Legislature:
Category:
Reset
Active:

Work In Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni kienu qegħdin jibbenefikaw mill-hekk imsejħa Work In Benefit sal-15 ta’Novembru 2016 u jista’ jinforma lill-Kamra kemm ġew imħallsa komplessivament f’benefiċċju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpelllant li, kien hemm 1,618-il persuna li kienu qed jibbenifikaw mill-In-Work Benefit meta sar l-aħħar pagament li kien ikopri sat-30 ta’ Settembru 2016, fejn sa issa matul l-2016 tħallas l-ammont nett ta’ €1,342,307.82.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data dwar l-operat tal-Ministeru

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27199, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tagħha u ċjoè li jiġi indikat l-eżitu tat-talbiet li saru quddiem il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi talba minnhom li kienet tirrigwardja l-korp tal-pulizija, ġiet investigata u rriżulta li ma kienx hemm ksur ta’ l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data. It-talba l-oħra kienet tikkonċerna Agenzija li fil-preżent m’għadhiex taqa’ taħt dan il-Ministeru, imma ġejna nfurmati li l-każ ġie magħluq ukoll.

European Social Fund – Jobsplus — proġetti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27285, jista’ l-Ministru jinforma liema huma l-proġetti li ġew implimentati tul din is-sena u jista’ jindika x’kien l-eżitu tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li qed jiġu implimentati preżentement huma: · Training for Employment; u · Access to Employment Taħt il-proġett ‘Training for Employment’ qegħdin jiġu offruti tliet skemi, li huma l-Work Exposure Scheme (WES), il-Work Placement Scheme (WPS) u t-Traineeship Scheme (TRN). Ir-riżultati li ntlaħqu mill-bidu ta’ Jannar sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena huma kif ġej: Skema WES WPS TRN Totali Kemm-il persuna ġiet placed 349 57 408 814 Kemm-il persuna lestiet b’suċċess l-iskema 260 23 172 455 Kemm-il persuna għadha qed tattendi l-iskema 22 22 33 77 Kemm-il persuna ma bdietx l-iskema 19 3 52 74 Kemm-il persuna waqfet mill-iskema 48 9 151 199 In-nefqa fuq dan il-proġett sal-aħħar ta’ Ottubru kienet ta’ €662,977.35. Il-proġett ‘Access to Employment’ (A2E) tnieda f’Ġunju tal-2015. Permezz ta’ din l-iskema l-intrapriżi qegħdin jiġu inċentivati biex jimpjegaw lil persuni li huma aktar fi żvantaġġ biex jiġu integrati fid-dinja tax-xogħol. Sal-31 ta' Ottubru 2016, l-A2E Unit irċieva 526 applikazzjoni mingħand 326 intrapriża differenti, li jammontaw għal 600 parteċipant. Minn dawn il-parteċipanti, 415 għadhom attivi. Il-parteċipanti l-oħra (li jammontaw għal 185) jew ikkanċellaw l-applikazzjoni/grant agreement jew instabu ineliġibbli minn Jobsplus. Mill-415-il parteċipant, Jobsplus iffirmat 373 grant agreement mal-benefiċjarji b'valur ta' €3,368,871.09. Minn dawn il-grant agreements 61 minnhom spiċċaw qabel iż-żmien (premature termination). Għaldaqstant, il-valur tal-grant agreement ġie jammonta għal €2,891,498.06. Fil-ġranet li ġejjin ser ikunu ffirmati l-grant agreements ta' 11-il parteċipant ieħor.

European Social Fund – Jobsplus — proġetti

Question

B’referenza għat-tweġiba għad-domanda parlamentari 27285, jista’ l-Ministru jinforma liema huma l-proġetti li ser jiġu implimentati tul din is-sena li ġejja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Jobsplus qegħda tistenna l-approvazzjoni għall-proġetti ‘Work Programme’ u ‘Vaste Programme’. Il-proġett ‘Investing in Skills’ ġie approvat u mistenni li jibda fl-2017.
Leg 12 PQ #28626 Sitting 453 2016-11-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Sea Malta – ħlas lill-ex-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’tħallsu komplessivament parti mill-ex-impjegati tas-Sea Malta u jista’ jinforma jekk kemm-il darba l-ħaddiema l-oħra li ma kenux parti mill-proċeduri legali fir-rikors li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament humiex ser jitħallsu huma wkoll?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat li l-ex-impjegati tas-Sea Malta tħallsu komplessivament €2,685,742.14 Dan kien ftehim ta surroga ta drittijiet litiġjuzi mal-ħaddiema li skont is-sentenza tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ggradwaw minn ta quddiem u qabel ċerti krediti tal-Gvern. Min ma pparteċipax fil-proċeduri ma kellux drittijiet bħal dawn li fihom il-Gvern seta jiġi surrogat. Madankollu, qiegħed jingħad mingħajr preġudizju illi s-sitwazzjoni ta min ma pparteċipax fil-proċeduri tal-konkors qiegħda wkoll tiġi kkunsidrata.

