Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali sal-aħħar tal-2014? Tista’ tindika kemm ilu pendenti l-ixjeħ każ?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li quddiem it-Tribunal Industrijali fi tmiem l-2014 kien hemm 576 każ pendenti. Dawn kienu jinkludu 313 każijiet li daħlu fis-16 ta’ Diċembru 2003 li kienu ġew intavolati mill-ħaddiema tal-eks-Malta Drydocks li qatt ma bdew jinstemgħu.
L-aktar każ antik mill-banda l-oħra kien ilu li daħal mill-4 ta’ Lulju 2003.
Il-Fgura — Uffiċċju tas-sigurtà soċjali - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jaħdmu ġewwa l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura fl-aħħar tal-2015 u jekk huwa possibbli kemm persuni użaw is-servizzi tiegħu tul dik is-sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura hemm tlett persuni jaħdmu b’mod regolari (Assistent Uffiċjal Principali, Uffiċjal Eżekuttiv u Skrivan Anzjan) waqt li persuna oħra fil-grad ta’ Kordinatur Reġjonali tagħti s-servizzi tagħha wkoll flimkien mal-uffiċċji l-oħra tal-istess reġjun.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena li għaddiet, kien hemm madwar 16,000 persuna li għamlu użu mis-servizzi li jingħataw mill-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm fondi ġew allokati lill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn fis-sena 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Isem ta’ Skema
Fondi
Annual budget
€714,960
DLG Wasteserv
€51,927.80
Green MT
€874
Europe for citizens
€12,500
Nifthu bieb iehor
€1,932
Measure 125
€5, 339
Measure 413.A5
€15, 000
Measure 313
€91, 520
Skemi Internet
€210
Lamp posts by MTA
€4,602
Flamingo night by MTA
€1,037
Memo 12-2014
€769
Memo 10-2015
€600
World Tourism Day
€440
Cultural Activities
€2,483
Cies scheme
€2,253
Triq iż-Żonqor sa Triq Hurds Bank – stallar ta’ dawl
Question
Jista’ l-Ministru, b’referenza għad-domandi preċedenti, jara issa li huwa fil-pjan tal-Gvern li jsir l-iżvilupp ta’ Żonqor Point sabiex minn Triq il-Blajjiet minn Triq iż-Żonqor sa Triq Hurds Bank jiġi nstallat dawl fit-triq billi għadha kompletament fid-dlam?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li filwaqt li l-kumpanija Enemalta plc mhijiex responsabbli għall-installazzjoni ta’ dwal ġodda f’toroq jew postijiet pubbliċi, qed jiġu kkuntattjati l-entitajiet konċernati biex dan is-suġġeriment jiġi meqjus, u jekk possibbli, jingħata l-appoġġ meħtieġ biex jitwettaq.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-kotba li ġew mixtrija fis-sena 2015 għal-libreriji pubbliċi ntbagħtu lil-libreriji reġjonali u jindika b’liema lingwa huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa inkorporat fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 23622.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti fl-Iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid f’din is-sena akkademika? Kemm huma bniet u kemm subien?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-popolazzjoni ta’ studenti fl-Iskejjel Primarji ‘A’ u ‘B’ ta’ Raħal Ġdid din is-sena skolastika (statistika maħruġa fis-26/02/2016), hi kif se nsemmi:
Skola
Yr Grp
Subien
Bniet
Total
SGPC Paola Pri A
K1 – P3
223
205
428
SGPC Paola Pri B
P4 – P6
132
99
231
Total
355
304
659
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti fl-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn f’din is-sena akkademika? Kemm huma bniet u kemm subien?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-popolazzjoni ta’ studenti fl-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn din is-sena skolastika (statistika maħruġa fis-26/02/2016), hi kif se nsemmi:
Skola
Yr Grp
Subien
Bniet
Total
STMC Marsascala
K1 – P6
366
354
720
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – pagi tal-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’kienet ir-rata tal-paga kull siegħa tal-ħaddiema li għandhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom ma’ operaturi u/jew kuntratturi privati li jagħtu servizz f’xi parti mid-dekasteru li taqa’ taħtu u dan wara sejħiet għall-offerti li saru wara l-1 ta’ Jannar 2012, l-1 ta’ Jannar 2013, l-1 ta’ Jannar 2014, l-1 ta’ Jannar 2015 u l-1 ta’ Jannar 2016? X’kient ir-rata tal-ħlas għal kull siegħa għall-dawn l-istess gradi f’każ ta’ sahra matul il-ġimgħa, sahra l-Ħadd u sahra fil-festi pubbliċi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waħda mill-kriterji li tintuża rigward għoti ta’ kuntratti li jinvolvu servizz mogħti minn ħaddiema tramite kuntrattur, hija li r-rata tal-ħlas lill-ħaddiema ma tkunx inqas mir-rata ta’ paga minima hekk kif stabbilita mill-Gvern.
Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura – persuni jirreġistraw għax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol residenti f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2014 u tal-2015? Jista’ jindika dan post post u kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom ilhom sena jirreġistraw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, residenti f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura fl-aħħar ta` Diċembru tal-2014 u tal-2015 hija kif ġej:
JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL SAL-AĦĦAR TA’ DIĊEMBRU 2014
LokalitàRġielNisaTotal
Wied il-Għajn11755172
Iż-Żejtun13933172
Il-Fgura12031151
Total376119495
Minn dawn l-495 persuna, 226 persuna ilhom sena u fuqhom jirreġistraw.
JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL SAL-AĦĦAR TA’ DIĊEMBRU 2015
LokalitàRġielNisaTotal
Wied il-Għajn7332105
Iż-Żejtun10223125
Il-Fgura8423107
Total25978337
Minn dawn it-337 persuna, 140 persuna ilhom sena u fuqhom jirreġistraw.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – pagi tal-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’kienet ir-rata tal-paga kull siegħa tal-ħaddiema li għandhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom ma’ operaturi u/jew kuntratturi privati li jagħtu servizz f’xi parti mid-dikasteru li taqa’ taħtu u dan wara sejħiet għall-offerti li saru wara l-1 ta’ Jannar 2012, l-1 ta’ Jannar 2013, l-1 ta’ Jannar 2014, l-1 ta’ Jannar 2015 u l-1 ta' Jannar 2016? X’kienet ir-rata tal-ħlas għal kull siegħa għall-dawn l-istess gradi f’każ ta’ sahra matul il-ġimgħa, sahra l-Ħadd u sahra fil-festi pubbliċi?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stat jinsab it-Torri ta’ De Redin ġewwa x-Xlendi u jekk hemm bżonn ta’ tiswijiet jistax jindika x’inhuma?
Response (BONNICI, OWEN)
It-Torri tax- Xlendi ilu f’idejn il-Kunsill Lokali tal- Munxar mis-sena 2009. Il-Kunsill ingħata aċċess għat-Torri mill-Ministeru għall-Artijiet fl-2009, fuq bażi ta’ encroachment.
Skond studju dwar l-istat ta’ konservazzjoni tat-Torri tax-Xlendi li ġie ikkumissjonat mill-Kunsill Lokali tal-Munxar fl-2011, l-aktar xogħol urġenti fuq din il-binja jinkludi:
· Restawr u konsolidament tal-faċċata tal-punent tat-Torri u tar-
rivellino
.
· Tindif minn skart ta’ bini li jinsab mitfuħ fil-viċinanzi tat-Torri.
· Varji xogħolijiet oħra li jinkludu t-tneħħija ta’ cement antik, tikħil ta’ fili miftuħin, water proofing u tibdil ta’ aperturi.
Il-Kunsill tal- Munxar qed iħejji applikazzjoni mal-MEPA biex ikun jista’ jibda dawn ix-xogħolijiet ta’ restawr.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret jew qegħda ssir għall-preservazzjoni u l-użu tat-Torri ta’ De Redin li jinsab ġewwa x-Xlendi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet biex dan it-Torri jiġi restawrat mill-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsill Lokali tal-Munxar.
Jista’ l-Ministru, b’referenza għad-domandi preċedenti fuq is-suġġett, jindika x’passi ttieħdu tul din il-leġislatura u x’linja politika ser tittieħed sabiex Wied il-Għajn ikun fil-pjan tal-Ministeru għas-sena kurrenti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’referenza għal dak li ġie mwieġeb fil-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 7784 u 9158, datati 7 ta’ Frar 2014 u 25 ta’ April 2014 rispettivament, Wied il-Għajn kien u baqa’ dejjem fil-pjanijiet tal-Gvern u fil-pjanijiet tal-Agenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ghat-Turizmu b’enfasi fuq il-Fondazzjoni għall-Izvilupp taz-Zoni Turistiċi u l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu.
