Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data dwar l-operat tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-ministeru, tal-korporazzjonijiet u fid-dekasteru kollu li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-1 ta’ Ottubru 2015 kien hemm żewġ talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.
Ministeru għall-Finanzi — talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data dwar l-operat tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-ministeru, tal-korporazzjonijiet u fid-dekasteru kollu li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 26681, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huwa previst li r-razzett li hemm Ħal Tarxien jiġi definittivament rilokat is-Siġġiewi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi m’huwiex possibli li tingħata data definittiva meta dan ir-razzett partikolari jiġi relokat. Dan minħabba li r-relokazzjoni tiddependi minn diversi fatturi li m’humiex taħt il-kontroll ta’ dan il-Ministeru. Dan il-Ministeru pero’ lest li jibqa’ jassisti r-raħħala kkonċernati sabiex dan l-oġġettiv jintlaħaq.
Raħal Ġdid – rapport dwar l-istat ta’ Triq Ħal Luqa–
Question
Jista’ l-Ministru jibgħat uffiċjali tal-Malta Transport sabiex jippreżentaw rapport dwar l-istat preżenti ta’ Triq Ħal Luqa Raħal Ġdid u possibbilment stima tal-ispejjeż neċessarji?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.
Wied il-Għajn – skola primarja – studenti li jeħtieġu LSA
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn fis-sena akkademika 2016/2017 u li jeħtieġu l-għajnuna ta’ LSA kif approvat mid-dipartiment u kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu provduti b’LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sas-7 ta’ Ottubru 2016 fl-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn kien hemm sittin (60) student statemented. Biex jagħtuhom sapport hemm impjegati 42 Learning Support Assistant. Infurmat li dawn l-istudenti statemented kollha għandhom is-sapport meħtieġ.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-operat tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-ministeru, tal-korporazzjonijiet u fid-dekasteru kollu li jaqa’ taħt il-Ministeru għat-Transport u l-Infrastruttura? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Żejtun – rapport dwar l-istat Triq il-Labour sa Triq Alfredo Cachia Zammit
Question
Jista’ l-Ministru jibgħat uffiċjali tal-Malta Transport sabiex jippreżentaw rapport dwar l-istat preżenti ta’ Triq il-Labour sa Triq Alfredo Cachia Zammit, Żejtun u possibbilment stima tal-ispejjeż neċessarji?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ser tagħmel xogħlijiet meħtieġa fuq Triq Alfredo Cachia Zammit hekk kif jitlestew ix-xogħlijiet li ser isiru mill-Water Services Corporation.
Raħal Ġdid – skola primarja – studenti li jeħtieġu LSA
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-iskola primarja ta’ Raħal Ġdid fis-sena akkademika 2016/2017 li jeħtieġu l-għajnuna ta’ LSA kif approvati mid-dipartiment u kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu provduti b’LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sas-7 ta’ Ottubru 2016, fl-iskejjel primarji ta’ Raħal Ġdid kien hemm:
Fi Skola Primarja ‘A’ - tlieta u erbgħin (43) student statemented. Biex jagħtuhom sapport hemm impjegati erbgħa u tletin (34) Learning Support Assistant.
Fi Skola Primarja ‘B’ hemm tnejn u tletin (32) studenti statemented. Biex jingħataw sapport hemm erbgħa u għoxrin (24) Learning Support Assistant.
Infurmat li dawn l-istudenti statemented kollha għandhom is-sapport meħtieġ.
Ministeri, dekasteri u korporazzjonijiet – kuntratti ta’ kiri u xiri ta’ vetturi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu awtorizzati kuntratti ta’ kiri u xiri ta’ vetturi tul din is-sena fil-ministeri, fil-korporazzjonijiet u fid-dekasteru kollu li jaqgħu taħt il-Ministeri kollha?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni ghal Ministeru tal-Finanzi qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward il-Ministeri l-ohra, l-Onorevoli Interpellant ghandu jitlob l-informazzjoni lill-Ministeri koncernati.
Persuni reġistrati bħala Third Country Nationals li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-aħħar statistika li għandu d-dipartiment relattiv, kemm kien hemm persuni li huma reġistrati bħala Third Country Nationals li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f’pajjiżna? Jista’ jindika dettaljatament ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ Awwissu 2016 kien hemm 49 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru bħala Third Country Nationals. Dwar ta’ liema nazzjonalità huma, l-informazzjoni hi kif ġej:
Nazzjonalità
Reġistranti
Ċina
1
Eġittu
3
Eritrea
1
Etjopja
1
Ghana
1
Indja
1
Iran
1
Ġordan
1
Libja
20
Mali
1
Niġerja
1
Palestina
2
Filippini
2
Federazzjoni Russa
3
Serbja
3
Sierra Leone
1
Somalja
1
Sirja
3
Ukrajna
2
Total
49
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-operat tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum, rigward l-operat tal-Ministeru , dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jindika l-eżitu tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-operat tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum, hu kif se nsemmi:
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Saru 33 każ mill-Ombudsman lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum, li minnhom:
8 huma każijiet pendenti;
3 huma każijiet li ngħalqu fuq talba ta’ min għamel l-ilment;
20 huma każijiet li ngħalqu favur il-Ministeru;
2 huwa każ li ngħalaq permezz ta’ azzjoni ta’ rimedju min-naħa tal-Ministeru.
Kien hemm ukoll 5 każijiet li nbdew qabel l-1 ta’ Ottubru 2015 iżda ġew konklużi wara din id-data. Minn dawn il-każijiet:
1 huwa każ li ngħalaq fuq talba ta’ min għamel l-ilment;
4 huma każijiet li ngħalqu favur il-Ministeru.
Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
Ninsab infurmat li kien hemm każ wieħed li huwa pendenti.
