Legislature:
Category:
Reset
Active:

ETC – żieda fl-infiq tal-Marketing and Advertising

Question

B’referenza għall-estimi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, jista’ l-Ministru jindika għalfejn kien hemm żieda fl-infiq tal-Marketing and Advertising mis-sena 2013 u 2014 u jista’ jindika mingħand min inxtraw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li ż-żieda fl-infiq tal-Marketing & Advertising għall-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kienet dovuta għal proġetti ġodda relatati ma’ SET (Sheltered Employment Training), EET (Enhancing Employability through Training) u TAF2 (Training Aid Framework). Is-servizzi għal dan il-għan kienu provduti mis-segwenti: AF Signs Studio; Allied Newspapers; ANCA Holdings Ltd; B&E Support Team Ltd; Communique Creative Ltd; Ms Lara Parker; Mad Promotion Ltd; Marketlink Ltd; Media Communications Ltd; Media Today Ltd; Pure Concepts Ltd; Soundvision Print Ltd; Standard Publications Ltd; Union Press Co Ltd; Velprint Ltd.

ETC – żieda fl-infiq tal-Legal and Professional

Question

B’referenza għall-estimi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, jista’ l-Ministru jindika għalfejn kien hemm żieda fl-infiq tal-Legal and Professional mis-sena 2013 u 2014 u jista’ jindika mingħand min inxtraw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li ż-żieda fin-nefqa fuq spejjeż Legali u Professjonali kienet dovuta għal xogħol ta’ konsulenza fuq Skemi u Proġetti tal-UE u t-tħejjija ta’ rapport “ETC – Strategic Assessment of Training Operations”. It-tagħrif relatat fuq dawk li pprovdew dawn is-servizzi qiegħed jingħata lill-Onor. Interpellant separatament.

Mature Workers’ Rules Schemes — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-Mature Workers’ Rules Schemes fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2015 u kemm minnhom kienu eliġibbli?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar sa Mejju 2015 kien hemm erbgħa u sittin (64) applikazzjoni għall-Mature Workers’ Rules Scheme. Fost dawn kien hemm ħamsa u għoxrin (25) li kienu eliġibbli.

Community Work Scheme — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-Community Work Scheme fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2015 u kemm minnhom kienu eliġibbli?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fit-tħaddim tal-Community Work Scheme ma jkunx hemm applikazzjonijiet kif qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant. Fit-tħaddim tal-Community Work Scheme entitajiet Governattivi u/jew NGOs jagħmlu talba mal-ETC għal nies biex jagħmlu xogħol partikolari skont il-kriterji tal-iskema. Min-naħa tagħha l-ETC tidentifika reġistranti li jkunu eliġibbli skont il-kriterji tal-iskema, tibgħat għalihom u tispjegalhom kif taħdem l-iskema, u jekk dawn jaċċettaw, jintbagħtu għand l-entita/NGO. Din is-sena, bejn Jannar u l-aħħar ta’ Mejju, kien hemm 61 reġistrant li daħlu fuq l-iskema filwaqt li kien hemm 59 li spiċċaw.

Meeting of Directors General for Schools

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15516, jista’ l-Ministru jgħid x’ġie diskuss fil-Meeting of Directors General for Schools fis-sessjonijiet ta’ Marzu u ta’ Novembru 2014 li għalihom attendew uffiċjali tal-Ministeru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fil-laqgħat għad-Diretturi Ġenerali tal-Edukazzjoni ta’ Marzu u Novembru 2014 ġie diskuss dan li ġej: Laqgħa tat-12 u t-13 ta’ Marzu 2014 f’Ateni Matul il-laqgħa ġie diskuss: · Tagħrif mill-iskejjel dwar l-istocktaking ta’ nofs it-term għal ET2020 · Konklużjonijiet tal-Kunsill fuq l-Edukazzjoni tal-għalliema · Peer Review: kien hemm gruppi li ddiskutew : Ø It-tnaqqis tat-tluq kmieni mill-iskola: tifsil u implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali Ø Żieda fl-aċċess ġenerali għall-Edukazzjoni bikrija (Early Childhood Education and Care) ta’ kwalità għolja: sfidi u tweġibiet dwar il-kwalità tal-ECEC Ø Titjib fil-ħiliet tal-bażi u tnaqqis ta’ livelli baxxi ta’ riżultati: tifsil u implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali li jikkumbattu riżultati foqra. · Il-Qasam Ewropew ta’ Ħiliet u Kwalifiċi · Erasmus + : Esperimentazzjoni ta’ politika · L-Aġenda tal-Presidenza Taljana dwar l-iskejjel Laqgħa tal-20 u l-21 ta’ Novembru 2014 f’Verona Din il-laqgħa ddiskutiet: · It-tluq kmieni mill-iskola (ESL) u preżentazzjoni tar-riżultati prinċipali tar-rapport Eurydice fuq l-ESL b’attenzjoni speċjali għall-Guidance u mill-Presidenza Taljana; · L-ewwel riżultati tal-konsultazzjoni ET 2020 u l-implikazzjonijiet tagħhom għas-settur tal-iskejjel u għar-riflessjoni min-naħa ta’ kull min hu kkonċernat; · Konsultazzjoni fuq il-Qasam Ewropew ta’ Ħiliet u Kwalifiċi u l-implikazzjonijiet għall-qasam tal-iskejjel; · Sfidi fit-taħriġ professjonali tal-għalliema u fil-metodoloġiji ta’ tagħlim kif joħorġu mir-riżultati tat-TALIS, b’attenzjoni speċjali għar-riżultati tal-Italja; · Rapporti fuq l-Edukazzjoni bikrija (Early Childhood Education and Care); · Tagħrif fuq il-programm ta’ ħidma Erasmus + għall-2015 u fuq il-prijoritajiet ta’ Policy

