Third Country Nationals — persuni reġistrati f'Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni Third Country Nationals reġistrati jaħdmu f’dawn il-gżejjer fis-snin 2010, 2011, 2012 u 2013 sena b’sena u jisa’ jindika dan ukoll skont in-nazzjonalità tagħhom u x’tip ta’ xogħol kienu reġistrati jagħmlu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra erba' tabelli li juru kemm kien hemm Third Country Nationals jaħdmu f'Malta u f'Għawdex fl-aħħar ta' Diċembru tal-2010, 2011, 2012 u 2013 maqsumin skont in-nazzjonalità tagħhom u skont ix-xogħol tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fil-preżent persuni/immigranti irregolari fiċ-ċentri tad-dentenzjoni? Jista’ jindika fejn huma mqassma u ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm għaxar persuni fiċ-ċentri ta Detenzjoni ġewwa Ħal Safi u huma mqassma kif ġej:
Benin
1
Libya
3
Nigeria
3
Somalia
2
Syria
1
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15505, jista’ l-Ministru jindika kemm hu l-għadd ta’ persuni li għandhom jirċievu dawn l-ammonti lura? Jista’ jgħid kemm huma minn Malta u kemm minn Għawdex?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, li ħafna mir-rifużjonijiet imsemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15505, laħqu tħallsu lil persuni kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15506, jista’ l-Ministru jindika kemm huma l-għadd ta’ persuni li għandhom jirċievu lura dawn l-ammonti? Jista’ jgħid kemm huma minn Malta u kemm minn Għawdex?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – ingaġġ ta’ ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15509 u jgħid kemm ġew impjegati u ingaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu fl-2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15509 (ħmistax-il elf, ħames mija u disgħa).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li preżentament qegħdin jaħdmu mal-Air Malta? Jisa’ jgħid kemm daħlu persuni jaħdmu minn Marzu 2013 sal-lum u kemm spiċċaw ħaddiema minn dik il-ġurnata sal-lum? Jista’ jindika n-natura tal-impjieg ta’ dawn il-persuni?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ impjegati mal-Air Malta sa’ Marzu 2015 kien ta’ 1,014. Il-lista li tindika n-natura ta’ impjiegi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Minn Marzu 2013 sa Marzu 2015, daħlu total ta’ 322 ħaddiem fil-kategoriji ndikati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb illi wieħed jiċċara illi, fl-istess perjodu, in-numru ta’ ħaddiema illi ntemm l-impjieg tagħhom mal-Air Malta minħabba skadenza ta’ kuntratt definit jew riżenji jew irtirar kien ta’ 333. Kif indikat fit-tabella, il-maġġoranza tal-persuni li ġew impjegati bejn Marzu 2013 u Marzu 2015, kienu ngaġġjati mal-kumpanija fuq ba¿i temporanja u part-time bħala cabin crew, clerks, airport handlers u junior first officers fil-peak period partikolarment bejn April u Ottubru.
Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija – pensjonanti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija li qed jirċievu l-għajnuna soċjali preżentament? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali skont il-lokalitajiet imsemmija hawn fuq huwa kif ġej :-
Lokalità
Nru. Ta' Persuni
RAĦAL ĠDID
317
TARXIEN
235
GĦAXAQ
101
GUDJA
39
SANTA LUCIJA
131
Total
823
Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura li qed jirċievu l-għajnuna soċjali preżentament? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali skont il-lokalitajiet imsemmija hawn fuq huwa kif ġej:-
Lokalita
Nru. Ta' Persuni
MARSASKALA
351
FGURA
325
ZEJTUN
316
Total
992
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni/immigranti irregolari fil-preżent fiċ-ċentri miftuħa? Jista’ jindika fejn huma mqassma u ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9400, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-konsultazzjonijiet u l-konstatazzjonijiet meħtieġa dwar l-impatt tad-dħul tas-subartikolu (3) tal-artikolu 2 tal-Kapitlu 527 tal-Liġijiet ta’ Malta, Att dwar il-Protezzjoni tal-Informatur, sarux u jekk iva, meta se jidħlu fis-seħħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-subartikolu ċitat mill-Onor. Interpellant jipprovdi għal eskluzjoni tal-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informatur għal ċerti setturi salv jekk dik id-deroga tiġi limitata jew imneħħijja b’regolamenti li jirrigwardaw dawk is-setturi partikolari tal-amministrazzjoni. Dan ma jfissirx li d-deroga bilfors trid titneħħa iżda li dan jista’ jsir jekk ikun hemm lok. Għalhekk wieħed għad irid jezamina l-andament ta’ din il-liġi u jara jekk jkunx il-każ illi l-applikazzjoni tagħha tiġi estiża.
