċjali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ barra minn Malta matul l-2014 kien ta’ 65. F’dawn il-laqgħat ġew diskussi suġġetti varji li jikkonċernaw il-mobilità fis-suq tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea, il-migrazzjoni, xogħol fost iż-żgħażagħ, skemi ta’ apprentistat u taħriġ, nies b’diżabilita’ fis-suq tax-xogħol, korsijiet ta’ taħriġ, laqgħat fuq l-età tal-irtirar, garanzija għaż-żgħażagħ, proġetti b’fondi Ewropej, kumitati konsultattivi rigward l-impjiegi, konferenzi rigward l-ekonomija tax-xogħol u żjarat fiċ-ċentri tal-impjiegi.

Laqgħat mal-International Labour Organisation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ġie diskuss mal-International Labour Organisation tul is-sena li għaddiet u għal kemm-il laqgħa u għal liema laqgħat attenda huwa jew uffiċjali fi ħdan il-Ministeru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jien ma attendejtx għal-laqgħat tal-International Labour Organization u ma jirriżultax li xi uffiċjal ieħor fi ħdan il-Ministeru tiegħi attenda għal dawn il-laqgħat matul is-sena 2014.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Attendenza għal Laqgħat barra l-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm laqgħat attendew is-Segretarju Permanenti jew diretturi ġenerali u diretturi varji fi ħdan il-Ministeru barra minn pajjiżna tul is-sena li għaddiet u jista’ jgħid x’kienet in-natura tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet is-Segretarju Permanenti, d-Diretturi Ġenerali u d-Diretturi varji fi ħdan il-Ministeru tiegħi attendew għal 51 laqgħa barra l-pajjiż. In-natura tal-laqgħat hi kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #15505 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Income Tax — rifużjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammonti ta’ flus li għandhom jiġu mħallsa lura f’rifużjonijiet fuq l-income tax sal-aħħar ta’ Frar 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-rifuzjonijiet fuq l-income tax sa l-aħħar ta’ Frar 2015 jammontaw € 20,758,912, filwaqt illi l-istess dipartiment sal-aħħar ta’ Diċembru 2014 kellu jiġbor €166,738,072 netti ara li wieħed jeskludi l-estimi ta’ dawk li ma jkunux ippreżentaw ir-return tat-taxxa.
Leg 12 PQ #15506 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

VAT — rifużjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammonti ta’ flus li għandhom jiġu mħallsa lura f’rifużjonijiet fuq il-VAT sal-aħħar ta’ Frar 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ flus li għandhom jiġu mħallsa f’rifuzjonijiet tal-VAT sal-aħħar ta’ Frar 2015 hu ta’ €25,889,245, filwaqt li l-istess dipartiment sal-aħħar ta’ Diċembru 2014 kellu jdaħħal € 69,524,667 arretrati netti.
Leg 12 PQ #15507 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Income Tax – ħlas ta’ rifużjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu previst li se jitħallsu persuni li għandhom jieħdu lura ammonti ta’ flus f’rifużjonijiet fuq l-income tax sal-aħħar ta’ Frar 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li huwa previst li rifuzjonijiet fuq l-income tax dovuti sal-aħħar ta’ Frar 2015 jitħallsu fil-ġimgħat li ġejjin.