Laqgħat tal-ET 2020 Working Group on School Policy — diskussjonijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15516, jista’ l-Ministru jgħid x’ġie diskuss fil-ET 2020 Working Group on School Policy fis-sessjonijiet kollha tal-2014 li għalihom attendew uffiċjali tal-Ministeru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar x'ġie diskuss fil-laqgħat tal-ET 2020 Working Group on School Policy fis-sessjonijiet kollha tal-2014 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Erasmus + Programme Committee — diskussjonijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15516, jista’ l-Ministru jgħid x’ġie diskuss fl-Erasmus + Programme Committee fis-sessjonijiet kollha tal-2014 li għalihom attendew uffiċjali tal-Ministeru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-2014 kien hemm erba’ laqgħat, kollha marbuta mal-programm tal-ERASMUS+ il-ġdid (għas-snin 2014-2020). Fl-ewwel laqgħa ta’ Frar ġew diskussi: - Regoli interni tal-proċeduri tal-kumitat tal-Erasmus+ - Programm ta’ xogħol (work programme) annwali tal-Erasmus + għas-sena 2014 - L-edukazzjoni ogħla: aġġornament ta’ informazzjoni dwar fondi - Aġġornament ta’ għotjiet simplifikati - Sejħiet speċifiċi għall-proposti għas-sena 2014 – Policy Experimentation & Civil Society Cooperation - Sitwazzjoni attwali dwar l-Awtoritajiet Nazzjonali (fil-każ ta’ Malta l-FPD fil-MEAIM) u Aġenziji Nazzjonali (fil-każ ta’Malta l-EUPA) tal-Erasmus + / assessjar ta’ konformità (ex-ante) - Kwistjonijiet finanzjarji 2015 – Abbozz ta’ metodu għall-kalkulazzjoni għal ħlasijiet ta’ tmexxija għall-Aġenziji Nazzjonali għas-sena 2015. Fit-tieni laqgħa ta’ Mejju ġew diskussi: - Reviżjoni tal-programm ta’ xogħol (work programme) annwali tal-Erasmus+ għas-sena 2014 - Abbozz tal-metodoloġija għal kontribuzzjonijiet Ewropej għall-infieq tal-Aġenziji Nazzjonali mis-sena 2015 - Il-programm ta’ xogħol (work programme) tal-Erasmus+ għas-sena 2015 (diskussjoni inizjali) Fit-tielet laqgħa ta’ Lulju ġew diskussi: - L-appoġġ għar-riforma tal-politika marbuta mal-Erasmus+ - Il-programm ta’ xogħol (work programme) tal-Erasmus+ għas-sena 2015 (it-tieni stadju tad-diskussjoni) - Feedback dwar is-selezzjonijiet tal-Erasmus+ għas-sena 2014 Fir-raba’ laqgħa ta’ Diċembru ġew diskussi: - L-ewwel riżultati fuq tal-Erasmus+ għas-sena 2014 - Il-programm ta’ xogħol tal-Eurydice għas-sena 2015 - Il-ġimgħa Ewropeja tal-iSport għas-sena 2015 - L-implimentazzjoni tal-programm Youth in Action fis-sena 2013 - L-istrateġija ta’ inklużjoni u diversità fil-qasam taż-żgħażagħ.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Employment Committee Meeting

