Legislature:
Category:
Reset
Active:

JobsPlus – community work scheme

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni miktuba fil-Community Work Scheme Jobs Plus fl-4 ta’ Jannar 2016 u meta kienet id-data li ssieħbu fl-iskema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ parteċipanti fil-Community Work Scheme fl-4 ta’ Jannar 2016 kien ta’ 581. Id-data ta’ meta dawn issieħbu fl-iskema kienet kif indikat fit-tabella hawn taħt, jiġifieri: Data Numru Awwissu '09 14 Settembru '09 13 Ottubru '09 17 Novembru '09 7 Marzu '10 7 April '10 17 Awwissu '10 4 Ottubru '10 4 Jannar '11 1 Frar '11 6 Mejju '11 6 Ġunju '11 11 Lulju '11 7 Awwissu '11 1 Settembru '11 4 Ottubru '11 1 Novembru '11 1 Diċembru '11 3 Jannar '12 7 Frar '12 1 Mar '12 4 April '12 18 Mejju '12 2 Ġunju '12 13 Awwissu '12 8 Settembru '12 2 Ottubru ' 12 18 Novembru '12 15 Diċembru '12 3 Jannar '13 3 Frar '13 2 Marzu '13 5 April '13 6 Mejju '13 11 Lulju '13 98 Awwissu '13 4 Settembru '13 19 Ottubru '13 17 Novembru '13 14 Diċembru '13 12 Jannar '14 9 Frar '14 12 Marzu '14 6 April '14 9 Mejju '14 15 Ġunju '14 7 Lulju '14 12 Awwissu '14 4 Settembru '14 19 Ottubru '14 10 Novembru '14 18 Diċembru '14 10 Jannar '15 5 Frar '15 9 Marzu '15 12 April '15 9 Mejju '15 10 Ġunju '15 7 Settembru '15 1

GWU – Community Work Scheme – performance security

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’tip ta’ performance security għandhom il-ħaddiema fil-Community Work Scheme mħaddma mill-GWU, x’inhu l-ammont u għal kemm żmien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema għandhom performance bonus ta’ 5% tal-paga fuq bażi ta’ sena kalendarja.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – persuni ngaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġodda ġew ingaġġati mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tul is-sena li għaddiet u f’liema grad? Jista’ jgħid x’sejħiet ġodda se jkun hemm tul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Fis-sena 2016 ġew impjegati ħames avukati fi grad ta’ trainee lawyers. Għas-sena 2017 hemm pjanat; 1. sejħa ta’ żewġ trainee lawyers ġodda u 2. sejħa ta’ żewġ trainee lawyers u avukat li huma replacement ta’nies li rreżżenjaw matul 2016. 3. sejħa ta’ tlett Higher Clerical Officers li huma replacement ta’nies li rrezzenjaw matul 2016.
Leg 12 PQ #29466 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli – servizz ta’ Wi-Fi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26680, jista’ l-Ministru jikkonsidra li jestendi l-faċilità elettronika tal-Wi-Fi ġewwa l-Isptar Monte Carmeli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fix-xhur li ġejjin ser jibdew studji dwar il-possibilita’li jkun estiż is-servizz tal-Wi-Fi fl-isptar Monte Carmeli.

Ħal Tarxien – Triq Palma — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28620 jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża finali fuq Triq Palma, Ħal Tarxien?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża finali għadha ma ġietx konkluża.
Leg 12 PQ #29468 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Berġa tas-Saħħa ta’ Wied il-Għajn — servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi ngħataw, kemm persuni attendew u x’tiswijiet saru u kemm intefqu spejjeż għal dan l-għan, fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa Wied il-Għajn matul l-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Wied il-Għajn jingħata servizz ta’ tabib tal-familja u ta’ infermiera filwaqt li fl-2016 attendew 2,055 persuna. Matul l-2016 saru xogħolijiet fosthom tiswijiet fil-membrane ta’ din l-imsemmija berġa.

Community Work Scheme — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’inhi l-pożizzjoni legali tal-ħaddiema li qegħdin ingaġġati fil-Community Work Scheme, u ċjoè jekk humiex impjegati legalment mal-Fondazzjoni direttament jew il-kumpanija li magħha jkunu dettaljati biex jaħdmu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema huma kollha ingaġġati mal-Community Workers Scheme Enterprise Foundation.

Fondazzjoni tal-GWU – Community Work Scheme — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm ħaddiema impjegati mal-Fondazzjoni tal-GWU li tħaddem il-Community Work Scheme biex iħaddmu l-iskema u x’inhuma l-pożizzjonijiet tagħhom? Jista’ jindika wkoll għal kemm żmien huma impjegati mal-Fondazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-management mhux impjegat mal-Fondazzjoni.

Fondazzjoni tal-GWU — union

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema Union tirrappreżenta l-ħaddiema ingaġġati fl-iskema mħaddma mill-Fondazzjoni tal-GWU?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema impjegati mal-Fondazzjoni ma huma rrappreżentati mill-ebda union.

Kapitolu 452 tal-Liġijiet ta’ Malta – emendi relattivi

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra xi żviluppi hemm dwar l-emendi relattivi għall-Kapitolu 452 tal-Liġijiet ta’ Malta?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Imsieħba Soċjali fi ħdan il-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi għamlu l-proposti tagħhom lill-Gvern f’Diċembru li għadda, u issa l-Gvern qiegħed jevalwa dawn il-proposti u jipprepara l-pożizzjoni tiegħu.

