Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #26371 Sitting 413 2016-07-05 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali — seduti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il seduta nżammet s’issa mit-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna jew kumpanija tressqu quddiem dan it-Tribunal u kemm minnhom ġew blacklisted? Min huma dawn il-persuni jew kumpaniji li ġew blacklisted?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-Tribunal għas-Sanzjonijiet żamm għaxar seduti minn mindu ġie appuntat fil-31 ta Mejju 2015. S’issa ma ġie mressaq ebda każ quddiem dan it-Tribunal.

Ħaddiema li jagħmlu volontarjat barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’inhi l-politika preżenti fis-settur pubbliku fir-rigward ta’ ħaddiema li jagħżlu li jagħmlu perjodu ta’ żmien fuq servizz fil-volontarjat barra minn Malta? Jista’ jindika billi possibbilment jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-referenza speċifika? Jista’ jindika kemm kienu l-applikanti għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 u f’liema pajjiż marru kif ukoll jgħid kemm-il applikazzjoni ġew rifjutati għas-snin imsemmija u fuq liema bażi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Rżiezet għat-trobbija ta’ baqar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il razzett liċenzjat għat-trobbija tal-baqar hawn f’dawn l-gżejjer li preżentement qegħdin fl-abitat? Jista’ jindika kemm-il-wieħed se jiġi mċaqlaq mill-abitat? Jista’ jindika wkoll kemm-il razzett hemm ġewwa l-Fgura, Ħal Tarxien, il-Gudja, Ħal-Għaxaq, Wied il-Għajn u ż-Żejtun?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ rziezet liċenzjati għat-trobbija tal-baqar, li preżentament jinsabu fl-abitat (jew fil-viċin tal-abitat) u li għandhom il-ħtieġa li jiġu rilokati huma 4. Dawn jinsabu f’dawn il-lokalitajiet: Tarxien, Birgu, Għaxaq u Msida. Hemm razzett ieħor, li jinsab ġewwa l-Fortizza f’Ħaż-Żabbar (mhux fl-abitat), li hemm bżonn li jiġi rilokat ukoll.

Reati ta’ serq rappurtati

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25865, jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn ir-reati huma rrapportati li twettqu fuq anzjani?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-każi ta’ serq msemmija 1, 595 każ ġew irreġistrati persuni b’età ta’ sittin sena jew aktar bħala vittma. Infurmat illi dan ma jfissirx li dawn il-persuni kienu kollha fil-mira diretta ta’ l-aggressur, peress li whud mir-rapporti rreġistrati kienu jinkludu aktar vittmi ta’ persuni b’etajiet diversi.

Suġġetti tal-O’Levels – resits matul is-sajf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sena humiex se jerġgħu jiġu organizzati lezzjonijiet tal-privat b’xejn matul is-sajf, għar-resits fuq is-suġġetti ta’ O’Levels tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u l-Fiżika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din is-sena se jerġgħu jiġu organizzati lezzjonijiet tal-privat b’xejn matul is-sajf, għar-resits fuq is-suġġetti ta’ O’Levels tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u l-Fiżika.

Wied il-Għajn, il-Fgura u ż-Żejtun – każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ vjolenza domestika li seħħew fil-lokalitajiet ta’ Wied il-Għajn, il-Fgura u ż-Żejtun f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 25915.

Persuni li tilfu l-impjieg tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li f’din il-leġiżlatura tilfu l-impjieg tagħhom għax twaqqfu mix-xogħol jew għaliex l-entità li magħha kienu jaħdmu għalqet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta mitluba ma tagħtix stampa ċara tas-sitwazzjoni tal-impjiegi f’pajjiżna. Filfatt infurmat li, għalkemm minn Marzu 2013 sal-lum in-numru ta’ persuni li l-impjieg tagħhom jew twaqqaf jew għaliex in-negozju li kienu jaħdmu miegħu għalaq huwa ta’ 11,941 persuna, sa Novembru 2015 meta mqabbel ma’ Diċembru 2013 kien hemm żieda ta’ 14,071 impjieg full-time u 3,533 impjieg part-time. Dan kif muri fl-istatistika li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19515.
Leg 12 PQ #26367 Sitting 412 2016-07-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni neqsin mid-dawl – tibdil fil-votazzjoni tal-elezzjonijiet ġenerali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk kemm-il darba huwiex previst li jiġu mressqa tibdiliet legali u amministrattivi sabiex persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet ġenerali u lokali b’metodi iktar moderni milli għandhom preżentement?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Raħal Ġdid – Vjal Sir Paul Boffa — siġar