Sea Malta – ħlas lill-ex-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’tħallsu komplessivament parti mill-ex-impjegati tas-Sea Malta u jista’ jinforma jekk kemm-il darba l-ħaddiema l-oħra li ma kenux parti mill-proċeduri legali fir-rikors li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament humiex ser jitħallsu huma wkoll?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Persuni li jgħixu Għawdex u li huma impjegati fuq bażi part-time

Question

B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 27176, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-ħaddiema Għawdxin ilhom jaħdmu part-time ‘l fuq minn ħames snin u jista’ jindika kemm minnhom għandhom ukoll impjieg full time u kemm hemm min għandu żewġ impjiegi part-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ April 2016, in-numru ta` ħaddiema Għawdxin li ilhom jaħdmu ħames snin u aktar f’impjieg part-time bħala xogħol ewlieni kien ta’ 839 persuna. Minn dawn kien hemm 48 persuna li għandhom żewġ impjiegi part-time. Filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li ilhom jaħdmu ħames snin u aktar f’impjieg part-time kif ukoll full time kien ta’ 1,011-il persuna. Minn dawn kien hemm 81 persuna li għandhom żewġ impjiegi part-time.

Ħal Tarxien – Triq Birżebbuga — bankini

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ser jintefqu flus mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien sabiex isiru l-bankini ta’ Triq Birżebbuġa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li għaddej bħalissa fuq Triq Birżebbuġa f’Ħal Tarxien huwa kollu kemm hu minn Transport Malta.

Rilokazzjoni ta’ rziezet tal-baqar

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi ser jittieħdu u f’dan x’inhija l-pożizzjoni preżenti rigward ir-rilokazzjoni ta’ rziezet tal-baqar wara s-sentenza li ġiet mogħtija reċentement mill-Qrati tagħna?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellat li s-sitwazzjoni tar-rilokazzjoni tal-irziezet tal-baqar qed tiġi studjata mill-ġdid mar-raħħala konċernati u dan fid-dawl tac-ċirkostanzi li żviluppaw dan l-aħħar wara d-deċiżjonijiet li ġew mogħtija reċentement mill-Qrati ta’ Malta u li fuqhom ma’ kellu l-ebda kontroll is-Segretarjat Parlamentari. Infakkar li d-deċizjoni li r-rilokazzjoni għal San Niklaw tat-12-il razzett konċernat ittieħdet fl-2006, fiż-żmien l-amministrazzjoni preċedenti, meta saret l-applikazzjoni għal Outline Development Permit lill-MEPA. Dan il-permess finalment ħareġ lejliet l-Elezzjoni Ġenerali ta’ Marzu 2013 u ġie mill-ewwel ikkontestat mill-Kunsill Lokali tas-Siggiewi fost oħrajn.

Ħal Tarxien – biswit Triq San Franġisk – rimi ta’ skart illegali u vetturi

Question

Jista’ s-Segretarju Parlamentari jinforma lill-Kamra għaliex sal-lum għadhom ma ttieħdu l-ebda passi rigward ir-rimi ta’ skart illegali u vetturi li jinsabu fi triq biswit Triq San Franġisk ġewwa Ħal Tarxien?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Minsteru kkonċernat.

Ħal Tarxien – Triq Palma — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru tul din is-sena ġewwa Triq Palma, Ħal Tarxien u kemm ġew jiswew? Jirriżultax illi tali roundabout illi saret fil-bidu ta’ din inbnietx b’mod sproporzjonat u li l-kostruzzjoni tagħha qed effettivament jikkontribwixxi sabiex jiżdied l-ammont ta’ traffiku konsiderevolment? Jekk jikkonferma dan, Transport Malta għandha xi pjanijiet sabiex tirremedja għal din is-sitwazzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija kienu jikkonsistu f’upgrade tal-junction inkluż it-toroq tal-madwar. Minħabba li għadu għaddej xi xogħol, ma tistax tingħata informazzjoni dwar kemm swew ix-xogħlijiet f’dan l-istadju. Rigward ir-roundabout il-ġdida, din fil-fatt ġiet iddisinjata abbażi tas-sit u l-perimetri tas-sit in kwistjoni. Huwa fatt ippruvat li l-qies ta’ roundabout jaffettwa l-fluss tat-traffiku, kif ukoll li iżjed ma tkun kbira r-roundabout, iżjed tgħin għall-fluss aħjar tat-traffiku. Mis-surveys li għamlet Transport Malta jirriżulta li r-roundabout qiegħda taħdem kif suppost, li l-konġestjoni naqset u l-fluss tat-traffiku huwa aħjar u iżjed sikur.

Traffic offence tickets

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27197, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tagħha u ċjoè li jiġu indikati dettaljatament it-traffic offence tickets maħruġa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ninsab infurmat illi l-figura ta’ seba u sittin elf, mitejn u ħdax (67,211) li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27197 kienet tinkludi t-traffic offence tickets u ċ-ċitazzjonijiet li nħarrġu matul is-sena 2015. Id-detttalji jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-operat tal-Ministeru

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27198, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tagħha u ċjoè li jiġi indikat l-eżitu tat-talbiet li saru quddiem l-Ombudsman?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li għad fadal żewġ każijiet pendenti. Il-każijiet l-oħra kienu kollha magħluqin.

