Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn is-CEO tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) f’dawn l-aħħar xhur iċċaqlaq għall-CEO fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS)? Jista’ jikkonferma li kellu żieda ta’ 20% fis-salarju? Jista’ jikkonferma li l-imsemmi ma żammx ruħu mad-dettami tal-liġi dwar l-ugwaljanza? Jista' jgħid jekk ittieħdux passi dixxiplinari interni dwar dan il-każ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-salarju ta’ persuna f’entità ma jkunx neċessarjament l-istess salarju f’entità oħra u d-differenza fil-paga tirrifletti d-differenza fir-rwol u x-xogħol ta’ CEO fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada (FTS).
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi jekk hu qiegħed jirreferi għall-każ li deher fil-midja soċjali, ikun infurmat illi s-CEO kien għamel apoloġija pubblika dwar dan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-istudenti fl-MCAST li qegħdin fuq apprentistat bi ħlas? Jista’ jindika wkoll kemm qed jitħallsu l-apprentisti kors b’kors u possibilment f’liema kumpaniji huma posted? Jista’ jindika wkoll kemm huwa l-ammont ta’ sigħat ta’ taħriġ fix-xahar hu mistenni li jkun hemm u jekk il-kundizzjonijiet ġewx mibdula?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-total ta’ studenti fl-MCAST li qegħdin fuq apprentistat bi ħlas huwa 834 li huma maqsumin f’132 apprentist fuq programmi tal-livell 3 u 702 apprentisti fuq programmi tal-livell 4.
Il-kumpaniji u l-industriji jagħtu kontribut finanzjarju skont il-leġislazzjoni preżenti ta’ €49.97 fil-ġimgħa matul l-ewwel sena kollha, €52.20 fil-ġimgħa matul it-tieni u €75.87 fil-ġimgħa matul t-tielet sena tal-apprentistat rispettivament. Dan il-kontribut jibqa’ jingħata anki meta l-istudenti ma jkunux fuq il-post tax-xogħol u jkunu qed jattendu l-MCAST għall-istudji tagħhom. Barra minn hekk l-istudenti apprentisti jingħataw l-stipendju sħiħ mill-Gvern bħall-istudenti l-oħra kollha post-sekondarji matul is-sentejn tal-kors. Bid-differenza ta’ studenti post-sekondarji l-oħra, mis-sajf tas-sena l-oħra l-istudenti qed jibqgħu jingħataw l-istipendju anki matul is-sajf tal-ewwel u tat-tieni sena.
Matul is-sena skolastika l-istudenti apprentisti jaħdmu total ta’ 64 siegħa fix-xahar. Matul ix-xhur tas-sajf l-istudenti apprentisti jaħdmu 160 siegħa fix-xahar, maqsumin fuq 40 siegħa fil-ġimgħa.
Il-kundizzjonijiet huma skont il-liġi preżenti.
It-total ta’ kumpaniji u entitajiet li qed iħaddmu studenti apprentisti huwa 417.
ETC – proċess ta’ rebranding – tenders, direct order jew assignments
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li se jiswa l-proċess ta’ rebranding tal-ETC f’JOBS + Malta? Jista’ jippubblika l-lista ta’ tenders, direct orders għal xogħlijiet jew assignments f’dan ir-rigward u jindika min ġie magħżul biex jesegwixxi dan x-xogħol? Jista’ jindika min ħa ħsieb l-implimentazzjoni ta’ dan ix-xogħol fil-Korporazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-dettalji mitluba għall-proċess ta’ rebranding tal-ETC f’Jobsplus.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-trasferiment tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għall-CEO fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) kienx jinkludi wkoll nies oħrajn? Jekk iva, min huma u x’kariga jokkupaw u kif intgħażlu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament ma kienx trasferiment u ma ġie trasferit l-ebda uffiċjal miegħu. Il-PA tal-persuna indikata mill-Onor. Interpellant meta kien mal-ETC reġa’ gie impjegat bħala PA fuq bażi ta’ ‘position of trust’ mal-FTS.
