Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni fil-librerija pubblika tal-Gudja matul l-2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għal-librerija tal-Gudja matul is-sena 2014 inxtraw 83 ktieb minn Malta Libraries u 918-il ktieb ieħor ingħataw b’donazzjoni mill-Kunsill Lokali u l-pubbliku.
Il-Belt – Knisja ta’ Santa Barbara – tiswijiet u manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet neċessarji u l-manutenzjoni meħtieġa lill-Knisja ta’ Santa Barbara fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta?
Response (MIZZI, JOE)
Nifhem li dan hu xogħol ta’ restawr. Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jaghmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Madankollu l-Ministeru tiegħi lest li jagħti l-għajnuna tiegħu b’kull mezz possibli, dejjem jekk ikun hemm fondi u riżorsi biżżejjed.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq kuntratt tax-xogħol definittiv fil-Ministeru u fid-dekasteru kollha tal-Ministeru, sal-aħħar tas-sena 2014? Tista’ tindika kemm kuntratti huma minn sitt xhur għal sitt xhur, kemm minn sena għal sena u kemm iktar? Tista’ tindika kemm kienu ta’ sess maskili u kemm ta’ sess femminili?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li sal-aħħar tas-sena 2014 kien hemm mija u ħames persuni li jaħdmu fuq kuntratt ta’ xogħol definittiv. Tlettax-il kuntratt li jvarjaw minn erbgħa xhur sa għaxar xhur.Tletin kuntratt li huma minn sena għal sena, filwaqt li hemm tnejn u sittin kuntratt ieħor. Tlieta u erbgħin minnhom kienu tas-sess femminili u tnejn u sittin minnhom tas-sess maskili.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni fil-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid matul l-2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għal-librerija ta’ Raħal Ġdid matul is-sena 2014 inxtraw 285 ktieb minn Malta Libraries u 439 ktieb ieħor ingħataw b’donazzjoni mill-Kunsill Lokali u l-pubbliku.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – kuntratti għal xogħol ta’ tindif jew sigurtà
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm kuntratti għal xogħol ta’ tindif jew sigurtà sal-aħħar tas-sena 2014 fil-Ministeru u fid-dekasteru kollha tal-Ministeru? Tista’ tindika kemm persuni kienu effettivament ingaġġati fuq dawn il-kuntratti u li ħadmu fil-Ministeru, u fid-dekasteri kollha inkluż l-Korporazzjonijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li sal-aħħar tas-sena 2014 kien hemm ħames (5) kuntratti għal xogħol ta’ tindif u kuntratt wieħed għall-xogħol ta’ sigurta’. Kien hemm tnax-il (12) persuni li kienu effettivament ingaġġati fuq dawn il-kuntratti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ħalsu biex iżuru Ħaġar Qim u l-Imnajdra l-Qrendi tul is-sena 2014 u jista’ jindika jekk kienx hemm żjarat minn tfal tal-iskola u jekk iva, kemm kien hemm żjarat? Kemm kien hemm żjarat minn skejjel primarji u kemm minn skejjel sekondarji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fl-2014 kien hemm 113,885 persuna li żaru Ħaġar Qim u 80,123 persuna li żaru l-Imnajdra l-Qrendi bi ħlas, kif inhu elenkat fir-Rapport Annwali 2014 ta’ Heritage Malta li jinsab fis-sit elettroniku ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org.
Matul l-istess sena kien hemm 35 zjara organizzata minn tfal tal-iskola. B’kollox attendew 836 student tal-iskejjel primarji u 488 ohra minn skejjel sekondarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni fil-librerija pubblika ta’ Santa Luċija matul l-2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għal-librerija ta’ Santa Luċija matul is-sena 2014 inxtraw 116-il ktieb minn Malta Libraries u 1002 ktieb ieħor ingħataw b’donazzjoni mill-Kunsill Lokali u l-pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew u allura tħallsu spejjeż inkonnessjoni mal-kirjiet jew ix-xiri fis-sena 2014 tal-karozzi ministerjali tas-Segretarji Parlamentari? Jista’ jgħid jekk dawn jiġux maqsuma?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża ta’ kirjiet/xiri fl-2014 ta’ karozzi ministerjali tas-Segretarji Parlamentari ammontat għall-€48,992 li huma maqsuma kif ġej:
· Xiri: xejn
· Kirjiet: €48,992 (L-ispiża tinqasam bejn il-Ministeri kkonċernati)
Ministeri – awtorizzazzjoni għal xiri u kiri ta’ vetturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm awtorizza kuntratti ta’ kiri u xiri ta’ vetturi tul is-sena 2014 fil-Ministeri, dekasteri u korporazzjonijiet kollha? Jista’ jgħid kemm din l-ispiża komplessiva ġiet tiswa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Matul is-sena 2014 kien hemm 104 awtorizzazzjoni sabiex jinxtraw vetturi u 60 awtorizzazzjoni sabiex jinkrew vetturi. Dawn il-vetturi jinkludu karozzi tal-passiġġiera, muturi, vannijiet, trakkijiet, tail-lifts, bawsers, trakkijiet tat-towing, vetturi għat-tifi tan-nar u vetturi elettriċi. L-ispiża komplessiva ma tistax tiġi kkalkulata fl-istadju tal-awtorizzazzjoni għaliex vetturi li jiġu awtorizzati mhux neċessarjament imbagħad jinxtraw mill-Ministeri jew Dipartimenti kkonċernati jew inkella jinxtraw jew jinkrew is-sena ta’ wara.
