Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa ta’ Santa Luċija tul is-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa ta’ Santa Luċija kien ta’ 19, minn dawn kien hemm 18 il-każ ta’ serq u każ wieħed ta’ frodi.
Wied il-Għajn – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2016 inxtraw 136 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 698 ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 21,499 ktieb.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa tal-Gudja tul is-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa tal-Gudja kien ta’ 104, minn dawn kien hemm 97 każ ta’ serq u 7 każi ta’ frodi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi ta’ probation mill-Qrati tagħna fis-sena 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Fis-sena 2016 ingħataw total ta mitejn, wieħed u erbgħin (241) sentenzi ta’ probation.
Mitejn, ħamsa u tletin (235) fil-Qorti ta’ Malta u sitta (6) fil-Qorti ta’ Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw multi penali komplessivament mill-Qrati tagħna fis-sena 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Matul is-sena 2016 kien hemm total ta’ mija u dsatax (119) multi penali, mija u ħamsa (105) ingħataw mill-Qorti ta’ Malta u erbatax (14) mill-Qorti ta’ Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa ta’ Raħal Ġdid tul is-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid kien ta’ 181, minn dawn kien hemm 169 każ ta’ serq u 12 il-każ ta’ frodi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa taż-Żejtun tul is-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa taż-Żejtun kien ta’ 98, minn dawn kien hemm 87 każ ta’ serq u 11 il-każ ta’ frodi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi sospiżi mill-Qrati tagħna fis-sena 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Fis-sena 2016 ingħataw total ta’ erba’ mija, u tmenin (480) sentenzi sospiżi.
Erba’ mija u erbgħa u sebgħin (474) mill-Qorti ta’ Malta. u sitta (6) mill- Qorti ta’ Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ittra uffiċjali ġiet ippreżentata s-sena li għaddiet fil-Qrati Maltin u Għawdxin?
Response (BONNICI, OWEN)
Matul is-sena 2016 n-numru ta’ ittri uffiċjali li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Malta kien kif muri hawn taħt:
Qorti
Ammont ta’ Ittri Uffiċjali
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
4157
Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja)
138
Qorti tal-Maġistrati (Malta)
3110
Matul is-sena 2016 n-numru ta’ ittri uffiċjali li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Għawdex kien kif muri hawn taħt:
Qorti
Ammont ta’ Ittri Uffiċjali
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
428
Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja)
3
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
93
Qrati Maltin u Għawdxin – ittri uffiċjali taħt l-artikolu 166A
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ittra uffiċjali taħt l-artikolu 166A ġiet ippreżentata s-sena li għaddiet fil-Qrati Maltin u Għawdxin?
Response (BONNICI, OWEN)
Matul is-sena 2016 in-numru ta’ ittri uffiċjali taħt l-artikolu 166A tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Malta kien kif muri hawn taħt:
Qorti
Ammont ta’ Ittri Uffiċjali
(Art. 166A)
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
148
Qorti tal-Maġistrati (Malta)
2428
Matul is-sena 2016 in-numru ta’ ittri uffiċjali taħt l-artikolu 166A tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Għawdex kien kif muri hawn taħt:
Qorti
Ammont ta’ Ittri Uffiċjali
(Art. 166A)
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
11
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
113
Qrati Maltin u Għawdxin – ittri uffiċjali eżekuttiva fuq kambjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ittra uffiċjali eżekuttiva fuq kambjali ġiet ippreżentata s-sena li għaddiet fil-Qrati Maltin u Għawdxin?
Response (BONNICI, OWEN)
Matul is-sena 2016 in-numru ta’ ittri uffiċjali eżekuttivi fuq kambjali li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Malta kien kif muri hawn taħt:
Qorti
Ammont ta’ Ittri Uffiċjali eżekutivi fuq Kambjarli
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
9
Qorti tal-Maġistrati (Malta)
64
Matul is-sena 2016 in-numru ta’ ittri uffiċjali eżekuttivi fuq kambjali li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Għawdex kien kif muri hawn taħt:
Qorti
Ammont ta’ Ittri Uffiċjali eżekuttivi fuq Kambjarli
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
2
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw Community Service Orders permezz ta’ sentenzi mill-Qrati tagħna fis-sena 2016? Jista’ jindika wkoll is-sigħat komplessivi u l-organizzazzjonijiet li ġew servuti magħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Fis-sena 2016 ingħataw total ta’ ħamsa u erbgħin (45) Community Service Orders.
Wieħed u erbgħin (41) mill-Qorti ta’ Malta u erbgħa (4) mill-Qorti ta’ Għawdex.