Libreriji Maltin
Ninsab infurmat li kien hemm 3 każijiet, li minnhom wieħed (1) ġie konkluż favur l-entità, u tnejn (2) huma pendenti.
Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST)
Ninsab infurmat li kien hemm 9 każijiet, li minnhom
1 huwa każ li ngħalaq fuq talba ta’ min għamel l-ilment;
3 huma każijiet li ngħalqu permezz ta’ azzjoni ta’ rimedju min-naħa tal-MCAST;
3 huma każijiet li ngħalqu favur l-MCAST;
2 huma każijiet pendenti.
Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
Ninsab infurmat li kien hemm każ wieħed (1) li ngħalaq fuq talba ta’ min għamel l-ilment.
Sport Malta
Ninsab infurmat li kien hemm 8 każijiet, li minnhom 7 ġew konklużi favur l-entità, u wieħed (1) ġie konkluż permezz ta' medjazzjoni bejn l-entità u l-partijiet konċernati.
Università ta’ Malta
Ninsab infurmat li kien hemm 24 każ, li minnhom 9 huma pendenti, 8 ġew konklużi favur l-Università ta’ Malta, u 7 ġew riżolti permezz ta’ rimedju mill-Università ta’ Malta.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – talbiet lill-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni dwar l-operat tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum, rigward l-operat tal-Ministeru, dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jindika l-eżitu tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li kien hemm tliet talbiet li saru lill-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-Ministeru. Waħda minnhom hija pendenti, oħra nqatgħet favur min għamel it-talba u ngħatat l-informazzjoni, u oħra nqatgħet favur il-Ministeru.
Ma kien hemm l-ebda talbiet min-naħa tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Ministeru għas-Saħħa – talbiet lill-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum, rigward l-operat tal-Ministeru, dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jindika l-eżitu tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għas-Saħħa – talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-operat tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-Ministeru, dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jindika l-eżitu tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Ombudsman ma jaqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data dwar l-operat tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-ministeru, tal-korporazzjonijiet u d-dekasteru kollu li jaqgħu, taħt il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 26601, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra fejn waslu d-diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali tal-Fgura dwar r-rilokazzjoni tal-Berġa tas-Saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-kunsill lokali tal-Fgura dwar r-rilokazzjoni tal-berġa għadhom għaddejjin.
Persuni li jgħixu Għawdex li huma impjegati fuq bażi part-time
Question
Jista’ l-Ministru jindika skont l-aħħar statistika kemm hemm persuni li jgħixu Għawdex li huma impjegati fuq bażi part-time? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impjieg part-time bħala wieħed prinċipali? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impjieg part-time tagħhom flimkien ma’ full time? Jista’ jindika wkoll kemm hemm irġiel u nisa separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ April 2016 in-numru ta’ persuni li jgħixu Għawdex u li kienu impjegati fuq bażi part time kien ta’ 4,092 persuna. Minn dawn kien hemm 2,163 persuna li kellhom impjieg part time bħala xogħol ewlieni u 1,929 persuna li kellhom impjieg part time kif ukoll full time.
Rigward kemm hemm irġiel u nisa separatament, l-informazzjoni hi kif ġej:
Persuni li jgħixu Għawdex
Rġiel
Nisa
Total
Part Time
bħala xogħol ewlieni
938
1,225
2,163
Part Time
kif ukoll
Full Time
1,461
468
1,929
Total
2,399
1,693
4,092
B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 26601, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’pożizzjoni tinsab fiha l-Berġa tas-Saħħa taż-Żejtun u x’xogħlijiet ser isiru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara diskussjonijiet bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun sar qbil li jsir tisbieh fil-berġa taż-Żejtun fl-2017.
Persuni reġistrati bħala EU Nationals li jaħdmu Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-aħħar statistika li għandu d-dipartiment relattiv, kemm kien hemm persuni li huma reġistrati bħala EU nationals u li jaħdmu regolarment f’pajjiżna? Jista’ jindika dettaljatament ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni reġistrati bħala EU Nationals u li kienu qed jaħdmu f’Malta u Għawdex fl-aħħar ta’ April 2016, maqsumin skont in-nazzjonalità tagħhom, huma kif ġej:
Ċittadini tal-UE, EEA/EFTA, u Dipendenti fuq UE
li jaħdmu fuq bażi
full-time u part-time biss
Nazzjonalità
April 2016
Awstrija
332
Belġju
188
Bulgarija
2,044
Kroazja
100
Ċipru
26
Repubblika Ċeka
296
Danimarka
204
Estonja
120
Finlandja
321
Franza
879
Ġermanja
991
Greċja
379
Ungerija
1,308
Irlanda
281
Italja
5,180
Latvija
276
Litwanja
213
Lussemburgu
4
Olanda
466
Polonja
779
Portugal
297
Rumanija
1,262
Slovakkja
338
Slovenja
106
Spanja
1,119
Svezja
1,085
Renju Unit
3,985
TOTAL
Nazzjonalit
à
tal-UE
22,579
EEA / EFTA
252
EU DEPENDANTS
245
Pajjiżi tal-UE, EEA/EFTA u EU DEPENDANTS
23,076
Persuni reġistrati bħala Third Country Nationals li jaħdmu Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-aħħar statistika li għandu d-dipartiment relattiv, kemm kien hemm persuni li huma reġistrati bħala Third Country Nationals u li jaħdmu regolarment f’pajjiżna? Jista’ jindika dettaljatament ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ persuni reġistrati bħala Third Country Nationals u li kienu qed jaħdmu f’Malta u Għawdex f’April 2016, maqsumin skont in-nazzjonalità tagħhom.
Attachments:PQ 27179 - persuni reġistrati bħala Third Country Nationals li jaħdmu Malta.doc