Ir-Rabat Malta – Katakombi ta’ San Pawl — viżitaturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ħalsu biex daħlu jaraw il-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat Malta tul is-sena 2014 u jista’ jindika jekk kienx hemm żjarat minn tfal tal-iskola u jekk iva, kemm kien hemm żjarat? Kemm kien hemm żjarat minn skejjel primarji u kemm minn skejjel sekondarji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fl-2014 kien hemm 50,575 persuna li żaru l-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat Malta bi ħlas, kif inhu elenkat fir-Rapport Annwali 2014 ta’ Heritage Malta li jinsab fis-sit elettroniku ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org.
Matul l-istess sena kien hemm 54 żjara organizzata minn tfal tal-iskola. B’kollox attendew 908 student tal-iskejjel primarji u 147 oħra minn skejjel sekondarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ħalsu biex daħlu jaraw Ta’ Skorba l-Imġarr tul is-sena 2014 u jista’ jindika jekk kienx hemm żjarat minn tfal tal-iskola u jekk iva, kemm kien hemm żjarat? Kemm kien hemm żjarat minn skejjel primarji u kemm minn skejjel sekondarji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fl-2014 kien hemm 735 persuna li żaru Ta’ Skorba l-Imġarr bi ħlas, kif inhu elenkat fir-Rapport Annwali 2014 ta’ Heritage Malta li jinsab fis-sit elettroniku ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org.
Matul l-istess sena ma kienx hemm żjarat minn tfal tal-iskola f’dan is-sit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq kuntratt tax-xogħol definittiv fil-Ministeru u fid-dekasteru kollha tal-Ministeru, sal-aħħar tas-sena 2014? Jista’ jindika kemm kuntratti huma minn sitt xhur għal sitt xhur, kemm minn sena għal sena u kemm iktar? Jista’ jindika kemm kienu ta’ sess maskili u kemm ta’ sess femminili?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu – kuntratti għal xogħol ta’ tindif jew sigurtà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kuntratti għal xogħol ta’ tindif jew sigurtà sal-aħħar tas-sena 2014 fil-Ministeru u fid-dekasteri kollha tal-Ministeru? Jista’ jindika kemm persuni kienu effettivament ingaġġati fuq dawn il-kuntratti u li ħadmu fil-Ministeru, u fid-dekasteri kollha inkluż l-Korporazzjonijiet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti pulizija akkużati b’reati kriminali (kumpilazzjonijiet) tul is-sena 2014? Jista’ jgħid b’liema reati ġew akkużati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2014, kien hemm ħames (5) uffiċjali tal-Pulizija li tressqu b’kumpilazzjoni l-Qorti. Dawn kienu akkużati b’dawn ir-reati:
1. Sewqan traskurat u perikoluż
2. Sewqan traskurat
3. Attentat ta’ qtil
4. Ħebb bi vjolenza fuq il-persuna
5. Tbagħbis ta’ evidenza
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti pulizija akkużati b’reati kriminali (kumpilazzjonijiet) tul is-sena 2013? Jista’ jgħid b’liema reati ġew akkużati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2013, kien hemm erba’(4) uffiċjali tal-Pulizija li tressqu b’kumpilazzjoni l-Qorti. Dawn kienu akkuzati b’dawn ir-reati:
1. Sewqan perikoluż
2. Serq aggravat
3. Ġrieħi ta’ natura ħafifa u sewqan perikoluż
4. Grieħi ta’ natura ħafifa
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti pulizija akkużati b’reati kriminali (kumpilazzjonijiet) tul is-sena 2015? Jista’ jgħid b’liema reati ġew akkużati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2015 (sa Ġunju), kien hemm sitt (6) uffiċjali tal-Pulizija li tressqu b’kumpilazzjoni l-Qorti. Dawn kienu akkużati b’dawn ir-reati:
1. Frodi/misapproprazzjoni.
2. Distribuzzjoni ta’ voti llegali
3. Distrubuzzjoni ta’ voti llegali
4. Serq aggravat
5. Xorb ‘il fuq mil-limitu stabbilit, sewqan eċessiv u qtil involontarju
6. Korruzzjoni u tixħim
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili– Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni -talbiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru talbiet lill-Ministeru,lid-dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtha u taħt il-kompetenza tal-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni tul din il-Leġiżlatura? Tista’ tgħid x’kien l-eżitu ta’ dawn it-talbiet inkluż jekk kemm-il darba kienx hemm deċiżjonijiet mill-istess fejn impona multi?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mituba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman rigward l-operat tal-Ministeru, id-dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtha tul din il-Leġiżlatura? Tista’ tgħid x’kien l-eżitu tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tul din il-leġiżlatura, s’issa b’kollox saru erba’ (4) talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman rigward l-operat tal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, id-dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu. L-erba’ każijiet kienu kollha jirrigwardaw l-Awtorita` ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, u kollha ġew magħluqa mill-Ombudsman.
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – każijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni? Kemm daħlu każijiet fis-snin 2013 u 2014?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-preżent hemm 8 każi pendenti quddiem il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni.
Matul is-sena 2013 daħlu 3 każi ġodda waqt li matul is-sena 2014 daħal każ wieħed.
Il-Kummissjoni qed tikkonsidra wkoll l-e-mails li kienu indirizzati lis-Segretarju matul is-sena 2013 (45) u 2014 (21) li fiha korrispondent jew korrispondenti jkunu għamlu xi allegazzjoni ta' korruzzjoni jew xi ilment.