Bħala parti mix-xogħol sabiex isir titjib fl-ambjent urban ta’ pajjizna, ffukajna sabiex jerga’ jibda l-manutenzjoni fil-lokalita’ u ħdimna sabiex isir titjib estetiku u jizdied it-tindif fiz-zona. Bdejna wkoll nimmaniġġjaw bajja fil-post imsejjaħ tal-Fajtata. Għas-sena kurrenti għandna wkoll pjanijiet sabiex nagħmlu proġett ta’ tisbiħ fil-pjazza qrib il-Knisja u tal-madwar sabiex nagħtu spinta oħra f’dak li huwa titjib tal-prodott turistiku lil din iz-zoni illi hija tant frekwentata minn turisti u nies tal-lokal f’pajjizna.
Peress li Wied il-Għajn qiegħed fiz-zona turistika tan-nofsinhar, din il-lokalita’ ser tkun qiegħda tgawdi minn għajnuna jew proġetti li ser ikunu possibli mill-ġbir tal-kontribuzzjoni ambjentali mit-turisti aktar tard din is-sena.
Nfakkar lill-Interpellant fil-miżura li wiegħed u wettaq dan il-Gvern, fejn traħħsu il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma għan-negozji b’25%. Din l-inizjattiva kienet inċentiv b’saħħtu u favur l-operaturi sabiex bl-ammont ta’ flus li jifrankaw jkomplu jinvestu fil-prodott tagħhom.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew mixtrija kotba ġodda tul is-sena li għaddiet 2015 għal-libreriji pubbliċi u jista’ jindika dettaljatament b’liema lingwa huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub, inkluż il-kotba li nxtraw fl-2015 u li ntbagħtu fil-libreriji reġjonali (bi sfond isfar), huwa kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 23622 - Kotba ġodda mixtrija għal-libreriji pubbliċi.xlsx
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inġabru flus għad-drittijiet u spejjeż dovuti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tul is-snin 2014 u 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ġabar €98,215.39 fl-2014 u €130,890.01 fl-2015 għad-drittijiet u spejjeż dovuti lill-istess Uffiċċju.
Jista’ l-Ministru, b’referenza ghad-domandi preċedenti, jinforma lill-Kamra x’pożizzjoni preżentament qed jieħu l-Ministeru għat-Turiżmu fil-konfront ta’ x’għandu jsir fil-futur mis-sit fejn kien hemm topera l-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’Wied il-Għajn?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’referenza ghat-twegiba ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 15654, datata 15 ta’ April 2015, nerga’ ntenni li l-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’Wied il-Għajn hija propjeta’ privata li taħt Gvern Nazzjonalista kienet għalqet.
Nirreferi lill-Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33454, datata 23 ta’ April 2012, mill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Zgħar u Konsumatur ta’ dak iz-zmien fejn ġie mwieġeb illi “s-sit li fuqha kien hemm mibnija il-Lukanda Jerma f’Marsaskala għalkemm hija proprjetà tal-Gvern, però hija mogħtija b’ ċens perpetwu lil terzi u għalhekk il-Gvern, li huwa biss id-direttarju, ma jidħolx fil-mertu ta’ xi zvilupp isir fuq din l-art”.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-Breakfast Club fl-iskejjel tal-istat jingħatax ukoll lil dawk l-istudenti li ġejjin minn familji foqra u mhux biss jingħata lil dawk il-ġenituri li jkunu qed jaħdmu? X’inhuwa l-ħlas għal dan is-servizz?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-Servizz tal-Breakfast Club apparti li jingħata lil tfal ta’ dawk il-ġenituri li jaħdmu, jiġu kkunsidrati wkoll każijiet ta’ studenti li ġejjin minn familji li jkollhom diffikultajiet soċjali. Is-servizz tal-Breakfast Club huwa bla ħlas.
Kunsilli lokali li qed joffru xogħol lill-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li qed joffru opportunitajiet ta’ xogħol għal persuni b’diżabilità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn informazzjoni miġbura hemm 29 Kunsill Lokali li joffri opportunitajiet ta’ xogħol għall-persuni b’diżabilita’.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà sal-aħħar ta’ Jannar 2016 u jista’ jinforma lill-Kamra liema hu l-ixjeħ rahan li ngħata u li għadu veljanti u li ma nġabarx sal-aħħar tas-sena li għaddiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sa l-aħħar ta Jannar 2016 kien hemm 3,183 oġġett tad-deheb b’valur stmat ta €311,425, depożitat b’rahan fil-Monte Di Pieta. L-ixjeħ rahan li għadu ma nġabarx ilu depożitat mill-1981.