Kien hemm ukoll persuna oħra li kienet Communications Manager mal-ETC u li ġie approvat li dan jiġi seconded mal-FTS.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn studenti fl-iskejjel sekondarji li kienu qegħdin jiġu mgħallma l-Latin tul is-sena skolastika 2015/2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tul is-sena skolastika 2015/2016 fl-Iskejjel Sekondarji kemm dawk tal-Istat kif ukoll tal-Knisja u Indipendenti, ma kienx hemm studenti li kienu qegħdin jiġu mgħallma l-Latin.
Korp tal-Pulizija – uffiċjali li rtiraw jew irriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm membri u uffiċjali fil-Korp tal-Pulizija li minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Mejju 2016 irtiraw jew irriżenjaw mill-Korp? Jista’ jindika kemm hija l-forza attwali?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li mill-1 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Mejju 2016, spiċċaw 331 membru milli jservu fil-Korp. Attwalment, hemm 2,069 il-membru jservu fil-Korp tal-Pulizija.
Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra f’liema pożizzjoni wasal il-permess li ġie sottomess oriġinarjament mal-MEPA sabiex jiġi żviluppat mill-ġdid is-sit tal-ex Jerma Palace Hotel, f’Wied il-Għajn?
Wied il-Għajn – ġbir ta’ xaħam li joħroġ mill-fish farms
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk saritx u jekk fin-negattiv jara jekk huwiex possibbli li ssir evalwazzjoni u investigazzjoni ta’ ġbir ta’ dak li qiegħed jissejjaħ mir-residenti ta’ Wied il-Ghajn bħala “xaħam“ li qiegħed jiġi allegat li joħroġ mill-fish farms u li għal numru ta’ drabi qed jinġabar mal-mollijiet tal-istess post?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minbarra prattiċi ġodda ta’ kif titma l-ħut, sabiex jitnaqqas il-ħruġ ta’ żejt mill-ikel tal-ħut fl-ibħra tal-madwar, iż-żewġ operaturi fl-inħawi ta’ Wied il-Għajn, minn dan l-istaġun, se jibdew jużaw tagħmir sabiex iż-żejt li joħroġ fl-ilma ta’ madwar il-gaġġeġ, jinġabar. Dan l-iskart jiġi pproċessat skont ir-regolamenti viġenti. Barra minn hekk il-Ministeru m’għandux provi konkreti li dan l’ hekk imsejjaħ xaħam huwa verament ġej mill-gaġġeg tal-ħut u jista’ jkun possibli wkoll li jiġi minn proċessi naturali.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm saru spejjeż tul is-sena li għaddiet u din is-sena sa Mejju 2016 in konnessjoni ma’ vjaġġi mill-Ministeru? Jista’ jinforma lill-Kamra kemm-il darba siefer f’dan il-perjodu u għal liema raġuni jew inizjattiva?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bejn Jannar 2015 u Mejju 2016, sefirt 14-il darba. Ir-raġunijiet li għalihom sefirt huma kif muri fit-tabella t'hawn taħt:
Pajjiż
Għan tas-safra
Londra - U.K.
