Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’inizjattivi qegħdin preżentament jittieħdu jew ser jittieħdu mill-Ministeru sal-aħħar ta’ din il-leġiżlatura f’Wied il-Għajn?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal-liema settur li jaqa’ taħt il-Ministeru qed jirreferi għalih.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti fl-iskejjel primarji u sekondarji taż-Żejtun preżentament? Kemm minnhom huma subien u kemm huma bniet? Jista’ jinforma wkoll kemm hemm għalliema u impjegati possibbilment skont l-iskala tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti bniet u subien fl-iskejjel primarji u sekondarji taż-Żejtun hu kif ġej:
Skola
Subien
Bniet
Total
Żejtun A
228
231
459
Żejtun B
105
89
194
Żejtun SEC
157
487
644
It-tagħrif l-ieħor mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq minn Marzu 2015 sa Marzu 2016? Jista’ jindika wkoll kemm ġie kommess serq minn djar privati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-numru globali ta’ serq rapportat lill-Pulizija mill-1 ta’ Marzu, 2015 sal-31 ta’ Dicembru, 2015 kien ta’ sebgħa t’elef, sebgħa mija u sitt (7706) każi, filwaqt li mill-1 ta Jannar 2016 sal-31 ta’ Marzu, 2016 kien jammonta għal-elf, sittt mija u wieħed u ħamsin (1651) każ. Dan hu total ta’ disa t’elef, tlett mija u sebgħa u ħamsin (9357) każ, matul imsemmi perjodu. Is-serq minn residenzi f’kull lokalita bejn l-1 ta’ Marzu u 31 ta’ Dicembru 2015 jammonta għal-sitt mija u sitta u għoxrin (626) każ, filwaqt li bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Marzu 2016 l’ammont kien ta’ mija u erbgħa u ħamsin (154) kaz. Dan kien total ta’ sebgħa mija u tmenin (780) każ. Informazzjoni aktar dettaljata qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – każijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni preżentament, u jista’ jindika wkoll kemm hemm impjegati jaħdmu mal-istess Kummissjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm arbatax (14)-il każ pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti Kontra il-Korruzzjoni filwaqt li huwa biss is-Segretarju tal-istess Kummissjoni li huwa l-uniku impjegat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inġabru flus għad-drittijiet u spejjeż dovuti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mill-bidu ta’ din is-sena sal-aħħar ta’ Mejju 2016 u possibbilment jekk jistgħux jiġu indikati xahar b’xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-flus li nġabru din is-sena bejn Jannar u l-aħħar ta' Mejju huma ta’ € 40,585.48
Jannar: €8,947.21
Frar: €9,126.76
Marzu: €9,658.42
April: €6,150.11
Mejju: €6,702.98
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm persuni li kienu immigranti irregolari ġew rilokati lejn pajjiżi oħra bejn Marzu 2015 sa Marzu 2016 u jista’ jindika ta’ liema nazzjonalità kienu u lejn liema pajjiż ġew hekk rilokati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn Marzu 2015 u Marzu 2016 ġew risistemati (resettled) 503 persuni lejn l-Istati Uniti, li minnhom 355 huma mis-Somalja, 128 mill-Eritrea, 17 mis-Sudan, 2 mill-Etijopja u 1 mill-Iraq. Dan l-eżerċizzju jsir bi sħab mal-awtoritajiet Amerikani, il-UNHCR u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni.
L-awtoritajiet Maltin huma mgħarrfa b’numru żgħir ta’ persuni oħra li matul dan il-perjodu ġew aċċettati minn pajjiż ieħor fuq bażi ta’ sponsorship programmes li għandu dan il-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn ir-residenti ta’ Wied il-Għajn għadhom ma rċevewx il-ħlas tal-kumpens mingħand il-WasteServ kif kienu qegħdin jirċievu fis-snin ta’ qabel? Jista’ jindika wkoll kemm hemm persuni ntitolati? Jista’ jindika kemm qiegħed komplessivament jitħallas?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dawn iċ-ċekkijiet ser jitqassmu fl-aħħar ta' dan ix-xhar. Skont l-informazzjoni provduta mill-ARMS, il-persuni intitolati jammontaw għal ftit iktar minn 16,000 persuna u l-ammont huwa stmat li jiswa madwar €295,000.
Uffiċjali fiċ-ċentri ta’ detenzjoni awtorizzati li jġorru arma tan-nar
Question
Jista’ l-Ministru jinforma kemm kien hemm uffiċjali fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni li tul dawn l-aħħar tliet snin kienu awtorizzati li jġorru arma tan-nar u kemm kien hemm każijiet fejn dawn l-armi ttieħdu d-dar magħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ħadd mill-persuni li jaħdmu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni m’għandhu l-permess li jġorr arma tan-nar (jew xi tip ta’ arma oħra), ħlief il-ftit membri tal-Forzi Armati ta’Malta li huma mislufa mas-Servizz ta’ Detenzjoni. Dawn il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta la huma awtorizzati u lanqas ma jġorru arma tan-nar fuqhom waqt xogħol fiċ-ċentru. Is-servizz ta’ detenzjoni m’għandhux u qatt ma kellu armi tan-nar, għallanqas taħt din l-amministrazzjoni.
