Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk waqt li kien qiegħed isir xi xogħol għat-telgħa magħrufa bħala Ta’ Alla u Ommu jistax jiġi nstallat dawl pubbliku aħjar milli hemm?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li filwaqt li l-kumpanija Enemalta plc mhijiex responsabbli għall-installazzjoni ta’ dwal ġodda f’toroq jew postijiet pubbliċi, qed jiġu kkuntattjati l-entitajiet konċernati biex dan is-suġġeriment jiġi meqjus, u jekk possibbli, jingħata l-appoġġ meħtieġ biex jitwettaq.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7776, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li kien ġie ffirmat mal-Istati Uniti tal-Amerika għat-twaqqif tal-Istitut tal-Ġustizzja f’pajjiżna u jista’ jinforma lill-Kamra x’ħidma qegħda ssir u xi żviluppi ulterjuri kien hemm?
Response (VELLA, GEORGE)
Minħabba s-sensittivita' tal-ftehim, ma nħossx li għandi npoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra. Madanakollu, jekk l-Onor. Kollega jixtieq xi informazzjoni, lest li ngħaddihielu.
L-Istitut beda jopera fl-20 ta' Ġunju 2014. Mit-twaqqif tiegħu aktar minn 1,000 professjonist (leġislaturi, pulizija, prosekuturi, imħallfin) minn partijiet differenti tad-dinja attendew programmi dwar kif għandhom jiġu indirizzati t-terroriżmu u attivitajiet kriminali transnazzjonali fil-qafas tal-istat tad-dritt. Għalkemm il-mandat tal-Istitut huwa ta' natura globali, ħafna mill-programmi ġew organizzati għall-pajjiżi fl-Afrika ta' Fuq, il-Lvant Nofsani, kif ukoll għall-pajjiżi fil-Punent u fit-Tramuntana tal-Afrika.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm hemm każijiet pendenti preżentament quddiem t-Tribunal Industrijali? Tista’ tindika kemm-il sena ilu pendenti l-ixjeħ każ?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li Quddiem it-Tribunal Industrijali pre¿entement hemm 577 każ pendenti. Dawn jinkludu 313 każijiet li daħlu fis-16 ta’ Diċembru 2003 li kienu ġew intavolati mill-ħaddiema tal-eks-Malta Drydocks li qatt ma bdew jinstemghu
L-aktar każ antik mill-banda l-oħra ilu li daħal mill-4 ta’ Lulju 2003.
Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma, laqgħat jew sforzi saru jew qegħdin isiru mill-Uffiċċju tiegħu sabiex il-ħaddiema li qed jaħdmu preżentament mal-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma jitilfux ix-xogħol tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil Onorevoli interpellant li l-Gvern, permezz tal-Korporazzjoni Malta Enterprise, kkometta ruħu li jikkollabora mal-kumpanija De La Rue biex ikollha futur sostenibbli f’Malta, li jissalvagwardja l-impjieg ta' aktar minn 250 ħaddiem Malti li diġa huma fuq il-kotba tal-kumpanija.
Mal-mument li l-kumpanija ħabbret il-pjan ta' ristrutturar tagħha, il-Malta Enterprise bdiet taħdem mal-ETC biex dawk il-ħaddiema li possibilment se jkunu affettwati negattivament mid-deċizjoni tal-kumpanija, jkunu offruti taħriġ u impjieg alternattiv, kif sar f'ċirkostanzi oħrajn.
Dan huwa possibli grazzi għal ekonomija b'saħħitha li waslet għal ¿ieda bla preċedent fin-numru ta’ nies jaħmdu, bil-ħolqien ta' 17,000 impjieg fi 3 snin.
L-appell tal-gvern f’dan il-mument huwa ghall-prudenza.
Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar – permessi maħruġa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika kemm inħarġu permessi mill-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar tul is-sena li għaddiet u possibilment x’tip kienu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat mill-Awtorità ta’ Malta għall-Amjent u l-Ippjanar li l-istess Awtorita approvat 4,135 applikazzjoni ‘first decisions’ matul is-sena 2015.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista dwar dawn it-tip ta’ dawn l-applikazzjonijiet.
Persuni li tressqu l-Qorti fuq akkużi relatati ma’ użura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti fuq akkużi relatati ma’ użura f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (BONNICI, OWEN)
In-numru ta’ persuni li tressqu fil-Qorti tal-Ġustizzja ta’ Malta, b’akkuż relatati ma’ użura tul dawn l-aħħar snin huma s-segwenti:
Sena
Total
2010
6
2011
3
2012
7
2014
2
2015
5
Mill-2010 tressqu dawn il-persuni akkużati b’użura fil-Qorti ta’ Għawdex:
Sena
Total
2010
0
2011
0
2012
0
2013
2*
2014
0
2015
0
*Jirrigwardaw l-istess każ.