Università ta’ Malta — Kors ta’ Masters of Arts in Mediation
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-Università ta’ Malta li qed jattendu preżentement għall-Kors ta’ Masters of Arts in Mediation (medjazzjoni) u kemm minnhom fil-grad ta’ Masters?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li preżentement hemm sitt studenti li qegħdin jattendu għall-Kors ta’ Master of Arts in Mediation fl-Università ta’ Malta.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15510 u 14850, jista’ l-Ministru jindika kemm ilhom jiġu użati l-magni tal-kliewi li hemm u meta se jinxtraw oħrajn ġodda?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-aktar magna li ilha tintuża nxtrat fl-2003 filwaqt li l-aktar waħda riċenti bdiet tintuża din is-sena. Hemm pjan li l-numru ta’ magni jinbidlu fil-ġejjieni qarib.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà mobbli fis-snin 2013 u 2014 quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew magħluqa u kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
In-numri ta’ rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà mobbli fis-snin 2013 u 2014 quddiem il-Prim’Awla, Qorti Malta huwa kif muri hawn taħt. Qed jingħata wkoll it-tagħrif mitlub dwar kemm minnhom ġew magħluqa u kemm għadhom pendenti.
Subbasti Mobbli
2013
2014
Preżentati 31 39
Magħluqa 22 17
Pendenti 9 22
In-numri ta’ rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà mobbli fis-snin 2013 u 2014 quddiem il-Qorti ta’Ghawdex huwa kif muri hawn taħt. Qed jingħata wkoll it-tagħrif mitlub dwar kemm minnhom ġew magħluqa u kemm għadhom pendenti.
Subbasti Mobbli
2013 2014
Preżentati 4 Preżentati 3
Magħluqa 3 Magħluqa 0
Pendenti 1 Pendenti 3
Proprjetà Immobbli – rikors għall-bejgħ in subbasta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà immobbli fis-snin 2013 u 2014 quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew magħluqa u kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
In-numri ta’ rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà immobbli fis-snin 2013 u 2014 quddiem il-Prim’Awla, Qorti ta’ Malta huwa kif muri hawn taħt. Qed jingħata wkoll it-tagħrif mitlub dwar kemm minnhom ġew magħluqa u kemm għadhom pendenti.
Subbasti Immobbli
2013
2014
Preżentati 103 85
Magħluqa 38 18
Pendenti 65 67
In-numri ta’ rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà immobbli fis-snin 2013 u 2014 quddiem il-Qorti ta’ Għawdex huwa kif muri hawn taħt. Qed jingħata wkoll it-tagħrif mitlub dwar kemm minnhom ġew magħluqa u kemm għadhom pendenti.
Subbasti Immobbli
2013
2014
Preżentati 18 18
Magħluqa 12 7
Pendenti 6 11
Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja – ċertifikati retroattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn mhux qed jinħarġu ċertifikati retroattivi fejn meħtieġ mid-Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja wara assessjar formali li sar suġġett għar-regolamenti tal-Malta MQF? Jista’ jindika jekk hemmx ilmenti jew każijiet f’dan is-sens in kwantu ta’ stennija għal ċertifikati formali wara tkomplija ta’ korsijiet? Jekk dan huwa l-każ, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn mhux qed jinħarġu dawn iċ-ċertifikati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li rigward din il-kwistjoni hemm ilment wieħed biss dwar suġġett li kien ġie provdut mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u Studenti li jħallu l-iskola kmieni.
Fis-sena tat-tagħlim 2011-2012 id-Direttorat kien fi ħsiebu joffri kors imsejjaħ Bavarian Monastery Work fil-livell MQF1. Madankollu wara li beda l-kors u bdiet ukoll timtela l-applikazzjoni għall-akkreditazzjoni ta’ dan il-kors biex tingħadda lill-NCFHE, id-Direttorat ingħata parir espert li s-suġġett Bavarian Monastery mhuwiex sostanzjalment differenti mis-suġġett imsejjaħ Monastery Works u li għalih ukoll kien inbeda l-proċess tal-akkreditazzjoni. Għaldaqstant il-proċess għall-akkreditazzjoni tas-suġġett Bavarian Monastery Work twaqqaf filwaqt li l-proċess għall-akkreditazzjoni tas-suġġett Monastery Works tkompla u sal-aħħar tas-sena tat-tagħlim imsemmija, l-NCFHE approvat is-suġġett Monastery Works bħala suġġett akkreditat fil-livell MQF1. Dawk l-istudenti li kienu għamlu l-assessment tal-kors Monastery Works kif ukoll dawk l-istudenti li oriġinarjament kienu applikaw għas-suġġett Bavarian Monastery Work u li għamlu x-xogħol kif meħtieġ fl-assessment ingħataw ċertifikat akkreditat li jiddikjara li dawn l-istudenti attendew b’suċċess kors fil-Monastery Works fil-livell MQF1. Mis-sena ta’ wara ’l quddiem is-suġġett Bavarian Monastery Work ma baqax jitniżżel fil-prospett tal-korsijiet offruti mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u Studenti li jħallu l-iskola kmieni imma baqa’ jiġi offrut biss il-kors Monastery Works.
Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u Studenti li jħallu l-iskola kmieni ma jistax joħroġ ċertifikati retroattivi fil-livell MQF1 għall-Bavarian Monstery Works għax dan is-suġġett qatt ma ġie akkreditat u lanqas ma kienet teżisti l-bażi għall-akkreditazzjoni tiegħu.