Education World Forum 2015
Bonn-Ġermanja
UNEVOC - Delegazzjoni Ministerjali
Pariġi - Franza
Informal Ministerial Meeting
Madrid - Spanja
Ministerial Meetings in Madrid Political Dialogue 5+5
Riga - Latvija
Talinn - Estonja
2nd Senior Official's Meeting & 5th ASEM Education Ministers' Meeting (ASEMMES)
Riga - Latvija
Practical Information, Informal Meeting of Ministries of Labour & Social Affairs
Lussemburgu
Drop Out Prevention Programme
Bahamas
19th Conference of Commonwealth Education Ministers
Lussemburgu
Informal Meeting of Ministers for Employment & Social Affairs
Belġju
Education, Youth, Culture & Sports Meeting
Belġju
EPSCO Council Meeting
Belġju
Tripartite Social Summit for Growth & Employment
Olanda
Meeting of Social Affairs & Employment (EPSCO)
Renju Unit
U.T.C. Meetings
In-nefqa b'konnessjoni ma' dawn il-vjaġġi tammonta għal €86,598.24 li tinkludi wkoll l-ispejjeż għal persuni li fformaw parti mid-delegazzjonijiet ta' dawn il-vjaġġi.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew irrapportati reati ta’ serq minn Marzu 2015 sa Marzu 2016 fiż-Żejtun? Jista’ jindika wkoll kemm ġie kommess serq minn djar privati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-numru globali ta’ serq rapportat lill-Pulizija fil-lokalita’ taż-Zejtun mill-1 ta’ Marzu, 2015 sal-31 ta’ Dicembru, 2015 kien jammonta għal disgħin (90) każ. Mill-1 ta’ Jannar, 2016 sal-31 ta’ Marzu, 2016 in-numru globali kien jammonta għal sittax (16) il-każ ta’ serq. Serq min residenzi fil-lokalita taż-Zejtun bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Dicembru, 2015 jammonta għal ħdax (11) il-każ, filwaqt li bejn l-1 ta Jannar, 2016 u l-31 ta’ Marzu, 2016, l-ammont kien ta’ erba (4) kazi. Tabella b'aktar informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Attachments:PQ 25878 - Zejtun – Reati ta’ Serq.docx
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm persuni impjegati preżentament fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u jista’ jindika wkoll il-grad tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali hemm preżentament 55 persuni impjegati maqsuma f’dawn il-gradi
Avukat Ġenerali 1
Assistant Avukat Ġenerali 2
Senior Lawyers 4
Avukati 21
Prokuratur Legali 4
Konsulenti 3
Kap Amminstrazzjoni 1
Assistant Prinċipali 2
Uffiċċjal fi Skala 11 1
Uffiċċjali Ezekuttivi 3
Skrivana 10
Messaġiera 1
General Hands 2
Total 55
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – servizz ta’ medjazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi qegħdin jittieħdu fil-preżent sabiex is-servizz ta’ medjazzjoni taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi jiġi offrut aħjar? Jista’ jinforma jekk effettivament sarux sessjonijiet ta’ medjazzjoni u jekk iva kemm?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bħala waħda mill-Budgetary Measures għas-sena 2016, irid jibda jitħaddem il-Victim Offender Mediation. S’issa s-sessjonijiet tal-Victim Offender Mediation ma setgħawx jibdew minħabba li kellu jinbena l-qafas sabiex dan jista’ jitħaddem sew u jiġi evitat is-secondary victimisation. Madanakollu sabiex il-medjazzjoni taħdem aħjar saru diversi inizjattivi fosthom:
· Saru diversi laqgħat regolari, bejn il-membri tal-Victim Offender Mediation Committee sabiex isiru l-preparamenti kollha neċċessarji sabiex jitwaqqaf il-Victim Offender Mediation. F’dawn il-laqgħat tfassal il-Victim’s Charter, kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti, kif ukoll id-dokumenti kollha meħtiega sabiex ikun jista’ jitħaddem il-medjazzjoni (bħal referral form, u l-kuntratt ta’ bejn il-partijiet);
· Rilokazzjoni għall-bini ġdid sabiex jista’ jiġi implimentat il-medjazzjoni, f’bini iktar mgħammar u addatat għal dan, li jinkludi waiting area separat mill-offenders, kamra sabiex isiru l-laqgħat bejn iż-żewg partijiet, jiġifieri bejn il-vittma u l-offender, kif ukoll ġew implimentati mi¿uri ġodda relatati mas-sigurtà;
· Saru xi laqgħat mal-istakeholders relevanti, bħal-laqgħa mad-dekan tal-liġi;
· Sar ukoll programm ta’ taħriġ għall-medjaturi prospettivi (fuq firxa ta’ diversi xhur u nħareġ ukoll ċertifikat ta’ parteċipazzjoni).
