Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – uffiċjali li rtiraw jew irriżenjaw

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 25883, jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm persuni ta’ sess femminili u maskili mit-331 membru tal-Korp li waqfu jservu? Jista’ jindika kemm minnhom spiċċaw bl-età u kemm wara 25 sena servizz?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Community Work Scheme – assenjazzjoni ta’ ħaddiema mal-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema sistema qed jiġu assenjati l-ħaddiema tal-Fondazzjoni li qed tħaddem il-Community Work Scheme mal-kunsilli lokali u x’inhuma l-kriterji uffiċjali biex dan isir? Jista’ jindika kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-kunsilli lokali u ma’ liema? Jista’ jgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda tibdil fil-mod ta’ kif jiġu assenjati l-ħaddiema mal-Kunsilli Lokali. L-assenjazzjoni tal-parteċipanti kemm meta kienu fil-Community Work Scheme u kemm issa taħt it-tmexxija tal-Fondazzjoni, hija fid-deskrizzjoni ta’ Jobsplus. Rigward il-kumplament tal-informazzjoni mitluba, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 25228 u 25378.

Forzi Armati ta’ Malta – uffiċjali u membri li rriżenjaw/irtiraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri u uffiċjali fil-Forzi Armati ta’ Malta li minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Mejju 2016 irtiraw jew irriżenjaw mill-Korp?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li li fil-perijodu msemmi irtiraw jew irriżenjaw mill-Forzi Armati ta’ Malta 22 Ufficjal u 254 suldat regulari.
Leg 12 PQ #26624 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Għajn –żvilupp tas-sit tal-ex Jerma Palace Hotel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25884 u jinforma lill-Kamra f’liema pożizzjoni wasal il-permess li ġie sottomess oriġinarjament mal-MEPA sabiex jiġi żviluppat mill-ġdid is-sit tal-ex Jerma Palace Hotel, f’Wied il-Għajn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-istess Awtorita għandha quddiemha applikazzjoni 'Outline' PA3836/08 u mhux permess kif ntqal fil-mistoqsija tiegħu, fejn qed jintalab twaqqigħ sħiħ tal-lukanda Jerma f’Wied il-Għajn u bini mill-ġdid ta' lukanda kif ukoll numru ta' residenzi li jagħmlu parti minn pjan ta' proġett sħiħ. Din l-applikazzjoni giet sottomessa fit- 2 ta' Awwissu 2008 u giet ippubblikata għall-konsultazzjoni pubblika fit- 3 ta' Settembru 2008 għal-terminu ta' 21 ġurnata. Bejn it-22 ta' Ottubru 2008 u t-23 ta' Marzu 2009, l-istess applikazzjoni għaddiet mill-proċess ta' konsultazzjoni fi ħdan l-Awtorita' tal-Ippjanar fejn ġie stabbilit illi kull żvilupp propost fuq dan is-sit huwa suġġett għal-Development Brief kif gie stabilit fil-Pjan Lokali ta’ Marsaskala. L-applikant gie informat, permezz ta' ittra uffiċjali datata 23 ta' Marzu 2009, illi jekk jagħżel li jkompli bl-iproċessar tal-applikazzjoni, id-Direttorat tal-Ippjanar ikollu jipproċedi billi japplika l-Planning Policies tal-Pjan Lokali preżenti, cioe' jipproċedi b'rakkomandazzjoni negattiva għal-deċizjoni quddiem il-Bord tal-Ippjanar. Għalhekk din l-applikazzjoni tinsab sospi¿a tistenna sottomissjonijiet mill-applikant wara li l-Awtorità informatu illi kull żvilupp propost fuq dan is-sit huwa suġġett għal- Development Brief kif mitlub mill-Pjan Lokali taż-żona.

Jobsplus — Korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’korsijiet qed isiru bħalissa mill-Jobsplus marbuta ma’ xogħol fl-injam, xjenza elettronika, plastering, tile laying u welding? Jista’ jindika minn min qed isiru dawn il-korsijiet, kemm ġew outsourced u kemm ġew ingaġġati b’direct order? Jista’ jagħti lista sħiħa tal-kumpaniji li ġew outsourced għal dawn il-korsijiet u fuq kemm-il sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li Jobsplus tikkonferma illi l-ebda mill-korsijiet tagħha, inklużi dawk indikati mill-Onor. Interpellant, ma ġew outsourced lil xi kumpanija. Id-dettalji dwar il-korsijiet imsemmija huma kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Kors Numru ta’ korsijiet pjanati Numru ta’ korsijiet li tkomplew Numru ta’ korsijiet li ġew kanċellati Numru ta’ korsijiet li għadhom ma tlestewx Electrician’s Assistant 2 1 1 0 Electrical Domestic Licence A 4 1 1 2 Tile Laying 1 0 1 0 Plastering 1 0 1 0 Carpentry & Joinery 0 0 0 0 Welding 0 0 0 0 Il-korsijiet offruti minn Jobsplus huma kollha mgħallma minn trainers ingaġġati ma’ Jobsplus fuq bażi part-time casual.

