Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati kawżi ġodda quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili tul is-snin 2013, 2014 u 2015 sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
In-numru ta’ kawżi ppreżentati u kawżi li ġew deċiżi quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili (Malta) matul is-snin indikati huma dawn:
SenaNumru ta’ Kawżi PreżentatiNumru ta’ Kawżi deċiżi
201317301985
201417371797
201517421851
Għandu jingħad ukoll illi dawn il-figuri jinkludi wkoll il-kawżi ppreżentati fil-gżira ta’ Għawdex quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Ġħawdex) fil-kompetenza superjuri tagħha.
Jista’ l-Ministru jindika kemm ġew deċiżi kawżi quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili tul is-snin 2013, 2014 u 2015, sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
In-numru ta’ kawżi deċiżi mill-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili matul is-snin indikati huma dawn:
Sena
Numru ta’ Kawżi deċiżi
2013
1985
2014
1797
2015
1851
Għandu jingħad ukoll illi dawn il-figuri jinkludi wkoll il-kawżi deċiżi mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza superjuri tagħha.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Bord tar-Remissjoni - każijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet li ġew ikkunsidrati mill-Bord tar-Remissjoni ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tul is-sena 2014? X’kien l-eżitu ta’ dawn il-każijiet, jiġifieri kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2014 saru 10 seduti mill-Bord tar-Remissjoni. B’kollox intlaqgħu 195 talba li minnhom 109 ġew milqugħa filwaqt li 86 ġew miċħuda.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Bord tar-Remissjoni — Każijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet li ġew ikkunsidrati mill-Bord tar-Remissjoni ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tul is-sena 2015? X’kien l-eżitu ta’ dawn il-każijiet, jiġiferi kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2015 saru 7 seduti mill-Bord tar-Remissjoni. B’kollox intlaqgħu 127 talba li minnhom 62 ġew milqugħa filwaqt li 65 ġew miċħuda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sal-aħħar tas-sena 2014? Kemm minnhom kienu kkundannati u kemm kienu qed jistennew li jingħataw il-libertà proviżorja?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-31 ta’ Diċembru 2014 il-popolazzjoni tal-Faċilita` Korrettiva ta’ Kordin kienet ta’ ħames mija wieħed u tmenin (581). Mija tmienja u tletin (138) kienu taħt arrest preventiv filwaqt li erba’ mija tlieta u erbgħin (443) kienu ssentenzjati.
Ħaddiema li għandhom kuntratti ma’ operaturi fil-qasam tas-saħħa – rata ta’ paga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-paga, kull siegħa, tal-ħaddiema li għandhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fil-qasam tas-saħħa wara sejħa għall-offerti fl-1 ta’ Jannar 2012, fl-1 ta’ Jannar 2013, fl-1 ta’ Jannar 2014, fl-1 ta’ Jannar 2015 u fl-1 ta’ Jannar 2016? X’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn l-istess gradi f’kull każ ta’ sahra matul il-ġimgħa, sahra l-Ħadd u sahra fil-Festi Pubbliċi għal kull siegħa?
Response (ABELA, CARMELO)
B’referenza għal mistoqsija parlamentari 22566, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid x’ġie diskuss mal-International Labour Organisation tul is-sena li għaddiet u għal kemm-il laqgħa u għal liema laqgħat attendiet l-Ministru jew uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tagħha?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li b’kollox attendejt għal żewġ laqgħat. Waqt il-konferenza annwali tal-International Labour Organisation li saret f’Ġinevra f’Ġunju 2015 ġew diskussi dawn it-temi fil-kumitati rispettivi tagħhom:
· l-iffaċilitar tat-tranżizzjoni tal-ħaddiema mill-ekonomija informali għal ekonomija formali
· il-ħolqien ta’ xogħol produttiv u deċenti f’intrapriżi żgħar u medji
· l-objettivi strateġiċi tal-protezzjoni soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol
Bħal ma jsir kull sena, attendiet u indirizzat is-sessjoni plenarja tal-konferenza filwaqt li uffiċjali mid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg attendew għas-sessjonijiet plenarji u għal-laqgħat tal-kumitati dwar ‘l-iffaċilitar tat-tranżizzjoni tal-ħaddiema mill-ekonomija formali għal ekonomija informali’ u ‘il-ħolqien ta’ xogħol produttiv u deċenti f’intrapriżi żgħar u medji’.
