Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ li ma komplewx l-istudji tagħhom wara li spiċċaw l-iskola sekondarja fl-aħħar tal-2014? Jista’ jindika l-ammont li ġew klassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)? Jista’ jindika s-sess tagħhom?
Ħaddiema ma’ operaturi fil-qasam tas-saħħa, tindif jew sigurtà — ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal kull siegħa għal dawk il-ħaddiema li huma impjegati ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fil-oqsma tas-saħħa, tindif jew sigurtà wara sejħa għall-offerti fil-bidu tas-sena 2014 u 2015? Jista’ jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn il-ħaddiema f’każ ta’ overtime matul il-ġimgħa, fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi dejjem għal kull siegħa u għall-istess snin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ħaddiema ma’ operaturi fil-qasam tas-saħħa, tindif jew sigurtà — ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal kull siegħa għal dawk il-ħaddiema li huma impjegati ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fil-oqsma tas-saħħa, tindif jew sigurtà wara sejħa għall-offerti fil-bidu tas-sena 2014 u 2015? Jista’ jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn il-ħaddiema f’każ ta’ overtime matul il-ġimgħa, fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi dejjem għal kull siegħa u għall-istess snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ħaddiema ma’ operaturi fil-qasam tas-saħħa, tindif jew sigurtà — ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal kull siegħa għal dawk il-ħaddiema li huma impjegati ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fl-oqsma tas-saħħa, tindif jew sigurtà wara sejħa għall-offerti fil-bidu tas-sena 2014 u 2015? Jista’ jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn il-ħaddiema f’każ ta’ overtime matul il-ġimgħa, fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi dejjem għal kull siegħa u għall-istess snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) sabet persuni Unlicensed Foreigners fl-ispezzjonijiet li għamletl- tul din is-sena sa Ottubru 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ sabet 358 Unlicensed Non-EU Nationals fl-ispezzjonijiet li għamlet minn Jannar sa Settembru 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li huma EU Nationals li kienu jirreġistrawgħax-xogħol regolarment f’pajjiżna sal-aħħar ta’ Ottubru 2015? Jista’ jindika ta’ liema nazzjonalità huma (dejjem jekk l-informazzjoni hi disponibbli)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li huma EU Nationals (il-Maltin mhumiex inklużi), TCNs Dependants on EU Nationals* u EEA Nationals** li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru tal-qgħad sal-aħħar ta’ Settembru 2015 (l-aħħar ippubblikat) kien ta’ 101 persuna. In-nazzjonalitajiet ta’ dawn il-persuni huma:
-Awstrija
-Belġju
-Brażil*
-Bulgarija
-Repubblika Ċeka
-Danimarka
-Franza
-Ġermanja
-Greċja
-Ungerija
-Irlanda
-Italja
-Latvja
-Libja*
-Litwanja
-Olanda
-Norveġja**
-Polonja
-Portugal
-Rumanija
-Spanja
-Svezja
-Sirja*
-Renju Unit
*It-TCNs Dependants on EU Nationals huma dawk il-persuni li mhumiex ċittadini tal-Unjoni Ewropeja imma minħabba li huma miżżewġa lil ċittadini tal-Unjoni Ewropeja jgawdu mill-istess drittijiet.
** In-Norveġja tifforma parti mill-EEA Agreement u dawn iċ-ċittadini jgawdu mill-istess drittijiet ta’ ċittadini Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li huma EU Nationals li kienu jirreġistraw għax-xogħol regolarment f’pajjiżna sal-aħħar ta’ Diċembru 2014? Jista’ jindika ta’ liema nazzjonalità huma (dejjem jekk l-informazzjoni hi disponibbli)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li huma EU Nationals (il-Maltin mhumiex inklużi) u TCNs Dependants on EU Nationals* li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru tal-qgħad sal-aħħar ta’ Diċembru 2014 kien ta’ 133 persuna. In-nazzjonalitajiet ta’ dawn il-persuni huma:
-Awstrija
-Belġju
-Brażil*
-Bulgarija
-Kanada*
-Ċipru
-Repubblika Ċeka
-Danimarka
-Finlandja
-Franza
-Ġermanja
-Greċja
-Ungerija
-Irlanda
-Italja
-Latvja
-Olanda
-Polonja
-Rumanija
-Federazzjoni Russa*
-Slovenja
-Spanja
-Svezja
-Sirja*
-Trinidad u Tobago*
-Renju Unit
*It-TCNs Dependants on EU Nationals huma dawk il-persuni li mhumiex ċittadini tal-Unjoni Ewropeja imma minħabba li huma miżżewġa lil ċittadini tal-Unjoni Ewropeja jgawdu mill-istess drittijiet.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19706, jista’ l-Ministru jindika f’liema impjieg ġew ingaġġati nisa fuq bażi part-time mas-settur pubbliku? Jista’ jindika b’mod separat l-istess informazzjoni għar-rigward tan-nisa li daħlu lura għax-xogħol wara iktar minn erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2014 fuq bażi part-time mas-settur pubbliku. It-tabelli juru wkoll f’liema kategorija ta' xogħol dawn in-nisa qed jaħdmu.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19707, jista’ l-Ministru jindika f’liema impjieg ġew ingaġġati nisa fuq bażi full-time mas-settur privat? Jista’ jindika b’mod separat l-istess informazzjoni għar-rigward tan-nisa li daħlu lura għax-xogħol wara iktar minn erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2013 fuq bażi full-time mas-settur privat. It-tabelli juru wkoll f’liema kategorija ta' xogħol dawn in-nisa qed jaħdmu.