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15516, jista’ l-Ministru jgħid x’ġie diskuss fl-Employment Committee Meeting (EMCO) fis-sessjonijiet kollha tal-2014 li għalihom attendew uffiċjali tal-Ministeru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Employment Committee tal-2014 iddiskuta suġġetti varji fosthom il-Garanzija taż-Żgħażagħ, ir-Rakkomandazzjoniet Speċifiċi tal-Pajjiżi tal-2014 u l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-2013, riformi fil-qasam tax-xogħol u dak soċjali li jkunu ħadu l-pajjiżi differenti, il-mekkaniżmi tal-Joint Employment Report u l-Employment Performance Monitor. Saru wkoll reviews differenti fuq suġġetti bħal dawk fuq l-edukazzjoni vokazzjonali, ħaddiema anzjani, il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol, kif ukoll taxxi u spejjeż relatati max-xogħol u wage setting.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Meeting on Supporting Adults into Work

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15516, jista’ l-Ministru jgħid x’ġie diskuss fil-Meeting on Supporting Adults into Work li seħħ fl-Olanda f’Mejju 2014 li għalih attendew uffiċjali tal-Ministeru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar x'ġie diskuss fil-Meeting on Supporting Adults into Work qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Segretarju Permanenti u Diretturi Ġenerali — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm laqgħat attendew is-Segretarju Permanenti, jew id-Diretturi Ġenerali u diretturi varji fi ħdan il-Ministeru barra minn pajjiżna tul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena u jista’ jindika x’kienet in-natura tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena, id-Diretturi Ġenerali u d-Diretturi varji fi ħdan il-Ministeru tiegħi attendew għal 19-il laqgħa barra l-pajjiż. In-natura tal-laqgħat hi kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li fl-istess perjodu s-Segretarju Permanenti ma attendiex laqgħat barra minn pajjiżna.

Mużew tal-Arkeoloġija — viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ viżitaturi li ħallsu li żaru l-Mużew tal-Arkejoloġija fis-snin 2013 u 2014?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ viżitaturi li ħallsu fl-2013 kien ta’ 62,251, filwaqt li fl-2014 kien ta’ 65,757.

Dipartiment tas-Saħħa – magni tal-kliewi

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16275, 15510 u 14850, jista l-Ministru jgħid kemm se jinxtraw magni ġodda tal-kliewi? Jista’ jgħid jekk dan hux se jsir tul din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed jitħejjew it-tender documents sabiex numru ta’ magni jinbidlu fil-ġejjieni qarib.

Impjiegi Part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ Marzu 2015? Jista’ jindika kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala xogħol primarju? Kemm minnhom kellhom part-time u full-time job? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar in-numru ta' ħaddiema rġiel u nisa li jaħdmu fuq bażi part-time fl-aħħar ta' Diċembru 2014, li huma l-aħħar figuri ppubblikati, hu kif se nsemmi: Għandhom xogħol part-time bħala xogħol primarju Għandhom kemm xogħol part -time kif ukoll xogħol full-time Total ta' ħaddiema li għandhom xogħol part-time R ġ iel 13,946 15,689 29,635 Nisa 20,111 7,691 27,802 Total 34,057 23,380 57,437

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – ħaddiema fuq kuntratt definit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq kuntratt ta’ xogħol definittiv sal-aħħar tas-sena 2014? Jista’ jindika kemm kuntratti huma minn sitt xhur għal sitt xhur, kemm minn sena għal sena u kemm iktar? Jista’ jindika kemm kienu ta’ sess maskil u kemm ta’ sess feminil?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – kuntratti ta’ xogħol ta’ tindif jew sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu kemm kien hemm kuntratti għal xogħol ta’ tindif jew sigurtà sal-aħħar tas-sena 2014? Jista’ jindika kemm persuni kienu effettivament ingaġġati fuq dawn il-kuntratti u jaħdmu fil-Ministeru u l-entitajiet l-oħra kollha inkluż il-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar kemm kien hemm kuntratti għal xogħol ta’ tindif jew sigurtà sal-aħħar tas-sena 2014 fil-Ministeru, inkluż id-Direttorati u l-Kulleġġi, u l-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Attendenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għal laqgħat barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat barra mill-pajjiż u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li se jattendi fis-sitt xhur li jibdew mal-presidenza l-ġdida tal-Unjoni Ewropea?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li se nattendi l-laqgħa informali għall-Ministri tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali fil-Lussemburgu fis-16 u s-17 ta’ Lulju. Laqgħat oħra li se jsiru fis-sitt xhur li jmiss li jibdew mal-presidenza l-ġdida tal-Unjoni Ewropea huma: - Il-laqgħa għall-Ministri tal-Isport li se ssir fis-6 u s-7 ta’ Lulju u li se jattendi għaliha l-Onor. Chris Agius. - Il-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Kompetittività tal-20 u l-21 ta’ Lulju. L-Onor. Chris Agius se jkun qed jattendi t-tieni ġurnata ċioé fil-21 ta’ Lulju fejn se tiġi diskussa r-riċerka u l-innovazzjoni. Għadu ma ġiex deċiż min se jattendi għal-laqgħat tal-Kunsill għall-Ministri tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali tal-5 u s-6 ta’ Ottubru u tas-7 u t-8 ta’ Diċembru. Għadu ma ġiex deċiż lanqas min se jattendi għal-laqgħa tal-Kunsill għall-Ministri tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport tat-23 u l-24 ta’ Novembru.
Leg 12 PQ #16793 Sitting 278 2015-06-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – applikazzjoni pendenti għas-sit fejn kien hemm il-Jerma Palace Hotel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kemm-il darba hemmx applikazzjoni pendenti mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex dik li kienet qabel il-Jerma Palace Hotel f’Wied il-Għajn tinbena mill-ġdid, u jekk iva xi żvilupp qed jiġi propost?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fuq is-sit li qabel kien hemm il-Jerma Palace Hotel f’ Wied il-Ghajn, l- Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għanda applikazzjoni pendenti li ġġib in-numru PA 3836/08. Din l-applikazzjoni hija outline, fejn qed jintalab permess fil-prinċipju għal bini ta’ lukanda ta’ ħames stillel flimkien ma’ numru ta’ appartamenti. Din l-applikazzjoni ilha pendenti sa mill-2008.

