Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nisa — impjiegi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19706, jista’ l-Ministru jindika f’liema impjieg ġew ingaġġati nisa fuq bażi part-time mas-settur pubbliku? Jista’ jindika b’mod separat l-istess informazzjoni għar-rigward tan-nisa li daħlu lura għax-xogħol wara iktar minn erba’ snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – diskors tal-baġit – Statement B

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kif inhuma maqsuma biċċa biċċa t-€12,196,000 ta’ Nefqa Rikorrenti kif indikat fl-iStatement B tad-Diskors tal-Baġit ta’ din is-sena taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li qed tingħata għal mistoqsija parlamentari 19992.
Leg 12 PQ #19992 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – diskors tal-baġit – Statement B

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kif inhuma maqsuma biċċa biċċa t-€12,196,000 ta’ Nefqa Rikorrenti kif indikat fl-iStatement B tad-Diskors tal-Baġit ta’ din is-sena taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba u li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hija l-kopja tal-Estimi Finanzjarji 2016 Vot numru 13 paġna 103 sa 105.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – diskors tal-baġit – Statement C

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kif inhuma maqsuma biċċa biċċa l-€5,944,000 ta’ Nefqa Kapitali kif indikat fl-iStatement C tad-Diskors tal-Baġit ta’ din is-sena taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x- Xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li qed tingħata għal mistoqsija parlamentari 19994.
Leg 12 PQ #19994 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – diskors tal-baġit – Statement C

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kif inhuma maqsuma biċċa biċċa l-€5,944,000 ta’ Nefqa Kapitali kif indikat fl-Statement C tad-Diskors tal-Baġit ta’ din is-sena taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x- Xogħol?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba u li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hija l-kopja tal-Estimi Finanzjarji 2016 Vot Kapitali V paġna 118 sa 120.
Leg 12 PQ #19995 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Żieda ta’ impjiegi full-time -diskors tal-Baġit

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kif wasal għall-figura kkwotata minnu fid-Diskors tal-Baġit fejn qal li f’sentejn u nofs kien hemm żieda ta’ 13,450 impjieg full-time? Jista’ jindika dan sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

In-work benefit

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni bbenefikaw mill-hekk imsejha in-work benefit sal-aħħar ta’ Settembru 2015 u jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Żgħażagħ li ma komplewx l-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni sekondarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ li ma komplewx bl-istudji tagħhom wara li spiċċaw mill-iskejjel sekondarji fl-aħħar sena akkademika? Jista’ jindika l-ammont li ġew klassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)? Jista’ jindika s-sess tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li huwa stmat li madwar 4,687 żagħżugħ spiċċaw l-edukazzjoni obbligatorja tagħhom matul is-sena 2014. Minn dawn jirriżulta li f’Ottubru 2014, kienu 3,001 li komplew fl-edukazzjoni formali. Mid-921 li kienu qed jaħdmu, 403 kienu qed jistudjaw ukoll. Wieħed ikun jista’ jara x’ġara minn dawk iż-żgħażagħ li lestew l-edukazzjoni obbligatorja tagħhom din is-sena aktar ‘l quddiem minħabba li l-istudenti jkunu komplew bl-istudji tagħhom matul dan ix-xahar. Il-figuri maqsumin skont is-sess huma kif ġej: Bniet Subien Total Għadd ta’ żgħażagħ 2,270 2,417 4,687 In Education 1,532 1,469 3,001 In Employment 457 464 921 NEETs 495 674 1,169

ETC – persuni li waqfu jirreġistraw mill-ewwel parti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni waqfu jirreġistraw mill-ewwel parti tar-reġistru għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ tul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena? Kemm persuni ġew maqtugħa fl-istess perjodu u kemm irtiraw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u t-Taħriġ, bejn Jannar u Ġunju 2015 in-numru ta' persuni li waqfu jirreġistraw (lapses) mill-ewwel parti tar-reġistru għax-xogħol kien ta’ 7,864. Minnhom kien hemm 491 persuna li ġew maqtugħa (strike offs) u 20 persuna li irtiraw.

Il-Fgura – Triq Hompesch – bus stop

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16362, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bus stop indikata fil-Fgura hiex se tiġi estiża?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn investigazzjoni li saret fuq il-post jirriżulta illi m’hemmx spazju biżżejjed sabiex dan il-bus shelter jitkabbar.