Jobsplus — persuni li jirreġistraw għax-xogħol ingaġġati fis-servizz ta’ sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol ġew effettivament ingaġġati fis-servizz ta’ sigurtà assenjati ma’ Jobsplus? Jista’ jindika meta nħarġu l-liċenzji tas-sigurtà tagħhom? Jista’ jindika jekk huwiex għaddej b’refresher courses għal dawk il-persuni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’April ta’ din is-sena ġew ingaġġati żewġ persuni fis-servizz ta’ sigurtà. Infurmat minn Jobsplus li t-tnejn li huma għandhom liċenzja valida. Bħalissa mhuwiex għaddej refresher course għal dawn il-persuni.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – vjaġġi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25877, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-aġenda u x’pożizzjoni ġiet meħuda fin-19th Conference of Commonwealth Education Ministers li saret fil-Bahamas?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-aġenda fid-19-il Konferenza tal-Ministri tal-Edukazzjoni fi ħdan il-Commonwealth li saret f’Nassau, il-Bahamas bejn it-22 u s-26 ta’ Gunju 2015 ittrattat il-ftuħ ta’ fora bejn l-għalliema, żgħażagħ u stakeholders oħra, l-innovazzjoni, il-multi-stakeholding, għanijiet post-2015 fi ħdan l-edukazzjoni, il-bżonn li tiġi iktar avvanzata l-edukazzjoni għolja fil-Commonwealth, il-ħtieġa ta’ kwalità fl-edukazzjoni, il-ħtigijiet fl-edukazzjoni bażika, l-edukazzjoni, il-ħiliet u l-impjiegi, it-titjib fit-tagħlim u fit-taħriġ kontinwu tal-għalliema, l-integrazzjoni tal-ICT fl-edukazzjoni, fis-sistemi kollha tagħha u f’oqsma differenti, l-implikazzjonijiet tal-kwalità fl-edukazzjoni, u l-ispejjeż u l-iffinanzjar involuti, u l-għaxar snin li ġejjin. Rigward x’pożizzjoni ttieħdet, dawn huma l-iktar punti importanti li tqajjmu: Il-Ministri għarfu r-rwol li l-edukazzjoni bikrija għandha bħala pedament għat-tagħlim tul il-ħajja, kif ukoll aspetti oħra relatati f’dar-rigward fosthom aspetti ekonomiċi u soċjali. Għalhekk il-bżonn ta’ investiment kontinwu kif jixraq f’dan l-istadju. Inħasset ukoll il-ħtieġa li jissaħħu l-istituzzjonijiet pubbliċi, li jkun hemm sħubija mal-privat u s-soċjetà ċivili b’mod effettiv, pożittiv u kontabbli, sabiex il-komunità tkun moqdija aħjar. Il-Ministri qablu li jkomplu jkabbru l-prattiċità fil-promozzjoni tal-gender mainstreaming ħalli jkun hemm ugwaljanza fil-ġeneri; dan jinkludi inqas ostakoli fejn tidħol l-edukazzjoni għall-bniet, kif ukoll iktar attenzjoni u impenn fejn jidħlu tfal li ma jkunux qed iġibu r-riżultati meħtieġa. Il-Ministri ikkommettew irwieħhom li jagħmlu użu effettiv tat-teknoloġija u l-innovazzjoni fl-ICT sabiex jiżguraw li l-edukazzjoni tkun ta’ kwalità għolja, aċċessibbli u ekwitabbli. Kien hemm ukoll emfasi fuq l-online learning bħala għodda universali għall-edukazzjoni, u l-irwol tal-Commonwealth of Learning bħala mezz ta’ innovazzjoni u li jkun hemm: · iktar appoġġ għall-iżvilupp tal- lifelong learning bħala fattur importanti fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Commonwealth. Il-Ministri talbu sabiex ikun hemm iktar sforzi sabiex jintlaħqu iktar nies li ma komplewx l-iskola jew ma kellhomx aċċess għall-edukazzjoni bażika u li jixtiequ jkomplu l-iżvilupp professjonali tagħhom; · iktar appoġġ għal boroż ta’ studju u fellowships mill-Commonwealth bħala mezz ta’ koperazzjoni u iktar mobilità bejn l-istati-membri, u kollaborazzjoni effettiva fir-riċerka; · Commonwealth Education Ministers Action Group liema grupp ikollu wkoll rappreżentanza reġjonali.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – vjaġġi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25877, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-aġenda u x’pożizzjoni ġiet meħuda fil-Unevoc-Delegazzjoni Ministerjali li saret fil-Ġermanja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-aġenda kienet tinkludi laqgħa ma’ Dr Shymal Majundra, il-Kap tal-UNESCO UNEVOC. Matul din il-laqgħa ġie diskuss ix-xogħol tal-UNEVOC fid-diversi pajjiżi li hi rrappreżentata fihom. Fost oħrajn, ġew diskussi l-isfidi għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Id-delegazzjoni Maltija ppreżentat id-diversi inizzjattivi u programmi ġewwa Malta sabiex l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jingħata l-importanza mistħoqqa. Permezz ta’ din il-laqgħa, ġie milħuq ftehim sabiex terġa’ tiġi attivata s-sħubija ta’ Malta, permezz tal-MCAST, bħala membru fi ħdan l-UNEVOC.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – vjaġġi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25877, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-aġenda u x’pożizzjoni ġew meħudin waqt il- Ministerial Meetings in Madrid Political Dialogue 5+5?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Bi tweġiba għal din il-mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-konklużjonijiet li ħarġu minn din il-Konferenza Ministerjali. Bħala segwitu għal din il-laqgħa ministerjali, Malta kompliet ikollha rwol attiv fejn ġew nominati żewġ uffiċjali biex jirrappreżentaw lil Malta fil-Grupp ta' Uffiċjali Għolja (Senior Officials) imwaqqfa minn din id-Dikjarazzjoni. Il-laqgħa li jmiss ta’ dan il-Grupp se ssir fil-11-12 ta' Ottubru 2016. Din se tkun l-aħħar laqgħa qabel il-Konferenza Ministerjali li jmiss tal-5+5 ppjanata għal Marzu 2017 fit-Tuneżija. Din il-Konferenza Ministerjali hija mistennija li tappoġġa l-prijorità tal-Presidenza tagħna fuq il-PRIMA.