International Labour Organisation — laqgħat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’ġie diskuss mal-International Labour Organisation tul is-sena li għaddiet u għal kemm-il laqgħa u għal liema laqgħat attendiet hija jew uffiċjali fi ħdan il-Ministeru?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li bejn it-28 ta’ Mejju u t-12 ta’ Ġunju 2014, uffiċjali mid-Dipartiment tar-Relazzjoniijiet Industrijali u tal-Impjieg attendew għall-Konferenza Annwali tal-Organizzazjoni Dinjija tax-Xogħol (International Labour Organisation) li saret f’Ġinevra. It-temi li ġew diskussi kienu dawn: · L-iffaċilitar tat-tranżizzjoni mill-ekonomija informali ghal dik formali; · L-objettivi strateġiċi tax-xogħol u · Ir-Rakkomandazzjoni kif għandu jinqata’ x-xogħol sfurzat (forced labour). Din ir-rakkomandazzjoni ġiet approvata u adottata fl-aħħar tal-Konferenza. Ufficjali mid-Dipartiment tar-Relazzjoninijiet Industrijali u Impiegi attendew ghal Konferenza Annwali tal-Organizzazjoni Dinjija tax-Xoghol. (International Labour Organisation) li saret f’Ginevra bejn 31 ta’ Mejju u t-13 ta’ Gunju 2015. It-Temi li gew diskussi kienu · Tkomplija tad-diskussjoni dwar Rakommandazzjoni kif wiehed jiffacilita it-transisjoni minn l-ekonomija informali ghal dik formali. Din ir-Rakomandazzjoni giet approvata u adottata fl-ahhar tal–konferenza; · l-krejazzjoni tax-xoghol dicenti u produttiv f’intraprizi zghar u medji; · l-oggettivi strategic tal-protezzjoni socjali (protezzjoni tax-xoghol) taht id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar Gustizzja Socjali ghal Globalizzazjoni Xierqa. Jiena f’dawn iż-żewġ okkazjonijiet attendejt għal parti mill-Konferenza fejn għamilt ukoll l-intervent tiegħi dwar is-suġġetti msemmija u l-politika tal-Gvern fl-oqsma kollha diskussi Bejn 27 u 28 ta’ Frar 2014 attendejt ukoll għall-Konferenza oħra bl-isem ta’ ‘The European Social Model in times of Economic Crises and Austerity Policies – Developemnts, effects and policy issues’. It-temi li ġew diskussi kienu dawn: · Tibdiliet reċenti fil-Mudell Soċjali Ewropew u l-effetti tagħhom. · Xejriet fid-drittijiet bażiċi tal-ħaddiema u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. · Tendenzi fil-ħarsien soċjali u s-suq tax-xogħol · L-irwol tad-djalogu soċjali fil-bidliet fil-Mudell Soċjali Ewropew.

Rata ta’ Kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-kriminalità għax-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu 2014?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ reati kriminali rappurtati lill-pulizija matul ix-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu 2014, ġewwa l-għases f’Malta u Għawdex, kif ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata komuni magħrufa bħala NPS (National Police System) kien skond kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rata ta’ Kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-kriminalità għax-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ reati kriminali rappurtati lill-pulizija matul ix-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu 2015, ġewwa l-għases f’Malta u Għawdex, kif ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata komuni magħrufa bħala NPS (National Police System) kien skond kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.