Persuni li jirċievu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni sal-aħħar ta’ Settembru 2015 u jista’ jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Persuni li jirċievu pensjoni taħt il-€500 fix-xahar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar ta’ Settembru 2015 u jista’ jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Bormla — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u se jsir tul din il-Leġiżlatura f’Bormla u jista’ jindika kemm kienet u kemm se tkun in-nefqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi wettaq dawn ix-xogħlijiet; Manifattura u twaħħil ta’ bollards fil-Mina ta’ Santa Liena. Manifattura u twaħħil ta’ bollards fi Triq Carmelo Mifsud Bonnici. Xogħol fuq il-pavimtar fi Triq Carmelo Mifsud Bonnici. Xogħol fuq il-balavostri fi Pjazza Santa Margerita. Xogħol ta’ manutenzjoni ġenerali fix-Xagħra ta’ Bormla (Ġnien Kottonera). Tqegħid ta’ kurduna u bini ta’ ħajt fi Triq San Nikola. Xogħol ta’ tisbiħ u tindif ta’ culverts fi Triq l-Immakulata. Xogħol ta’ tisbiħ u pavimentar fi Triq Alessandra. Xogħol ta’ tisbiħ fi Triq Sur San Pawl – San Ġwann T’Għuxa. Xogħol ta’ konkos fuq passaġġ fi Triq Bieb Bormla. Bini ta’ culvert għall-ilma f’St Nicholas Married Quarters. Tiswija tal-bankina fi Triq il-Gendus. Qlugħ u tqegħid mill-ġdid ta’ taraġ tal-qawwi fi Sqaq Santa Tereża. Xogħol ta’ pavimentar (konkos) fi Triq ir-Regatta. Bini ta’ culvert għall-ilma tax-xita fi Triq Felix. Xogħol ta’ tiswija fil-Ġibjun ta’ Santa Liena. Xogħol ta’ tisbiħ fi Triq Tlett Ibliet. Bini ta’ Taraġ f’Mill Street. Xogħlijiet fuq is-soqfa tal-Knisja Parrokkjali. Bini ta’ rampa fi Triq Santa Tereża. Xogħol ta’ tikħil u tibjid f’Hubbard Flats. Xogħol ta’ kisi fi Triq Wiġi Rosato. Xogħol estensiv strutturali u finishes f’Dar Bina fi Triq Nelson. Tiswija fil-latrina fi Triq San Franġisk. Xogħol ta’ pavimentar fi Triq Matty Grima, Triq Guliermu u Triq Dwardu. Xogħol ta’ tisbiħ u pavimentar fi Triq Rikkardu Taylor. Xogħol fil-Klabb tal-Cospicua Rangers u fil-ġnien pubbliku fi Triq San Ġwann. Xogħol fuq id-‘dunes’ u xogħol ta’ tisbiħ fix-Xatt ta’ Bormla (Baċir Nru 1). Xogħol fuq id-‘dockhead’ tal Baċir Nru 1 li kien jinkludi tindif, bini mill-ġdid kif ukoll restawr. Tqegħid ta’ funtana tal-ilma baħar fil- Baċir Nru 1. Xogħol relatat mal-proġett tal-ERDF fil- Baċir Nru 1. Xogħol ta’ bdil ta’ balavostri u restawr fit-taraħ li hemm ħdejn il-monument tal-gwerra. Xogħol ta’ restawr tal-faċċati u l-kampnar tal-Knisja ta’ Santa Tereża. (xogħol kważi lest) L-ispiża ta’ dawn ix-xogħlijiet kienet ta’€7,206,252. Xogħol li huwa maħsub li ser isir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet: Xogħol fuq il-Gate House fil- Baċir Nru 1. Xogħol ta’ tisbiħ fuq il-faċċata tal-Każin tal- Banda San Ġorġ. Huwa maħsub li l-ispiża fuq dawn ix-xogħlijiet titla’ għal madwar €462,000.