Każijiet ta’ vjolenza domestika psikoloġika

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika psikoloġika li ġew investigati u kemm persuni tressqu l-Qorti fis-sena 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2015 kien hemm ħames mija u erba’ u ħamsin (554) każ ta’ vjolenza domestika psikoloġika li ġew irrapurtati u investigati mill-pulizija. Fil-kazijiet kollha fejn irri¿ulta ksur tal-liġijiet relatati, il-persuni responsabbli dejjem jitressqu l-Qorti. Ma tinżamx sistema ta’ data elettronika ta’ kemm minn dawn il-każijiet, tressqu diġa.

Jobsplus – nefqa fil-pustaġġ u t-telekomunikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn kien hemm żieda fil-pustaġġ u t-telekomunikazzjoni fin-nefqa mill-korporazzjoni ETC illum Jobsplus bejn is-sena 2014 u s-sena 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ż-żieda fin-nefqa hija attribwita għall-eżerċizzju ta’ tindif ta’ data li qed tagħmel Jobsplus. Eżerċizzju ta’ dan it-tip ilu snin ma jsir u għaldaqstant huwa meħtieġ sabiex tinħareġ data korretta. Infurmat li proċess bħal dan jirrekjedi spejjeż konsiderevoli.

Pensjonanti li kellhom dħul inqas minn €500 fix-xahar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti li d-dħul tagħhom kien ta’ inqas minn €500 fix-xahar, sal-aħħar ta’ Ġunju 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’żieda ma’ dak li tajt bħala risposta għal tweġiba parlamentari numru 27391, in-numru ta’ pensjonanti li d-dħul tagħhom mill-pensjoni jew pensjonijiet imma eskluż kull dħul ieħor, kien ta’ inqas minn €500, din id-darba iżda inkluż ukoll il-pensjoni mhux kontributorja u pensjoni mhux kontributorja (Pensjoni tas-Servizz), huwa kif ġej: Tip ta' Pensjoni Numru ta' Pensjonanti Pensjoni Kontributorja 9,162 Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz) 7,194* Pensjoni Mhux Kontributorja 7,354 Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz) 30* Total 23,740 * Ibba¿at fuq il-Pensjoni tas-Sigurta’ Soċjali biss Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija. Il-persuni msemmija fuq jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħall-Ghajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Ro¿a li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba. Fil-każ tas-7,194 persuna kkwotati fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew il­-€500 fix-xahar. L-istatistika pprovduta tinkludi ukoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar. Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €500 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja ikunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar.

Jobsplus – call centre expenses

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn fis-sena 2015 il-korporazzjoni ETC, illum Jobsplus, nefqet is-somma ta’ €93,181 f’Call Centre expenses? Jista’ jinforma jekk saritx sejħa pubblika għal dan il-kuntratt?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt tal-call centre ġie outsourced. Dan il-kuntratt ingħata b’direct order.

EU Disposal of PPE — Jobsplus

Question

Mir-rapport annwali tal-ETC, illum Jobsplus, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra u jagħti spjegazzjoni li jħoss neċessarju dwar dak li ġie indikat bħala loss (gain) tal-EU Disposal of PPE li fis-sena 2015 intefqu €119,581 mentri fl-2014 kien hemm dħul ta’ €4,161?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont imsemmi huwa dwar disposal tal-infiq li sar fuq infrastruttura ta’ binjiet li Jobsplus kienet għamlet iżda li m’għadhomx jintużaw u li ma ġewx diprezzati kollha.

EU Projects related expenditure

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn tul is-sena 2015 intefqu inqas flus f’EU Projects related expenditure?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kuntrarju għal dak li qiegħed jingħad fil-mistoqsija, in-nefqa tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol matul is-sena 2015 kienet fil-fatt l-iktar waħda għolja fejn jikkonċerna proġetti taħt il-Programm Operattiv numru 2 (ESF) - €25,393,825.00, filwaqt li kienet it-tieni l-ogħla taħt il-Programm Operattiv numru 1 (ERDF) - €28,878,452.33. In-nefqa totali mill-2007 sal-2015 għall-ESF kienet ta’ €96,969,943.70 waqt li tal-ERDF kienet ta’ €127,090,089.69 b’total ta’ €224,060,033.39. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ spreadsheets, waħda tal-ESF u l-oħra tal-ERDF, li jagħtu dettalji tal-infiq li sar bejn l-2007 u l-2015, b’żieda sinjifikanti fl-infiq matul l-aħħar tliet snin.

Caritas –Rapport “A minimum essential Budget for Decent Living”

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’passi ser jittieħdu jew ittieħdu mill-Ministeru wara r-rapport preżentat mill-Caritas “A minimum essential Budget for Decent Living”? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sarux laqgħat mill-Ministeru mas-soċjetà ċivili dwar dan?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Kuntrarju għal dak li ġara taħt amministrazzjoni preċedenti, minflok il-Gvern qal li l-faqar huwa perċezzjoni, iltqajna mal-Caritas u saru attivitajiet fejn kien diskuss id-dokument. Nassigura lill-Onor. Interpellant illi qed u se jkunu qed jittieħdu l-passi neċessarji