Laqgħa oħra li attendejt għaliha saret f’Dubrovnik f’April 2015 li fiha ġew diskuss l-isfidi li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri u pajjizi oħra tal-Ewropa fil-ġlieda tagħhom kontra l-aspett mifrux ta' xogħol mhux iddikjarat u l-konsegwenzi li dan iġib miegħu fuq l-impjieg u t-tkabbir ekonomiku.
Ħaddiema li għandhom kuntratti ma’ operaturi fil-qasam tas-saħħa – rata ta’ paga
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet ir-rata tal-paga, kull siegħa, tal-ħaddiema li għandhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fil-qasam tas-saħħa wara sejħa għall-offerti fl-1 ta’ Jannar 2012, fl-1 ta’ Jannar 2013, fl-1 ta’ Jannar 2014, fl-1 ta’ Jannar 2015 u fl-1 ta’ Jannar 2016? X’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn l-istess gradi f’kull każ ta’ sahra matul il-ġimgħa, sahra l-Ħadd u sahra fil-Festi Pubbliċi għal kull siegħa?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lil Ministru kkoncernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ Diċembru 2015? Jista’ jindika kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time sal-aħħar ta’ Diċembru 2015? Jista’ jindika kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala l-primary job? Kemm minnhom kellhom full-time job mal-part-time? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tkun f’pożizzjoni li tipproċessa ċ-ċifri tal-persuni li f’Diċembru 2015 kienu impjegati full-time u part-time f’Mejju 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ żgħażagħ li sal-aħħar ta’ Diċembru 2015, huma kklassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)? Jista’ jindika s-sess tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tkun magħrufa aktar tard matul is-sena. L-aħħar informazzjoni miġbura hija dik li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19878.
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – ittri uffiċjali eżekuttivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali eżekuttivi taħt l-artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili f’Malta u Għawdex tul is-sena 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
L-ammont ta’ Ittri Uffiċċjali ppreżentati fil-Qrati Maltin ai termini tal-Artikolu 166A ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili matul is-snin hawn taħt indikati kien hekk:
Sena
Numru ta’ Ittri pprezentati
2010
5287
2011
5369
2012
3440
2013
3590
2014
2965
2015
2760
L-ammont ta’ Ittri Uffiċċjali ppreżentati fil-Qrati Għawdxin ai termini tal-Artikolu 166A ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili matul is-snin hawn taħt indikati kien hekk:
Sena
Numru ta’ Ittri pprezentati
2010
170
2011
235
2012
131
2013
159
2014
115
2015
90
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tul din is-sena jew matul din il-Leġiżlatura, jiġu esposti permanentement il-mapep li jiffurmaw il-kollezzjoni mogħtija mill-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Mapep imsemmija ser jkunu parti mill-wirja permanenti f’MUŻA u ser ikunu fuq sistema ta’ rotazzjoni skont prassi mużeografiċi moderni. Dawk li ma jkunux esibiti jkunu wkoll aċċessibli għal riċerkaturi u l-pubbliku in ġenerali. Jinżammu wkoll wirjiet speċjalizzati minn żmien għal żmien.
Il-kollezzjoni ta’ mapep tal- individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hija biss parti minn kollezzjoni akbar ta’ mapep li għandha fil-kustodja tagħha Heritage Malta. Filfatt, fil-ġranet li ġejjin ser tiġi inawgurata wirja temporanja ta’ mapep li ser ikunu proposti għar-reġistru tal-UNESCO (Memory of the World Register). Dan qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Charles University ta’ Praga ġewwa r-Repubblika Ċeka.
Ħaddiema li għandhom kuntratti ma’ operaturi fil-qasam tas-saħħa – rata ta’ paga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-paga, kull siegħa, tal-ħaddiema li għandhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fil-qasam tas-saħħa wara sejħa għall-offerti fl-1 ta’ Jannar 2012, fl-1 ta’ Jannar 2013, fl-1 ta’ Jannar 2014, fl-1 ta’ Jannar 2015 u fl-1 ta’ Jannar 2016? X’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn l-istess gradi f’kull każ ta’ sahra matul il-ġimgħa, sahra l-Ħadd u sahra fil-Festi Pubbliċi għal kull siegħa?