ETC – proċess ta’ rebranding – tenders, direct order jew assignments

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26318, jista’ l-Ministru jindika għalfejn hemm numru ikbar ta’ direct orders milli calls for tender għar-rigward ta’ Jobs+?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mitluba kienu urġenti u ta’ valur żgħir għal kull biċċa xogħol. Kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26318, xogħlijiet li huma akbar fil-valur u li l-konsum tagħhom huwa rikurrenti, ġew ikkummissjonati permezz ta’ sejħiet għall-offerti.

Il-Kalkara – Triq il-Progress — asfaltar

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26332, jista’ l-Ministru jgħid meta dan ix-xogħol fi Triq il-Progress fil-Kalkara huwa previst li jibda?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender biex isiru x-xogħlijiet neċessarji fuq din it-triq inħareġ u qiegħed jiġi aġġudikat.

Amministrazzjoni tal-Iskema ta’ Community Work

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-kumpanija li qed tamministra l-iskema tal-Community Work hijiex reġistrata fuq Fondazzjoni partikolari reġistrata l-Ħamrun? Jista’ jikkonferma li fi Frar 2016 kien hemm 600 ruħ li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol li ġew effettivament trasferiti mal-Fondazzjoni? Jista’ jinforma lill-Kamra bil-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn l-impjegati? Jista’ jqiegħed lista ta’ placements f’entitajiet speċifiċi tal-ħaddiema ingaġġati mill-Fondazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema kollha ġew ingaġġati. Rigward il-kumplament tal-informazzjoni mitluba, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 25228, 25274 u 25378.
Leg 12 PQ #26599 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

BICAL Bank – Kredituri — pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li fi żmien qasir isir l-aħħar pagament lill-kredituri tal-BICAL bank?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmi pagament aħħari dovut lill-kredituri ma jistax isir minħabba li l-fondi tal-BICAL preżentament jinsabu ibblokkati b’sekwestru li sar. Sakemm ma jkunx hemm ir-revoka tas-sekwestru, il-kontrollur ma jkunx f’pożizzjoni li jagħmel dan l-aħħar pagament.

