Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nisa — impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ sess femminili li bdew jaħdmu fis-sena 2014? Kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Kemm ġew impjegati full-time u kemm part-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2014 hija kif muri fit-tabella t’hawn taħt. It-tabella turi wkoll kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw għad-dinja tax-xogħol skont in-natura tax-xogħol (full time jew part time). Nisa li bdew jaħdmu fl-2014 Full time Part time Total Nisa li biddlu xogħol f'inqas minn sena 7,474 3,775 11,249 Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2014 wara sena, sentejn jew tlett snin inattivi 1,019 1,404 2,423 Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2014 wara 4 snin jew aktar inattivi 694 1,165 1,859 Nisa li bdew jaħdmu fl-2014 u ma kellhomx impjieg ieħor qabel 3,673 3,562 7,235 Total ta' Nisa li rċevejna li bdew jew biddlu xogħol fl-2014 12,860 9,906 22,766

Employment and Industrial Relations Act — Emendi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14415, tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi żvilupp fuq l-emendi għall-Kapitolu 452 tal-Liġijiet ta’ Malta?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li d-diskussjonijiet fil-bord għadhom għaddejjin u hekk kif il-Ministeru jirċievi l-proposti tal-bord jkun jista’ jimxi għal emendi meħtieġa fl-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.

Nisa — impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ sess femminili li bdew jaħdmu fis-sena 2015 (sal-aħħar ta’ Settembru)? Kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Kemm ġew impjegati full-time u kemm part-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar kemm hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2015 hija kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. It-tabella turi wkoll kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw għad-dinja tax-xogħol skont in-natura tax-xogħol (full time jew part time). Nisa li bdew jaħdmu fl-2015 Full time Part time Total Nisa li biddlu xogħol f'inqas minn sena 5,575 2,718 8,293 Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2015 wara sena, sentejn jew tlett snin inattivi 679 675 1,354 Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2015 wara 4 snin jew aktar inattivi 486 642 1,128 Nisa li bdew jaħdmu fl-2015 u ma kellhomx impjieg ieħor qabel 2,294 2,077 4,371 Total ta' Nisa li rċevejna li bdew jew biddlu xogħol fl-2015 9,034 6,112 15,146

Skejjel sekondarji – tgħallim tal-lingwa spanjola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għas-sena akkademika li ġejja fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna rreġistraw sabiex jibdew jitgħallmu l-lingwa spanjola? Kemm huwa l-ammont komplessiv ta’ dawk li qed jiġu mgħallma dan is-suġġett? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern l-iSpanjol qed jiġi mgħallem kif ġej: Form 1 Form 3 (Option) Total (Form 1 sa Form 5) Grand Total Bniet Subien Bniet Subien Bniet Subien Bniet u Subien 181 146 19 10 773 665 1438 In-numru ta’ studenti li qegħdin jitgħallmu l-iSpanjol fl-iskejjel sekondarji non-statali huwa: SubienBnietTotal 9067157

Adults’ Training Centre ta’ Matul il-Jum — wipes

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li l-Adults’ Training Centre ta’ Matul il-Jum ikun hemm wipes għall-użu tal-klijenti billi dawn mhux qed jiġu debitament provduti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’diżabilità l- policy hi li l-wipes għandhom jiġu provduti mill-ġenituri/guardians tal-klijenti. Fil-każ ta’ persuni li jkollhom bżonn ta’ tibdil ta’nappies, dawn il-persuni jinħaslu fiċ-Ċentru stess bl-ilma u non allergic soap minflok jintużaw il-wipes.

Forzi Armati ta’ Malta – membri gradwati fil-liġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fl-Armata ta’ pajjiżna li huma gradwati fil-liġi u jista’ jgħid x’inhuwa r-rank li jokkupaw?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm tliet membri fil-Forzi Armati ta’ Malta li huma gradwati fil-liġi. Ir-rankijiet huma Logutenent Kurunell, Logutenet u Surġent.

Uffiċċju tal-Ombudsman — talbiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman rigward l-operat tal-Ministeru, dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu din il-Leġiżlatura? Jista' jindika l-eżitu tagħhom?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li saru żewġ talbiet lill-Ombudsman rigward l-operat tal-Ministeru f'din il-leġislatura. F'każ minnhoml-uffiċju tal-Ombudsman ma laqax it-talba tal-applikant filwaqt li fil-każ l-ieħor tal-Ministeru pprovda r-rimedju mitlub mill-applikant.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — ħaddiema ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, tul is-snin 2013, 2014 u 2015 separatament ġew ingaġġati ħaddiema fil-Ministeru u fid-dekasteri varji fuq bażi ta' self-employed? Jista' jiġu indikati l-gradi u s-salarji bażiċi tagħhom?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega aħjar x’ irid ifisser meta jgħid ingaġġ ta’ ħaddiema fuq bażi self-employed.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, tul is-snin 2013, 2014 u 2015 separatament ġew ingaġġati ħaddiema fil-Ministeru u fid-dekasteri varji fuq bażi ta' self-employed? Jista' jiġu indikati l-gradi u s-salarji bażiċi tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzojni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — ħaddiema ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, tul is-snin 2013, 2014 u 2015 separatament ġew ingaġġati ħaddiema fil-Ministeru u fid-dekasteri varji fuq bażi ta' self-employed? Jista' jiġu indikati l-gradi u s-salarji bażiċi tagħhom?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — Ħaddiema ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, tul is-snin 2013, 2014 u 2015 separatament ġew ingaġġati ħaddiema fil-Ministeru u fid-dekasteri varji fuq bażi ta' self-employed? Jista' jiġu indikati l-gradi u s-salarji bażiċi tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar.

