Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #29405 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Żejtun – Berġa tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’servizzi ngħataw fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa ż-Żejtun u kemm persuni attendew matul l-2016? X’tiswijiet saru u kemm intefqu spejjeż għal dan l-għan, kif ukoll x’inhuwa previst li jintefaq tul is-sena 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa ż-Żejtun jingħata servizz ta’ tabib tal-familja, ta’ infermiera u ta’ Speech Language Pathologist filwaqt li matul l-2016 attendew 4,623 persuna.

EU Nationals li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li huma reġistrati bħala EU Nationals li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f’pajjiżna sal-aħħar ta’ Diċembru 2016? Jista’ jindika wkoll dettaljatament ta’ liema nazzjonalità huma?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ EU Nationals li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f’pajjiżna sal-aħħar ta’ Novembru 2016 (l-aħħar ċifri ppublikati) kien ta’ 106 persuni. Rigward ta’ liema nazzjonalità huma, l-informazzjoni hi kif se nsemmi: EU Nationals Nazzjonalit à Total EU National Awstrija 1 Belġju 1 Bulgarija 7 Repubblika Ċeka 1 Danmarka 2 Franza 12 Ġermanja 3 Greċja 2 Ungerija 3 Irlanda 1 Italja 25 Polonja 5 Portugal 1 Rumanija 5 Spanja 13 Renju Unit 22 EEA & EFTA Svizzera 1 Dipendenti fuq l- EU Nationals Ukrajna 1 Total 106

Żgħażagħ reġistrati bħala NEET

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm żgħażagħ li skont l-eżerċizzju li kellu jsir f’Novembru 2016 jinsabu reġistrati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-eżerċizzju li sar jidher li hemm 6738 żgħażugħ/a bejn il-15 u l-24 sena li mhux qed jidhru fix-xogħol jew fl-edukazzjoni. Madankollu hekk kif ħareġ ukoll miċ-Ċensiment taż-Żgħażagħ, din iċ-ċifra ma tinkludix informazzjoni dwar żgħażagħ li jkunu bdew jaħdmu imma l-formola tal-bidu tal-impjieg ma tkunx għadha waslet għand il-Jobsplus, żgħażagħ li qegħdin jistudjaw f’istituzzjoni privata, żgħażagħ li qed jieħdu sehem f’xi skema, żgħażagħ li qegħdin jaħdmu barra minn Malta, u żgħażagħ li għażlu li jagħmlu xogħol fil-volontarjat kemm f’Malta kif ukoll barra minn pajjiżna.
Leg 12 PQ #29408 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Monte di Pietà – deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà sal-aħħar ta’ Diċembru 2016 u jista’ jinforma lill-Kamra liema huwa l-ixjeħ rahan li għadu veljanti u li ma nġabarx?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-31 ta’ Diċembru 2016 kien hemm 3,081 depożitu ta’ deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà u l-ixjeħ depożitu ta’ rahan li għadu ma nġabarx ilu depożitat mill-1981.

Uffiċċju tal-Arbitru – appelli pendenti taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali minn residenti tal-Fgura

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm appelli pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali ta’ residenti mill-Fgura preżentement u jista’ jinforma kemm hemm minnhom appuntati u kemm le?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej: Numru ta’ Appelli quddiem l-Arbitru ta’ Residenti mill-Fgura Appelli pendenti 10 Appelli appuntati Nil Appelli solvuti 3

Raħal Ġdid – Pjazza — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26370, tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra f’liema stadju waslu x-xogħlijiet inkonnessjoni mal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid billi għaddej iż-żmien?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-twegiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari 26370.

Uffiċċju tal-Arbitru – appelli pendenti taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali minn residenti taż-Żejtun

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm appelli pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali ta’ residenti miż-Żejtun preżentement u jista’ jinforma kemm hemm minnhom appuntati u kemm le?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej : Numru ta’ Appelli quddiem l-Arbitru ta’ Residenti miż-Żejtun Appelli pendenti 11 Appelli appuntati Nil Appelli solvuti 1
Leg 12 PQ #28800 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Telgħa t’Alla u Ommu – installazzjoni tad-dawl

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23617, għar-rigward tal-istallazzjoni tad-dawl fit-telgħa magħrufa bħala “T’Alla u Ommu” jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk dan huwiex ser jiġi installat fil-futur qarib?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif indikat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23617, l-Enemalta plc mhijiex responsabbli għall-installazzjoni ta’ dwal ġodda f’toroq u postijiet pubbliċi. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeri kkonċernati.