Università ta’ Malta – Sala Sir Temi Zammit — rinnovazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba huwiex possibbli li fis-sena li ġejja, is-sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta tiġi rinnovata u jiġi stallat apparat modern tal-arja kundizzjonata?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li filwaqt illi r-rinovazzjoni totali tas-Sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta hija fil-pjanijiet futuri qrib tal-Università, dan mhuwiex ippjanat li jsir f‘din is-sena għal raġunijiet primarjament loġistiċi, għall-fatt illi din is-sala tintuża sew għal-lectures, sew għall-gradwazzjonijiet kif ukoll għall-attivitajiet kulturali, u ħafna drabi din is-sala tiġi bbukkjata anki minn sena qabel.
Barra minn hekk il-fondi sostanzjali li ġew ivvutati għal proġetti kapitali għal din is-sena huma diġà kommessi għal proġetti oħra li qed jiġu implimentati fuq il-Kampus tal-iMsida, il-Belt u ċentri oħra minn fejn topera l-Università.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma neqsin mis-smiegħ fis-sena akkademika preżenti u jindika dan fil-livelli tal-primarja u tas-sekondarja u possibilment skont is-sess?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’din is-sena skolastika hemm 116 studenti li huma hearing impaired li minnhom 57 qegħdin fil-primarja u 59 fis-sekondarja.
Mit-total ta’ 116 studenti, hemm 22 bniet u 35 subien b’hearing impairment fil-primarja u 29 bniet u 30 subien fis-sekondarja.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm għalliema li qed jgħallmu studenti neqsin mis-smiegħ fis-sena akkademika preżenti fil-livelli tal-primarja u tas-sekondarja? Jista’ jindika meta se ssir sejħa oħra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li f’din is-sena skolastika hemm 13-il Għalliem li qed jgħallmu studenti neqsin mis-smiegħ fil-livelli tal-primarja u tas-sekondarja, għaxra f’Malta u tlieta f’Għawdex. Infurmat ukoll li d-Dipartiment għas-Servizzi tal-Istudent ma jbassarx li jitlob capacity building għal dan il-post peress li l-kulleġġi kollha huma koperti b’dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-istudenti li huma neqsin mis-smiegħ fis-sena akkademika preżenti fil-livelli tal-primarja u tas-sekondarja humiex kollha jirċievu l-attenzjoni u t-tagħlim?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, l-istudenti b'hearing impairment qed jirċievu l-attenzjoni u t-tagħlim min-naħa tas-servizz u mil-LSAs u l-għalliema tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijet saru u liema se jsiru f’Wied il-Għajn matul din il-leġiżlatura? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hi ppjanata li se tkun din in-nefqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ23759 14MAR PAPERS LAID MTI.docPQ23759 14MAR PAPERS LAID TM doc A.docPQ23759 14MAR PAPERS LAID TM doc B.xls
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma visually impaired fis-sena akkademika preżenti u jista’ jindika dan fil-livelli tal-primarja u tas-sekondarja u possibilment skont is-sess?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'din is-sena skolastika hemm 63 studenti li huma visually impaired li minnhom 45 qegħdin fil-primarja u 18 fis-sekondarja.
Mit-total ta' 63 student, hemm 19 bniet u 26 subien b’visual impairment fil-primarja u 7 bniet u 11 subien fis-sekondarja.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm għalliema li qed jgħallmu studenti visually impaired fis-sena akkademika preżenti fil-livelli tal-primarja u tas-sekondarja? Jista’ jindika meta se ssir sejħa oħra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li f’din is-sena skolastika hemm żewġ Għalliema li qed jgħallmu studenti visually impaired fil-livelli tal-primarja u tas-sekondarja. Dan minbarra impjegati oħrajn bħal LSAs. Infurmat ukoll li nħarġet sejħa għal peripatetic support teacher fis-26 ta’ Frar 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-istudenti li huma visually impaired fis-sena akkademika preżenti fil-livelli tal-primarja u tas-sekondarja humiex kollha jirċievu l-attenzjoni u t-tagħlim?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li iva, l-istudenti b'visual impairment qed jirċievu l-attenzjoni u t-tagħlim min-naħa tas-servizz u mil-LSAs u l-għalliema tagħhom.
Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa – persuni li jirreġistraw għax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol residenti f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa fl-aħħar ta’ Diċembru 2015? Jista’ jindika dan post post u kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom ilhom sena jirreġistraw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, residenti Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa fl-aħħar ta` Diċembru 2015 hu kif se nsemmi:
JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL SAL-AĦĦAR TA’ DIĊEMBRU 2015
LokalitàRġielNisaTotal
Raħal Ġdid9129120
Ħal Tarxien771592
Gudja14822
Ħal Għaxaq251641
Santa Luċija37946
Marsa8515100
Total32992421
Minn dawn l-421 persuna, 219 ilhom sena u fuqhom jirreġistraw.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’kienet r-rata tal-paga kull siegħa tal-ħaddiema li għandhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom ma’ operaturi u/jew kuntratturi privati li jagħtu servizz f’xi parti mid-dikasteru li taqa' taħtu u dan wara sejħiet għall-offerti li saru wara l-1 ta’ Jannar 2012, l-1 ta’ Jannar 2013, l-1 ta’ Jannar 2014 , l-1 ta’ Jannar 2015 u l-1 ta’ Jannar 2016? X’kienet ir-rata tal-ħlas għal kull siegħa għal dawn l-istess gradi f’każ ta’ sahra matul il-ġimgħa, sahra l-Ħadd u sahra fil-festi pubbliċi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.