Wied il-Għajn – ġemelaġġ Douselage

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beda l-ġemelaġġ Douselage ma’ diversi pajjiżi oħra mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn? Kemm kienet l-ispiża tal-Kunsill Lokali kull sena biex jieħu sehem f’dan il-ġemelaġġ? X’benefiċċji qiegħda tħalli din l-inizjattiva?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Marsaskala ilha msieħba ma’ diversi Kunsilli Lokali tad-Douzelage f’proġetti tal-EU li permezz tagħhom saru diversi proġetti u attivitajiet sa mill-2009. Il-Kunsill tella diversi żgħażagħ fuq proġetti tal-EU u kien ukoll project leader ta’ żewġ proġetti tal-EU fejn ksibna l-fondi tal-EU biex saru żewġ attivitajiet f’Malta. Il-Kunsill irnexxielu wkoll iġib xi ħaddiema barranin biex jaħdmu fi stabbilimenti f’Marsaskala fuq skemi Leonardo Da Vinci. Għal bosta snin, il-Kunsill kien jokkupa l-Viċi Presidenza tad-Douzelage. L-ispiża tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala kull sena fir-rigward ta’ dan il-ġemelaġġ, tinsab fit-tabella t’hawn taħt: 2009 €1621.23 2010 €2972.50 2011 €5904.06 2012 €3401.67 2013 €2536.30 2014 €2061.44 2015 €1515.00 2016 €1318.65
Leg 12 PQ #26601 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Bereġ — użu

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18331, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li l-Gvern jara li l-bereġ ta’ Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura jkunu devoluti biex f’dawn il-bereġ jiġu introdotti aktar servizzi fostom il-Lifestyle Clinics?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-devoluzzjoni tal-Bereg ssir b’diskussjoni mal-kunsilli lokali nvoluti u bi qbil mal-kunsilliera tal-lokalita’. Fil-berga ta' Marsaskala ghadu kemm sar xoghol ta' manutenzjoni u tisbieh u qieghed issir ezercizzju sabiex din il-berga tinfetah f'aktar granet. Fil-Fgura hemm diskussjonijiet mal-Kunsill dwar il-possibilita’ ta' rilokazzjoni. Ninfurmah ukoll li f’dawn is-sentejn gew rinovati 11 il-berga, filwaqt illi fl-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena gew rinovati l-bereg ta’ Santa Lucija, l-Birgu, Hal-Safi u aktar bereg ser ikomplu jigu rinovati fix-xhur li gejjin.

Kunsilli Lokali – skemi ta’ Life Long Learning

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18453, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li ħadu sehem jew qed jieħdu sehem fl-iskema tal-Life Long Learning f’din il-leġiżlatura?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta – Kunsill ta’ Wied il-Għajn – proġetti u inizjattivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti jew inizjattivi saru mill-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta u mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala biex tissaħħaħ l-attività turistika f’din il-lokalità?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Kunsill Konsulltattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta jaħdem mill-qrib mal-Kunsill Lokali ta’ Marsascala fir-rigward ta proġetti nazzjonali bhal ma huma il-Park Nazzjonali ta’ l-Nwadar kif ukoll l-American University of Malta. Dawn huma żewg proġetti li għall-ewwel darba dawn l-inħawi qegħdin iggawdu min niċċeċ ġodda li joffru turizmu ta kwalita’ fin-Nofsinhar ta’ pajjiżna. Dwar proġetti u inizzjattivi fuq skala lokali li qiegħed jippjana jew implimenta l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala notlob l-Onor. Interpellant li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – vjaġġi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25877, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-aġenda u x’pożizzjoni ġiet meħuda fil-laqgħa Drop Out Prevention Programme li saret fil-Lussemburgu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aġenda tal-konferenza li pparteċipajt fiha kellha t-titlu ta’ “European Partners against early leaving school” bit-tema ‘Recognize, Remedy, Re-Engage’. Il-pożizzjoni li ttieħdet hija dik kif elaborata fl-istrateġija tal-early school leaving li l-Ministeru ppubblika: “A Strategic Plan for the Prevention of Early School Leaving 2014”.

Raħal Ġdid – Pjazza — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qed isir fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid? Jista’ jgħid għalfejn dan il-proġett preżentement jinsab wieqaf?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Raħal Ġdid – Pjazza — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid preżentement x’qed isir fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid? Tista’ tgħid għalfejn dan il-proġett jinsab wieqaf bħalissa?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onor Interpellant li l-proġett ta’ Raħal l-Gdid mhux wieqaf u għaddej kif ippjanat. Il-progett tar-rigenerazzjoni Piazza Antoine De Paule imfassal fi tlett stadji. L-ewwel stadju fejn inqalgħu ammont ta’ sigar taħt supervizjoni sħiħa bi qbil mal-NGO’s u Ambjentalisti tlesta f’Jannar li għadda. Bħalissa għaddej ix-xogħol preparattiv relatat mat-tieni u t-tielet stadju li għandu jara t-twettiq ta’ dan il-proġett għal benefiċċju tar-residenti ta’ Raħal l-Ġdid.