· Tfasslet l-Expression of Interest sabiex isir sejħa għall-medjaturi prospettivi;
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – talbiet għall-parole
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet għall-parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi tul dawn l-aħħar tmintax-il xahar u kemm ġew milqugħa, kemm għad hemm pendenti u kemm ġew miċħuda?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li minn Novembru 2014 sa Mejju 2016:
Applikaw għall- Parole: 155 applikant
Ingħataw il-Liċenza tal-Parole: 42 applikant
Ma ngħatawx il-Liċenza tal-Parole: 76 applikant
Pendenti sal-aħħar ta’ Mejju 2016: 21
Wied il-Għajn – Triq il-Blajjiet – stallazzjoni ta’ dawl
Question
B’referenza għad-domandi parlamentari preċedenti jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il-darba jistax isir stallazzjoni ta’ dawl fi Triq il-Blajjiet Wied il-Għajn bejn Triq iż-Żonqor u Hurd’s Bank u jekk tistax tittieħed id-deċiżjoni li dan isir?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija Enemalta hija responsabbli biss mill-konessjoni tal-lampi mas-sistema tad-distribuzzjoni wara li jkunu ġew installati mill-awtoritajiet kompetenti.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti fl-iskejjel primarji tal-Fgura preżentament? Kemm minnhom huma subien u kemm huma bniet? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm għalliema u impjegati, possibbilment skont l-iskala tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti bniet u subien fl-iskejjel primarji tal-Fgura hu kif ġej:
Skola
Subien
Bniet
Total
Fgura A
291
267
558
Fgura B
169
124
293
It-tagħrif l-ieħor mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq minn Marzu 2015 sa Marzu 2016 f’Wied il-Għajn? Jista’ jindika wkoll kemm ġie kommess serq minn djar privati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-numru globali ta’ serq rapportat lill-Pulizija fil-lokalita’ ta Marsaskala mill-1 ta’ Marzu, 2015 sal-31 ta’ Dicembru, 2015 kien jammonta għal mija u erbagħtax (114) il-każ. Mill-1 ta’ Jannar, 2016 sal-31 ta’ Marzu, 2016 in-numru globali kien jammonta għal sitta u tletin (36) każ ta’ serq. Serq minn residenzi fil-lokalita ta’ Marsaskala bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Dicembru, 2015 jammonta għal ħmistax (15) il-każ, filwaqt li bejn l-1 ta Jannar, 2016 u l-31 ta’ Marzu, 2016, l-ammont kien ta’ ħames (5) każi. Informazzjoni aktar dettaljata dwar it-tip ta’ serq rapportat qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 25872 - Wied il-Ghajn - Reati ta' Serq.docx
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inġabru flus għad-drittijiet u spejjeż dovuti mir-Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) mill-bidu ta’ din is-sena sal-aħħar ta’ Mejju 2016 u possibbilment jiġu indikati xahar b’xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Mill-bidu ta’ din is-sena sal-aħħar ta’ Mejju 2016 ir-Reġistratur tal-Qorti ta’ Malta (Ċivili) ġabar dawn l-ammonti:-
JannarFrarMarzuAprilMejjuTOTAL
€€€€€€
300,217.01324,054.42358,046.30384,354.76353,365.101,720,037.59
Mill-bidu ta’ din is-sena sal-aħħar ta’ Mejju 2016 ir-Reġistratur tal-Qorti ta’ Għawdex (Ċivili) ġabar dawn l-ammonti:-
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
TOTAL
€
€
€
€
€
€
19,196.11
20,187.52
15,414.58
17,709.42
41,583.61
114,091.24
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – vjaġġi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm saru spejjeż tul is-sena li għaddiet u din is-sena sa Mejju 2016 in konnessjoni ma’ vjaġġi mill-Ministeru? Jista’ jinforma lill-Kamra kemm-il darba siefer f’dan il-perjodu u għal liema raġuni jew inizjattiva?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.