Uffiċċju tal-Arbitru – appelli pendenti taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali minn residenti ta’ Wied il-Għajn

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm appelli pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali ta’ residenti minn Wied il-Għajn preżentement u jista’ jinforma kemm hemm minnhom appuntati u kemm le?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej: Numru ta’ Appelli quddiem l-Arbitru ta’ Residenti minn Wied il-Għajn Appelli pendenti 17 Appelli appuntati Nil Appelli solvuti 1

Uffiċċju tal-Arbitru – appelli pendenti taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm appelli pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali preżentement u jista’ jinforma kemm hemm minnhom appuntati u kemm le?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t’hawn taħt : Appelli Jannar – 28 Novembru 2016 Appelli pendenti sa Settembru 2016 1447 Appelli li daħlu minn Jannar sa Settembru 2016 825 Numru ta’ Appelli deċiżi 314 Numru ta’ Appelli Ċeduti/Revokati/Kanċellati/Deżerti / sine die 443 Numru ta’ Appelli differiti 190 Numru ta’ appelli appuntati mit-28 ta’ Novembru sa Dicembru 2016 174 Numru ta’ appelli mhux appuntati 1273 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, l-Uffiċċju tal-Arbitru qed jagħmel minn kollox sabiex jappunta l-appelli fl-iqsar ¿mien possibbli. Bosta mid-drabi id-dewmien fl-appuntamenti ta’ ka¿ijiet huwa ri¿ultat ta’ appelli li jiġu diferiti għal raġunijiet varji bħal meta appell jiġi differit għal aktar minn darba fuq talba tal-avukat difensur tal-appellant jew anke peress li jkun ghad jonqos xi dokumenti minn naħa tal-appellant.

Uffiċċju tal-Arbitru – appelli pendenti taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali minn residenti ta’ Ħal Tarxien

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm appelli pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurta Soċjali ta’ residenti minn Ħal Tarxien preżentement u jista’ jinforma kemm hemm minnhom appuntati u kemm le?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej: Numru ta’ Appelli quddiem l-Arbitru ta’ Residenti minn Ħal Tarxien Appelli pendenti 13 Appelli appuntati Nil Appelli solvuti 4

Jobsplus – spezzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27286 jista’ l-Ministru jgħid x’passi ġew meħuda fil-konfront tal-elfejn tmien mija u wieħed u sittin (2,861) infrazzjoni li rriżultaw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2861 infrazzjoni li Jobsplus sabu bejn Jannar u Settembru 2016 kien hemm: · 1059 li rregolarizzaw ruħhom; · 123 ħallsu multi amministrattivi; filwaqt li · 1679 qegħdin fil-proċess biex eventwalment jitressqu l-Qorti b’akkuża.

Uffiċċju tal-Arbitru — appelli

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew deċiżi każijiet mill-appelli taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru tul din is-sena u jista’ jinforma kemm minnhom ġew appellati mid-Dipartiment quddiem il-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, matul l-2016, kien hemm 308 ka¿ li ġie deċiż quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru. Minnhom, sad-data li fiha qed titwieġeb din il-Mistoqsija Parlamentari, 28 każ kienu appellati quddiem il-Qorti tal-Appell (Inferjuri). Minn dawn, 14-il każ kienu appellati mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali quddiem il-Qorti tal-Appell (Inferjuri) u l-14-il każ l-ieħor kienu appellati quddiem il-Qorti tal-Appell (Inferjuri) mill-individwi li tilfu l-każ tagħhom quddiem l-Arbitru.