Qrati ta’ Malta u Għawdex – Eżekuzzjoni tal-kambjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali eżekuttivi għall-eżekuzzjoni tal-kambjali tul is-sena 2014 fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
L-ammont ta’ ittri uffiċjali eżekuttivi għall-eżekuzzjoni tal-kambjali ppreżentati fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex matul is-snin hawn taħt inidikati kien hekk:
SenaIttri uffiċjali eżekuzzjoni tal-kambjali
2010266
2011176
2012133
2013224
2014167
201599
Università ta’ Malta – studenti li qed jattendu l-kors tal-medjazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm studenti fl-Università ta’ Malta li qed jattendu għall-kors tal-Medjazzjoni u kemm minnhom fil-grad ta’ Masters?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm total ta’ ħames studenti li qed isegwu kors li jwassal għall-grad ta’ Master of Arts in Mediation offrut mill-Fakultà tal-Liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus minnu u minn entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għall-promozzjoni tal-Milied f’Għawdex fosthom ta’ Betlem f’Għajnsielem f’reklami fil-gazzetti tal-Ħadd u matul il-ġimgħa? Jista’ jindika x’kien l-ammont ta’ reklami mogħtija lil kull gazzetta tal-Ħadd?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat li l-Ministeru għal Għawdex nefaq is-somma ta’ €6,850.39 għall-promozzjoni tal-Milied f’Għawdex f’reklami fil-gazzetti tal-Ħadd u ta’ matul il-ġimgħa. L-ammont ta’ reklami lil kull gazzetta tal-Ħadd hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sal-aħħar tas-sena 2015? Kemm minnhom kienu kkundannati u kemm kienu qed jistennew li jingħataw il-libertà proviżorja?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-31 ta’ Diċembru 2015 il-popolazzjoni tal-Faċilita` Korrettiva ta’ Kordin kienet ta’ ħames mija disa’ u sittin (569). Mija disa’ u għoxrin (129) kienu taħt arrest preventiv filwaqt li erba’ mija u erbgħin (440) kienu ssentezzjati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw community service orders permezz ta’ sentenzi mill-Qrati tagħna fis-sena 2014? Jista’ jindika s-sigħat komplessivi u l-organizzazzjonijiet li ġew servuti magħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Qorti ta’ Malta
Sena
Ordni ta’ Servizz fil-Komunità (CSO)
Ordni ta’ Probation u Servizz (CO)
Numru ta’ sigħat
Placement Provider (NGO)
Placement Provider (LC)
2010
7
8
1950
6
9
2011
4
8
1000
4
5
2012
7
11
2000
13
2
2013
10
22
2550
23
7
2014
20
12
3265
21
7
2015
37
8
5820
24
3
Wieħed ta’ min jinnota li fil-kolonna tal-Placement Provider in-numri jistgħu jkunu inqas mit-total ta’ Ordnijiet mogħtija mill-Qrati, u dan minħabba f’każijiet ta’ Appell li jkun sar mill-individwu, kif ukoll minħabba f’każijiet fejn il-persuna ma tkunx idonea biex twettaq Ordni ta’ Servizz fil-Komunità u għaldaqstant każijiet bħal dawn ma jkunux ġew allokati.
Ta’ min isemmi li fir-rigward tas-sena 2015 għad hemm każijiet li għad iridu jiġu allokati ma’ NGO jew ma’ Kunsill Lokali sabiex ikunu jistgħu jwettqu n-numru ta’ sigħat ta’ xogħol.
Qorti ta’ Għawdex
Sena
Numru ta’ community service orders
Numru ta’ siegħat
Organizazzjonijiet li ġew servuti magħhom
2010
0
0
Mhux applikabbli
2011
0
0
Mhux applikabbli
2012
0
0
Mhux applikabbli
2013
0
0
Mhux applikabbli
2014
1
100
Gozo Football Association
2015
0
0
Mhux applikabbli
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw community service orders permezz ta’ sentenzi mill-Qrati tagħna fis-sena 2015? Jista’ jindika s-sigħat komplessivi u l-organizzazzjonijiet li ġew servuti magħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi ghat-twegiba li tajt ghal mistoqsija parlamentari 22685.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi tul is-sena 2014 u jista’ jindika n-natura tagħhom? Jista’ jindika wkoll kemm ġew deċiżi jew kemm ġew irtirati? Kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li skont informazzjoni li ngħatajt mill-Malta Arbitration Centre.
Fl-2014 kien hemm 338-il każ ġdid, li jinkludi 2 każijiet internazzjonali, 299 kawżi mandatorji u 37-il każ volontarju, li minnhom hemm 173 każ li għadhom pendenti. Filwaqt li fl-2015 kien hemm 354-il każ ġdid, li jinkludi 6 każijiet internazzjonali, 294 kawżi mandatorji u 54-il każ volontarju li minnhom għad hemm 267 li għadhom pendenti.
Ta’ min wieħed jinnota li sal-aħħar ta’ Diċembru 2015 kien hemm total ta’ 886 każ pendenti minn total ta’ 4608-il każ li ġie introdott mill 2003
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi tul is-sena 2015 u jista’ jindika n-natura tagħhom? Jista’ jindika wkoll kemm ġew deċiżi jew kemm ġew irtirati? Kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 22688.