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21766, jista’ l-Ministru jara jekk rappreżentanti tad-Dipartiment tal-Ambjent jistgħux jmorru fuq il-post sabiex jikkonstataw is-sitwazzjoni tas-siġar li hemm fil-bidu ta’ Vjal Sir Paul Boffa Raħal Ġdid billi jidher li dawn kibru ħafna u jistgħu jiġu miżbura aħjar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 21766. Inżid ngħid li l-Ministeru ħa nota ta’ din il-Mistoqsija u bħala l-Ministru responsabbli mill-ambjent, ser insegwi l-ilment mal-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #26328 Sitting 411 2016-06-28 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Income Tax – Rifużjonijiet – ammont ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu previst li se jitħallsu persuni li għandhom jieħdu lura ammonti ta’ flus f’rifużjonijiet fuq Income Tax sal-aħħar ta’ Mejju 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant illi d-Dipartiment għadu ma ħallasx rifużjonijiet fuq l-Income Tax dovuti sal-aħħar ta’ Mejju 2016 prinċipalment minħabba problemi tekniċi fis-sistema tal-IT. Id-dipartiment qed jagħmel l-almu tiegħu biex dawn il-problemi jiġu solvuti u r-rifużonijiet jitħallsu mill-aktar fis possibbli.
Leg 12 PQ #26329 Sitting 411 2016-06-28 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

VAT – Rifużjonijiet – ammont ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu previst li se jitħallsu persuni li għandhom jieħdu lura ammonti ta’ flus f’rifużjonijiet fuq VAT sal-aħħar ta’ Mejju 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ rifużjonijiet fuq VAT dovuti sa l-aħħar ta’ Mejju 2016 ser jitħallsu hekk kif stipulat u tipprovdi l-istess Liġi tal-Att tal-VAT.

Raħal Ġdid u Ħal Tarxien – requisitions orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad fadal requisition orders li għadhom pendenti? Jista’ jindika kemm għad fadal requisition orders fuq proprjetajiet f’Raħal Ġdid u Ħal Tarxien?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 170–il requisition order, li għadhom pendenti, u li minnhom 9 huma fuq proprjetajiet f’Raħal Ġdid filwaqt li 3 huma fuq proprjetajiet f’Ħal Tarxien.

Il-Fgura – Triq San Tumas – servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jiġi estiż is-servizz tat-Trasport Pubbliku sabiex tgħaddi karozza tal-linja mill-Fgura sa Ħal Tarxien mill-parti ta’ fuq ta’ Triq San Tumas Fgura?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li Triq San Tumas ġewwa l-Fgura hija kemm xejn twila, liema triq taqsam il-lokalita’ minn tarf għal-ieħor, nitolbu sabiex ikun aktar speċifiku għal-liema parti ta’ Triq San Tumas qed jirreferi għaliha.

Marsascala Primary School – Non-Maltese Speaking Parents – Teaching Maltese Language to Adults

Question

To ask the Minister, whether he is aware that a significant number of non-Maltese speaking parents whose children are following studies at the Marsascala Primary School are interested in learning the Maltese language themselves? In view of this, can the Minister indicate the possibility to start teaching the Maltese language to these foreign adult students at the above-mentioned school or in a neighbouring school during the day in the next academic year? Can the reply be forwarded in the English language?

Response (BARTOLO, EVARIST)

I am informed that the Directorate for Lifelong Learning already offers this service to non-Maltese speaking parents and will continue to offer during the next scholastic year 20 courses in Maltese as Foreign Language, across different centres in Malta and Gozo. These courses are open to all adults. Registrations open on 12 July 2016.

Skejjel Sekondarji – Għalliema fil-lingwa tal-Latin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm għalliema fl-iskejjel sekondarji li tul s-sena akkademika li għaddiet, għallmu l-Latin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul is-sena skolastika li għaddiet, fl-Iskejjel Sekondarji kemm dawk tal-Istat kif ukoll tal-Knisja u Indipendenti ma kienx hemm għalliema li għallmu l-Latin.

Skejjel tal-Istat – xiri ta’ kotba bil-lingwa Griega

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba bil-Grieg għall-iskejjel tal-Istat tul dawn l-aħħar sentejn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm xiri ta’ kotba bil-lingwa Griega tul dawn l-aħħar sentejn.

Skejjel Sekondarji – tagħlim tal-lingwa Griega

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn studenti fl-iskejjel sekondarji li kienu qegħdin jiġu mgħallma l-Grieg tul is-sena skolastika 2015/2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul is-sena skolastika 2015/2016 fl-Iskejjel Sekondarji kemm dawk tal-Istat kif ukoll tal-Knisja u Indipendenti, ma kienx hemm studenti li kienu qegħdin jiġu mgħallma l-Grieg.

Skejjel Sekondarji – Għalliema tal-lingwa Griega

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm għalliema fl-iskejjel sekondarji li tul is-sena akkademika li għaddiet għallmu l-lingwa Griega?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul is-sena skolastika li għaddiet, fl-Iskejjel Sekondarji kemm dawk tal-Istat kif ukoll tal-Knisja u Indipendenti ma kienx hemm għalliema li għallmu l-Grieg.
Leg 12 PQ #26326 Sitting 410 2016-06-27 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Income Tax — rifużjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammonti ta’ flus li għandhom jiġu mħallsa lura f’rifużjonijiet fuq l-Income Tax sal-aħħar ta’ Mejju 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rifużjonijiet fuq l-Income Tax dovuti sal-aħħar ta’ Mejju 2016 kienu jammontaw €703,666. Dawn jinkludu ammont ta’ €578,101 li dwaru qed nistennew ftehim biex jinqatgħa kontra bilanċ dovut lill-VAT. Dawn il-figuri ma jinkludux ammonti li kienu ivvizjati, jiġifieri li għadhom mhux legalment dovuti.