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19706, jista’ l-Ministru jindika f’liema impjieg ġew ingaġġati nisa fuq bażi part-time mas-settur privat? Jista’ jindika b’mod separat l-istess informazzjoni għar-rigward tan-nisa li daħlu lura għax-xogħol wara iktar minn erba snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2014 fuq bażi part-time mas-settur privat. It-tabelli juru wkoll f’liema kategorija ta' xogħol dawn in-nisa qed jaħdmu.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19706, jista’ l-Ministru jindika f’liema impjieg ġew ingaġġati nisa fuq bażi full-time mas-settur pubbliku? Jista’ jindika b’mod separat l-istess informazzjoni għar-rigward tan-nisa li daħlu lura għax-xogħol wara iktar minn erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2014 fuq bażi full-time mas-settur pubbliku. It-tabelli juru wkoll f’liema kategorija ta' xogħol dawn in-nisa qed jaħdmu.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19706, jista’ l-Ministru jindika f’liema impjieg ġew ingaġġati nisa fuq bażi full-time mas-settur privat? Jista’ jindika b’mod separat l-istess informazzjoni għar-rigward tan-nisa li daħlu lura għax-xogħol wara iktar minn erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2014 fuq bażi full-time mas-settur privat. It-tabelli juru wkoll f’liema kategorija ta' xogħol dawn in-nisa qed jaħdmu.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19707, jista’ l-Ministru jindika f’liema impjieg ġew ingaġġati nisa fuq bażi part-time mas-settur pubbliku? Jista’ jindika b’mod separat l-istess informazzjoni għar-rigward tan-nisa li daħlu lura għax-xogħol wara iktar minn erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2013 fuq bażi part time mas-settur pubbliku. It-tabelli juru wkoll f’liema kategorija ta' xogħol dawn in-nisa qed jaħdmu.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19707, jista’ l-Ministru jindika f’liema impjieg ġew ingaġġati nisa fuq bażi part-time mas-settur privat? Jista’ jindika b’mod separat l-istess informazzjoni għar-rigward tan-nisa li daħlu lura għax-xogħol wara iktar minn erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2013 fuq bażi part-time mas-settur privat. It-tabelli juru wkoll f’liema kategorija ta' xogħol dawn in-nisa qed jaħdmu.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19707, jista’ l-Ministru jindika f’liema impjieg ġew ingaġġati nisa fuq bażi full-time mas-settur pubbliku? Jista’ jindika b’mod separat l-istess informazzjoni għar-rigward tan-nisa li daħlu lura għax-xogħol wara iktar minn erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2013 fuq bażi full-time mas-settur pubbliku. It-tabelli juru wkoll f’liema kategorija ta' xogħol dawn in-nisa qed jaħdmu.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex minnu li qed jiġi mistenni li jsir ħlas għas-servizz taċ-Childcare centres min nisa li daħlu lura għax-xogħol f’każijiet fejn ir-raġel abbanduna l-ulied?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizz taċ-Child Care b’xejn huwa marbut madwar l-istatus tal-impjieg jew taħriġ tal-ġenituri. Fejn jidħlu każijiet soċjali, bħal kif imsemmi fil-mistoqsija, il-ġenitur ikun mitlub li jagħti dokumenti uffiċjali u/jew legali li jispjegaw is-sitwazzjoni rispettiva. Kull każ jiġi deċiż b’mod individwali, skont l-informazzjoni u dokumentazzjoni li tkun ingħatat lid-Dipartiment.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19705, jista’ l-Ministru jindika f’liema impjieg ġew ingaġġati nisa fuq bażi part-time mas-settur pubbliku? Jista’ jindika b’mod separat l-istess informazzjoni għar-rigward tan-nisa li daħlu lura għax-xogħol wara iktar minn erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2015 fuq bażi part time mas-settur pubbliku. It-tabella turi wkoll f’liema kategorija ta' xogħol dawn in-nisa qed jaħdmu.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19705, jista’ l-Ministru jindika f’liema impjieg ġew ingaġġati nisa fuq bażi part-time mas-settur privat? Jista’ jindika b’mod separat l-istess informazzjoni għar-rigward tan-nisa li daħlu lura għax-xogħol wara iktar minn erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2015 fuq bażi part time mas-settur privat. It-tabelli juru wkoll f’liema kategorija ta' xogħol dawn in-nisa qed jaħdmu.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19705, jista’ l-Ministru jindika f’liema impjieg ġew ingaġġati nisa fuq bażi full-time mas-settur pubbliku? Jista’ jindika b’mod separat l-istess informazzjoni għar-rigward tan-nisa li daħlu lura għax-xogħol wara iktar minn erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2015 fuq bażi full time mas-settur pubbliku. It-tabella turi wkoll f’liema kategorija ta' xogħol dawn in-nisa qed jaħdmu.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19705, jista’ l-Ministru jindika f’liema impjieg ġew ingaġġati nisa fuq bażi full-time mas-settur privat? Jista’ jindika b’mod separat l-istess informazzjoni għar-rigward tan-nisa li daħlu lura għax-xogħol wara iktar minn erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2015 fuq bażi full time mas-settur privat. It-tabella turi wkoll f’liema kategorija ta' xogħol dawn in-nisa qed jaħdmu.