Iż-Żejtun — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u se jsir tul din il-Leġiżlatura fiż-Żejtun? Jista’ jindika kemm kienet u kemm se tkun in-nefqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi wettaq dawn ix-xogħlijiet; Patching fi Triq iż-Żejtun – Bulebel, Sqaq f’Daħlet San Tumas, Żejtun Road, Triq ix-Xerriek u Tarxien Road. Bini ta’ ħajt fi Vjal 25 ta’ Novembru. L-ispiża ta’ dawn ix-xogħlijiet kienet ta’ €22,475. Hemm il-ħsieb li jsir aktar xogħol ta’ patching, sew bl-użu ta’ cold asphalt kif ukoll bl-użu tat-tarmak. Dan ix-xogħol isir b’ko-ordinament mal-Kunsill Lokali. Hemm ippjanat li jsir xogħol ta’ tisbiħ fuq iz-zuntier ta’ isfel tal-Knisja Parrokkjali f’Misraħ ir-Repubblika. Għadu ma ġiex stabbilit kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet. Matul din il-leġislatura, fiż-Żejtun, saru ukoll dawn ix-xogħlijiet minn Transport Malta hekk kif ġej: Sena Triq Valur 2015 Triq il-Palazzi Approx. €61,000 2015 Triq Wied il-Għajn / Triq l-Iskarpell €22,183 (EU funded/rural roads) 2015 Sqaq No 3, Triq Ħaż Żabbar Contract Value € 53,384 2015 Triq ir-Ramla (Sqaq Brieqex) Contract Value € 23,562 2014 Misraħ Pizzuta Approx. € 7,349 2014 Triq is-Sagħtar/Triq Żagħrun Approx. € 36,847 2013 Triq Tagħlim k/m Misraħ Karmenu Approx. € 137,769 2013 Triq Strejnu, Sqaq Numru 2 Approx. € 25,593 2013 Triq Anton Buttigieg Approx. € 68,000 Rigward xogħlijiet li għad irid isiru minn Transport Malta , dawn jiddependu minn fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi.

Childcare Centres — servizzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li qed jiġi mistenni li jsir ħlas għas-servizz taċ-Childcare Centres min-nisa li daħlu lura għax-xogħol f’każijiet fejn ir-raġel abbanduna l-ulied?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Nisa — impjiegi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19384, jista’ l-Ministru jindika skont il-kategoriji minnu elenkati jekk l-impjieg kienx fis-settur privat jew pubbliku jew self-employed?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B`referenza għall-mistoqsija parlamentari 19384, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2015 fis-settur pubbliku jew privat kif ukoll employed jew self-employed. It-tabelli juru wkoll kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw għad-dinja tax-xogħol skont in-natura tax-xogħol (full time jew part time).

Nisa — impjiegi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19382, jista’ l-Ministru jindika skont il-kategoriji minnu elenkati jekk l-impjieg kienx fis-settur privat jew pubbliku jew self-employed?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B`referenza għall-mistoqsija parlamentari 19382, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2014 fis-settur pubbliku jew privat kif ukoll employed jew self-employed. It-tabelli juru wkoll kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw għad-dinja tax-xogħol skont in-natura tax-xogħol (full time jew part time).

Nisa — impjiegi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19380, jista’ l-Ministru jindika skont il-kategoriji minnu elenkati jekk l-impjieg kienx fis-settur privat jew pubbliku jew self-employed?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19380, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2013 fis-settur pubbliku jew privat kif ukoll employed jew self-employed. It-tabelli juru wkoll kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol skont in-natura tax-xogħol (full time jew part time).

Impjiegi Part-time

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17350, jista’ l-Ministru jindika kemm persuni qed jaħdmu fuq bażi part-time f’Għawdex tul din is-sena u jista’ jindika kemm minnhom għandhom full-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu fuq bażi part-time f’Għawdex fl-aħħar ta’ April 2015 kien ta’ 4,071. It-tabella t’hawn taħt turi kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala xogħol ewlieni u kemm minnhom kellhom part-time u full time job ukoll. Part Time bħala xogħol PrimarjuPart time u għandhom full Time ukollTotal Part Time 2,1341,9374,071 L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ April 2015.

Impjiegi Part-time

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17349, jista’ l-Ministru jindika kemm persuni qed jaħdmu fuq bażi part-time f’Għawdex tul din is-sena u jista’ jindika kemm minnhom għandhom full-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li fl-aħħar ta’ April 2015 kienu jaħdmu f’Għawdex fuq bażi part-time u li l-età tagħhom kienet minn 62 sena `l fuq kien ta’ 445. Minnhom 410 kellhom impjieg part-time bħala xogħol primarju filwaqt li 35 persuna kellhom impjieg part-time u kif ukoll full-time.