Uffiċċju tal-Arbitru – appelli pendenti taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali minn residenti ta’ Raħal il-Ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm appelli pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali ta’ residenti minn Raħal il-Ġdid preżentement u jista’ jinforma kemm hemm minnhom appuntati u kemm le?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej: Numru ta’ Appelli quddiem l-Arbitru ta’ Residenti minn Raħal Ġdid Appelli pendenti 17 Appelli appuntati Nil Appelli solvuti 4

Jobsplus – call centre expenses

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27399, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għal-liema raġuni nħarġet ordni diretta fl-ammont indikat ta’ €93,181 għall-call centre, u mhux sejħa normali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ordni diretta nħarġet wara li ġiet reġistrata żieda fin-numru ta’ telefonati li bdiet tirċievi Jobsplus. Għaldaqstant inħasset il-ħtieġa ta’ titjib konsiderevoli fis-servizz li jingħata lill-klijenti. U għalhekk l-għażla waqgħet fuq Centrecom minħabba li huma jfornu tali servizz lil diversi entitajiet governattivi.

Persuni li jgħixu Għawdex li huma impjegati fuq bażi part-time

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27176, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-ħaddiema Għawdxin li huma reġistrati, għandhom żewġ impjiegi part-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ April 2016, in-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li huma impjegati u għandhom żewġ impjiegi part-time kien ta’ 393 persuna.

Persuni li huma impjegati fuq bażi part-time

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27167, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-ħaddiema Maltin u Għawdxin li qed jaħdmu fuq bażi part-time hemm minnhom li huma reġistrati li għandhom żewġ impjiegi part-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ April 2016, in-numru ta` ħaddiema Maltin u Għawdxin f’impjieg part-time bħala xogħol ewlieni u għandhom żewġ impjiegi part-time kien ta’ 3,410 persuni. Filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema Maltin u Għawdxin f’impjieg part-time kif ukoll full time li għandhom żewġ impjiegi part-time kien ta’ 2,898.

Fondazzjoni Dar il-Hena — għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna qed tingħata lill-Fondazzjoni Dar il-Hena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali flimkien mal-Caritas Malta u Alfred Mizzi Foundation, daħal f’att notarili fejn ġiet ffurmata l-Fondazzjoni Dar il-Hena. Permezz ta’ dan il-kuntratt, il-Ministeru jkopri l-ispejjeż operattivi, li jinkludu wkoll il-pagi, ta’ din il-Fondazzjoni biex tkun tista’ toffri għajnuna soċjali lil individwi u familji li qed jesperjenzaw esklużjoni soċjali u faqar materjali.

Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu l-persuni li l-Għajnuna Soċjali (Sup) nqatgħatilhom għax tul din is-sena ma attendewx fl-uffiċċju distrettwali tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li, l-Għajnuna Soċjali (SUP) tagħhom ġiet terminata minħabba li m’attendewx fl-uffiċċju distrettwali tagħhom matul din is-sena kien ta` 36. Tajjeb wieħed jinnota li qabel jitwaqqaf il-benefiċċju, persuna tintbagħtilha ittra tlett darbiet biex tmur l-uffiċċju distrettwali, l-ewwel darbtejn bil-posta normali u t-tielet u l-aħħar waħda reġistrata fejn fiha jkun hemm it-twissija li jekk ma tmurx ikun se jinqata’ l-benefiċċju. Jekk il-benefiċċjarju jirrikorri f’wieħed mill-uffiċċji distrettwali, u jagħti raġuni valida ‘l għaliex naqas milli jattendi l-uffiċċju meta kien imsejjaħ, u din tiġi aċċettata mill-uffiċċjali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, il-benefiċċju jerġa’ jibda jinħareġ. Jekk ir-raġuni li tingħata ma tiġix aċċettata, biex il-klijent jerġa’ jkun intitolat għal għajnuna soċjali, il-klijent ikun mistenni li jerga’ jissottometti applikazzjoni ġdida.

Wied il-Għajn – Triq il-Qaliet — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet hemm bżonn li jsiru u possibbilment li ser jiġu esegwiti ġewwa Triq il-Qaliet Wied il-Għajn billi l-istat ta’ din it-triq marret iktar lura?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.