Tribunal Industrijali – każijiet pendenti

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet pendenti u liema huwa l-ixjeħ każ quddiem it-Tribunal Industrijali sal-aħħar ta’ Diċembru 2016?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li Quddiem it-Tribunal Industrijali sa tmiem l-2016 kien hemm 594 każ pendenti. Dawn jinkludu 313 każijiet li daħlu fis-16 ta’ Diċembru tal-2003, li kienu ġew ippreżentati mill-General Workers Union (GWU) f’isem il-ħaddiema tal-eks-Malta Drydocks li qatt ma bdew jinstemgħu. Ir-raġuni għala dawn il-każijiet għandhom ma bdewx jinstemgħu hija li s’issa nstemgħu u ġew deċiżi żewġ test cases partikolari li nqatgħu f’Jannar tal-2014 u f’Ottubru 2016 rispettivament ta’ żewġ ħaddiema oħra tal-eks-Malta Drydocks (il-Każ Nru 1843/MF u l-Każ Nru 1827/LC). Sussegwentement għas-smigħ ta’ dawn iż-żewġ test cases , issa għandha tkun il-GWU li tiddeċiedi jekk tipproċedix jew le bit-313-il każ pendenti, filwaqt li t-Tribunal jista’ biss jistenna biex jara kif il-GWU ser tipproċedi. L-aktar każ antik huwa l-każ 1777 – Charles Galea vs Malta Air Traffic Services Ltd li daħal fl-4 ta’ Lulju 2003.

Fgura – Triq Hompesh – bus stop shelters

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba ż-żewġ bus stop shelters li jinsabu fl-aħħar tat-Triq Hompesch, Fgura humiex sejrin isiru tul din is-sena issa li ġew ppubblikati r-Request for Proposals?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm hekk kif ser ikunu qegħdin jiġu stallati dawn il-bus shelters ikun stabbilit ġaladarba jiġi identifikat il-kuntrattur il-ġdid u dan wara li issir l-aġġudikazzjoni tar-Request For Proposals.

Bormla – Triq il-Mitħna – tiswijiet fil-ħitan

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet neċessarji fil-ħitan ta’ barra tal-mitħna li tinsab f’Triq il-Mitħna Bormla billi hemm tmermir evidenti fl-estern?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien – Triq San Franġisk – skart illegali

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-iskart li ġie mixħut illegalment f’parti viċin Triq San Franġisk Ħal Tarxien jitneħħa u jinforma lill-Kamra jekk ittieħdux passi legali?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant, biex jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #29412 Sitting 467 2017-01-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Sea Malta – ħlas lill-ex-impjegati

Question

B’referenza għall-ex-ħaddiema tas-Sea Malta u l-mistoqsija parlamentari 28626, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema rata ta’ imgħax ġiet użata għall-pagament fuq is-somma li ġiet imħallsa u jista’ jinforma jekk kienx hemm passi ulterjuri dwar dawk il-ħaddiema li ma kenux parti mill-proċeduri?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rata ta’ imgħax li ġiet użata għall-pagament fuq is-somma li ġiet imħallsa kienet dik ta’ 1% f’interessi li ji¿diedu mal-kapital, għal 10 snin. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġġerixxi li l-Onor. Interpellant jitlob dan it-tagħrif minn għand il-Ministru konċernat.

Fondazzjoni tal-GWU – Community Work Scheme – ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm jirriżulta li kien hemm ħaddiema ingaġġati mal-Fondazzjoni tal-GWU fuq l-iskema Community Work Scheme sal-aħħar ta’ Diċembru 2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati mal-Community Work Scheme sal-31 ta’ Diċembru 2016 kien ta’ 587.

Fondazzjoni tal-GWU – Community Work Scheme – sessjonijiet ta’ taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’sessjonijiet ta’ taħriġ saru mill-Fondazzjoni tal-GWU permezz tal-Community Work Scheme, u kemm attendew persuni għalihom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena li għaddiet il-management kien impenjat li jqassam il-ħaddiema skont il-ħtiġijiet li hemm bżonn u li kull wieħed u waħda minnhom ikollhom designation tax-xogħol tagħhom. Issa li dan ix-xogħol wasal kważi fit-tmiem, il-management qiegħed jipprepara t-taħriġ li hemm bżonn skont kif meħtieġ mill-post tax-xogħol.
Leg 12 PQ #29403 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Santa Luċija – Berġa tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’servizzi ngħataw mill-Berġa tas-Saħħa ġewwa Santa Luċija u kemm persuni attendew matul l-2016? X’tiswijiet saru fl-istess Berġa u kemm intefqu spejjeż għal dan l-għan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa Santa Luċija jingħata servizz ta’ tabib tal-familja, ta’ infermiera u ta’ Speech Language Pathologist. Matul l-2016 kien hemm 1,926 persuni li ħadu servizz minn din il-berġa.Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27168.
Leg 12 PQ #29404 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Fgura – Berġa tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju waslu d-diskussjonijiet dwar ir-rilokazzjoni tal-Berġa tas-Saħħa ġewwa l-Fgura? X’servizzi ngħataw u kemm persuni attendew matul l-2016? X’tiswijiet saru u kemm intefqu spejjeż għal dan l-għan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet dwar ir-rilokazzjoni tal-Berġa tas-Saħħa ġewwa l-Fgura bejn id-Dipartiment tal-Kura Primarja u l-Kunsil Lokali għadhom għaddejjin.Fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa l-Fgura jingħata servizz ta’ tabib tal-familja, ta’ infermiera u ta’ Speech Language Pathologist u matul l-2016 attendew 2,022 persuna.