Ħaddiema li għandhom kuntratti ma’ operaturi fil-qasam tas-saħħa – rata ta’ paga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-paga, kull siegħa, tal-ħaddiema li għandhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fil-qasam tas-saħħa wara sejħa għall-offerti fl-1 ta’ Jannar 2012, fl-1 ta’ Jannar 2013, fl-1 ta’ Jannar 2014, fl-1 ta’ Jannar 2015 u fl-1 ta’ Jannar 2016? X’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn l-istess gradi f’kull każ ta’ sahra matul il-ġimgħa, sahra l-Ħadd u sahra fil-Festi Pubbliċi għal kull siegħa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mhux kompitu tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ li tiċċekkja r-rata tal-ħlas. Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ħaddiema li għandhom kuntratti ma’ operaturi fil-qasam tas-saħħa – rata ta’ paga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-paga, kull siegħa, tal-ħaddiema li għandhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fil-qasam tas-saħħa wara sejħa għall-offerti fl-1 ta’ Jannar 2012, fl-1 ta’ Jannar 2013, fl-1 ta’ Jannar 2014, fl-1 ta’ Jannar 2015 u fl-1 ta’ Jannar 2016? X’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn l-istess gradi f’kull każ ta’ sahra matul il-ġimgħa, sahra l-Ħadd u sahra fil-Festi Pubbliċi għal kull siegħa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba, li tikludi informazzjoni dwar ħaddiema li għandhom kuntratti ma’ Operaturi fil-qasam tas-Saħħa, ġewwa r-Residenza San Vinċenz u d-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’, tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni u immigranti rregolari fiċ-Ċentri Miftuħa fl-aħħar tas-sena 2015? Jista’ jindika fejn huma mqassma u ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-manuskritti oriġinali tal-partitura tal-mużika komposta mill-mibki Maestro Carmelo Pace għall-opri tiegħu ‘Caterina Desguanez’, ‘I Martiri’, ‘Angelica’ u ‘Ipogeana’, ġew mgħoddija lit-Teatru Manoel permezz tal-Att Notarili tat-13 ta’ Ottubru 1988? Jaf li dan it-trasferiment kellu bħala kondizzjoni li t-Teatru Manoel ifittex li kultant żmien jara li tiġi esegwita xi waħda minn dawn l-opri ta’ wieħed mill-aqwa kompożituri Maltin tas-seklu għoxrin? Jaf li l-istejjer li huma s-suġġett ta’ dawn l-erba’ opri huma marbuta mal-istorja u fil-każ tal-opra ‘Ipogeana’mal-preistorja ta’ pajjiżna? Jaqbilx li jkun sewwa kieku t-Teatru Manoel jieħu ħsieb li tiġi esegwita xi waħda mill-opri msemmija u b’hekk ikun qeda l-obbligu li ntrabat bih fl-Att tat-13 ta’ Ottubru 1988? Jarax ukoll is-siwi li l-produzzjoni tiġi mtennija fl-okkażjoni tas-sena li fiha l-Belt Valletta tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura?
Response (BONNICI, OWEN)
It-Teatru Manoel jista jikkonferma li l-manuskritti oriġinali tal-partitura tal-mużika komposta mill-mibki Maestro Carmelo Pace għall-opri tiegħu ‘Caterina Desguanez’, ‘I Martiri’, ‘Angelica’ u ‘Ipogeana’ jinstabu fil-librerija tal-Orkestra Nazzjonali u mhux f’tagħha.
Il-kondizzjoni li tiġi esegwita xi waħda minn dawn l-opri ma’ tistax tiġi obligata mit-Teatru Manoel minħabba l-fatt li, minbarra li dawn l-opri jirrikjedu fondi sostanzjali biex jittellaw, huma wkoll produzzjonijiet kbar għad-daqs tal-palk tal-Manoel. Biex dawn il-produzzjonijiet jiġu mtennija b’mod li jagħtu ġieħ lil-mużika u l-kompożitur irid jinstabu fondi speċjali u lokal adattat għalihom.