Gardjola fl-Isla – Adults’ Training Centre – faċilitajiet sanitarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’faċilitajiet hemm għall-Adults’ Training Centre ta’ Matul il-Jum bl-isem Gardjola fl-Isla fejn jidher li hemm faċilità sanitarja waħda biss b’doċċa li tista’ tintuża anke mill-pubbliku inġenerali? Jekk hu l-każ, jista’ jara li jkun hemm rimedji oħra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-Ċentru Gardjola huwa mgħammar b’żewġ faċilitajiet sanitarji. Waħda tinkorpora doċċa kif ukoll kamra tal-banju aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità u li d-dħul tagħha huwa proprju minn ġewwa ċ-Ċentru tal-Gardjola stess. Għaldaqstant din il-faċilità sanitarja tiġi użata biss mill-klijenti li jattendu ċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Gardjola. Il-faċilità sanitarja l-oħra qiegħda fid-daħla ta’ dan iċ-Ċentru u tissakkar u tintuża biss mill-ħaddiema tal-istess Ċentru.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — ħaddiema ingaġġati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm, tul is-snin 2013, 2014 u 2015 separatament ġew ingaġġati ħaddiema fil-Ministeru u fid-dekasteri varji fuq bażi ta' self-employed? Jista' jiġu indikati l-gradi u s-salarji bażiċi tagħhom?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li fil-perjodu konċernat ma ġewx ingaġġati ħaddiema fuq bażi ta' self-employed fid-dekasteru tiegħi.

Iż-Żejtun — Triq il-Labour - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba t-Triq il-Labour fiż-Żejtun hiex se ssir mill-ġdid billi wara x-xita tal-aħħar xhur partijiet sew minnha marret lura?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta.
Leg 12 PQ #17667 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — ħaddiema ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, tul is-snin 2013, 2014 u 2015 separatament ġew ingaġġati ħaddiema fil-Ministeru u fid-dekasteri varji fuq bażi ta' self-employed? Jista' jiġu indikati l-gradi u s-salarji bażiċi tagħhom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — ħaddiema ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, tul is-snin 2013, 2014 u 2015 separatament ġew ingaġġati ħaddiema fil-Ministeru u fid-dekasteri varji fuq bażi ta' self-employed? Jista' jiġu indikati l-gradi u s-salarji bażiċi tagħhom?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara x’ jifhem eżatt bil-frażi “ fuq bażi ta’ self-employed”.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — talbiet għand il-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm saru talbiet fil-Ministeru, lid-dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu u taħt il-kompetenza tal-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni tul din il-Leġiżlatura? Jista' jindika x'kien l-eżitu ta' dawn it-talbiet inkluż jekk kemm-il darba kienx hemm deċiżjonijiet mill-istess fejn impona sanzjonijiet u multi?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li saru tliet talbiet taħt l-Att dwar il-Liberta tal-informazzjoni fd-dekasteru tal-Ministeru tul din il-Leġislatura. F'żewġ każijiet minnhom, l-applikanti ngħataw id-dokumenti mitluba filwaqt li fit-tielet każ it-talba ġiet referuta lill-Ministeru konċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — ħaddiema ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, tul is-snin 2013, 2014 u 2015 separatament ġew ingaġġati ħaddiema fil-Ministeru u fid-dekasteri varji fuq bażi ta' self-employed? Jista' jiġu indikati l-gradi u s-salarji bażiċi tagħhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lil Onorevoli interpellant li ħaddiema fuq bażi ta’ self-employed ma jiġux ingaġġati fil-Ministeru jew fid-dekasteri varji tiegħu. Persuna li taħdem fuq bażi ta’ self-employed toffri s-servizzi tagħha bi qbil, jew kuntratt ta’ servizz, dwar in-natura ta’ xogħol jew servizz u titħallas skond is-servizzi li toffri.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ħaddiema b’kuntratt definittiv

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17146 u jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq kuntratt tax-xogħol definittiv fil-Ministeru u fid-dekasteru kollha tiegħu sal-aħħar tas-sena 2014?? Jista’ jindika kemm kuntratti huma minn sitt xhur għal sitt xhur, kemm minn sena għal sena u kemm iktar? Jista’ jindika kemm kienu ta’ sess maskili u kemm ta’ sess femminili?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni mpjegati fuq kuntratt tax-xoghol definittiv sal-aħħar tas-sena 2014 kien kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ħaddiema ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, tul is-snin 2013, 2014 u 2015 separatament ġew ingaġġati ħaddiema fil-Ministeru u fid-dekasteri varji fuq bażi ta' self-employed? Jista' jiġu indikati l-gradi u s-salarji bażiċi tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.