Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma preżentement il-konsulenti li ġew maħtura jew miżmumin fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali fl-2013, fl-2014 u fl-2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – ingaġġ ta’ ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16289 u 15509 u jgħid kemm ġew impjegati u ingaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu fl-2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2014 ġew impjegati 149 (mija, disgħa u erbgħin) persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ pensjonanti preżentement f’pajjiżna li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €500 fix-xahar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ pensjonanti preżentament f’pajjiżna li dħul mill-pensjoni tagħhom hu anqas minn €500 fix-xahar huwa ta’ 22,221, kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija – pensjonanti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament fil-lokalitajiet imsemmija li dħul mill-pensjoni tagħhom hu anqas minn €500 fix-xahar hu ta’ 1,476, hu kif muri fit-tablella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament fil-lokalitajiet imsemmija li dħul mill-pensjoni tagħhom hu anqas minn €500 fix-xahar hu ta’ 1,645, kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15655, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Għassa tal-Pulizija f’Wied il-Għajn issa li għadda l-20 ta’ Mejju 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li saret talba biex il-mobile police station ta' Wied il-Għajn titħalla fejn ġiet imqegħda ftit taż-żmien ilu, sakemm jinstab bini ieħor li jista jservi ta’ għassa. It-talba biex isir dan is-sanzjonar saret mal- Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, min Awtorita kompetenti u kif titlob il-liġi, kif ukoll fi żmien adekwat. Għaldaqstant, sakemm din it-talba tiġi deċiża, ma hux il-każ li din il-mobile Police Station titneħħa minn fejn hi.
Kif diġa thennejt fi tweġiba oħra fuq dan is-suġġet il-ħtieġa ta’ Għassa ġdida ġewwa Marsascala ilu snin twal jinħass u dan għal diversi raġunijet. Il-prokrastinazzjoni fi żmien il-Gvern Nazzjonalista waslitna għas-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum. Din l-amministrazzjoni qed tagħmel ħilitha sabiex filwaqt li tibqa` tagħti s-servizz meħtieġ, fl-istess waqt insibu post adegwat sabiex ikun hemm Għassa li taqdi l-bżonnijiet tal-lum.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16278 u jgħid kemm hu n-numru ta’ pensjonanti preżentement f’pajjiżna li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ pensjonanti li preżentament id-dħul tagħhom mill-pensjoni huwa inqas minn €700 fix-xahar jammonta għal 52,754, mqassam kif ġej:
· Pensjonijiet kontributorji – 47787
· Pensjonijiet mhux kontributorji - 4967
Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija – pensjonanti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16279 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament f’Raħal Ġdid, Ħal-Tarxien, Ħal-Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija, li d-dħul mill-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar, jammonta għal 3568, kif qed jiġi spjegat fit-tabella hawn taħt.
LokalitàPensjoni KontributorjaPensjoni Mhux KontributorjaTotal
Raħal Ġdid1,1441511,295
Tarxien 89566961
Għaxaq49935534
Gudja32124345
Santa Luċija39637433
Total3,2553133,568
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16280 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ pensjonati registrati preżentament f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar jammonta għal 3,544, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
LokalitàPensjoni KontributorjaPensjoni Mhux KontributorjaTotal
Fgura1,102811,183
Marsaskala70165766
Żejtun1,4571381,595
Total3,2602843,544
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fil-preżent persuni u immigranti irregolari fiċ-Ċentri miftuħa? Jista’ jindika fejn huma mqassma u ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Ċentri ta’ Detenzjoni – persuni u immigranti irregolari
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16285, jista’ l-Ministru jgħid meta waslu f’pajjiżna l-persuni u immigranti irregolari li huma preżentement fiċ-ċentri ta’ detenzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati detention officers fis-sena 2013 u fis-sena 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2013 ma ġewx ngaġġati detention officers filwaqt li matul is-sena 2014 ġew ngaġġati erbgħin persuni f’Mejju, wara li nħarġet sejħa pubblika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jaħdmu ġewwa l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Ħaż-Żabbar u kemm persuni użaw is-servizzi tiegħu tul is-sena li għaddiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-uffiċċju distrettwali ta’ Ħaż-Żabbar hemm 5 persuni jaħdmu.
Matul is-sena li għaddiet huwa stmat li kien hemm 32,000 persuna li għamlu użu mis-servizzi li jingħataw minn dan id-distrett.
Jista’ l-Ministru jara jekk kemm-il darba iż-żewġ bus stops li hemm fl-aħħar ta’ Triq Hompesh il-Fgura lejn Ħaż-Żabbar humiex se jiġu mibdulha?
Response (MIZZI, JOE)
Huwa mifhum illi l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għaż-żewġ bus shelters illi l-bus stops tagħhom iġibu l-isem ta’ ”Hompesh”. Ninsab infurmat illi l-bus shelter illi hemm fid-direzzjoni lejn il-Fgura ser jiġi mibdul b’wieħed ġdid u għal dan il-għan fil-ġranet li għaddew inħarġet tender sabiex isir ix-xogħol infrastrutturali neċessarju sabiex ikun jista’ jitwaħħal bus shelter ġdid minflok dak illi hemm illum.
Mill-banda l-ohra, il-bus shelter tal-faċċata, direzzjoni lejn il-Belt Valletta, minħabba restrizzjoni fil-wisa’ tal-bankina, m’ hemmx spazju biżżejjed sabiex jitwaħħal bus shelter ġdid u għaldaqstant intalbet kwotazzjoni sabiex il-bus shelter eżistenti jiġi irranġat.
Jista’ l-Ministru jara jekk kemm-il darba jistax jkabbar l-bus stop li hemm fil-bidu ta’ Triq Hompesh, il-Fgura billi dik li hemm għalkemm ġdida qiegħda tirriżulta li hija żgħira għall-bżonnijiet tan-nies?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment sabiex ikun jista’ jiġi kkunsidrat fil-futur qrib.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jaħdmu ġewwa l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali l-Fgura u kemm persuni użaw s-servizzi tiegħu tul is-sena li għaddiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura hemm erba’ persuni jaħdmu.
Matul is-sena li għaddiet huwa stmat li kien hemm 14,000 persuna li għamlu użu mis-servizzi li jingħataw minn dan l-uffiċċju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni l.i qed jaħdmu ġewwa l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal il-Ġdid u kemm persuni użaw is-servizzi tiegħu tul is-sena li għaddiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-uffiċċju distrettwali ta’ Raħal il-Ġdid hemm 6 persuni jaħdmu. Matul is-sena li għaddiet huwa stmat li kien hemm 29,000 persuna li għamlu użu mis-servizzi li jingħataw minn dan id-distrett.