Rigward l-organiżazzjonijiet li ġew servuti dawn l-
Orders
magħhom, din hi xi ħaġa li tiġi deċiża mid-Direttorat tal-
Probation and Parole Services
u għalhekk il-Qorti ma jkolliex tali statistika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi tul is-sena 2016 u jista’ jindika n-natura tagħhom? Jista’ jindika kemm ġew deċiżi u kemm ġew irtirati arbitraġġi kif ukoll kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Matul is-sena 2016, 348 każ ġew ippreżentati fic-Centru dwar l-Arbitraġġ ta' Malta, li minnhom 306 kienu arbitraġġi mandatorji, 38 kienu arbitraġġi volontarji u 4 kienu arbitraġġi internazzjonali.
In oltre, minn dawn it-348 każ li ġew ippreżentati fl-2016 - 18 gew deċiżi, 57 ġew irtirati u 273 għadhom pendenti.
Irrid ngħid li kemm ilu jopera ċ-ĊCentru minn Marzu tas-sena 2000 ġew ippreżentati fiċ-Ċentru 4,956 każ sal-aħħar ta' Diċembru 2016, li minnhom 3,193 ġew deċiżi, 909 ġew irtirati u 854 għadhom pendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li tul din is-sena, isiru tiswijiet fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan? Jista’ jgħid jekk kemm-il darba hiex se tiġi rilokata għall-ispazju ikbar stante l-volum tax-xogħol?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li f’dan l-istadju il-kwistjoni tal-Għassa ta’ San Ġiljan u ċjoè jekk għandhomx isiru tiswijiet jew jekk din tiġix rilokata, għadha kwistjoni li qed tiġi mistħarrġa u huwa prematur li wieħed jagħti xi dettalji jew konklużjonijiet fuq dan is-suġġett.
Dipartiment tal-Artijiet – Għassa tal-Pulizija ta’ Wied il-Għajn
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16792 jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-għassa antika tal-pulizija ġewwa Wied il-Għajn għaddietx lura lid-Dipartiment tal-Artijiet u jekk iva x’se jsir minnha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Għassa tal-Pulizija l-antika f’Wied il-Għajn għada m’għaddietx lura f’idejn id-Dipartiment tal-Artijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time sal-aħħar tas-sena li għaddiet u jista’ jindika kemm minnhom kellhom impjieg part-time bħala impjieg prinċipali? Jista’ jindika wkoll kemm minnhom għandhom impjieg part-time ma’ wieħed full-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta' persuni li kienu impjegati fuq bażi part time fl-aħħar ta’ Ġunju 2016 kien 60,394 persuna. Minn dawn 36,155 persuna kellhom impjieg part time bħala dak prinċipali u 24,239 persuna li kellhom impjieg part time kif ukoll full time.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar ċifri ppubblikati huma ta` Ġunju 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li laħqu l-età tal-pensjoni li qed jaħdmu part-time sal-aħħar tas-sena li għaddiet u jista’ jindika kemm minnhom kellhom impjieg part-time bħala impjieg prinċipali? Jista’ jindika wkoll kemm minnhom għandhom impjieg part-time ma’ wieħed full-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ Ġunju 2016 kien hemm 6,496 persuna li laħqet l-età tal-pensjoni u li kellhom impjieg part time. Minn dawn kien hemm 5,917-il persuna li kellha impjieg part time bħala wieħed prinċipali u 579 li kellhom impjieg part time kif ukoll full time.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar ċifri ppubblikati huma ta` Ġunju 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ta’ sess femminili reġistrati li qed jaħdmu part-time sal-aħħar tas-sena li għaddiet u jista’ jindika kemm minnhom kellhom impjieg part-time bħala wieħed prinċipali ? Jista’ jindika wkoll kemm minnhom għandhom impjieg part-time ma’ wieħed full-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ Ġunju 2016, in-numru ta' nisa li kienu impjegati fuq bażi part-time kien ta’ 28,968. Minn dawn kien hemm 21,041 mara li kellha impjieg part time bħala xogħol prinċipali u 7,927 li kellhom impjieg part time kif ukoll full time.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar ċifri ppubblikati huma ta` Ġunju 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx stima mill-kunsill lokali tal-ispejjeż neċessarji sabiex Triq Ħal Luqa, Raħal Ġdid tiġi rranġata stante l-istat tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-istat li tinsab fih Triq Ħal Luqa, li taqa’ fil-konfini ta’ Ħal Tarxien u Raħal il-Ġdid hi fi stat ta’ rikostruzzjoni u għaldaqstant eskluża mill-kompetenza tal-Kunsilli Lokali hekk kif elenkat f’Artiklu 33(2) tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Għaldaqstant ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali ta’ Raħal Ġdid u Ħal Tarxien li ma għandhomx stima tal-ispejjeż imsemmija.
Iż-Żejtun – Triq Labour u Triq Alfredo Cachia Zammit — stima
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx stima mill-kunsill lokali tal-ispejjeż neċessarji sabiex Triq Labour u Triq Alfredo Cachia Zammit fiż-Żejtun tiġi rranġata stante l-istat tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li x-xogħol se ssir minn Transport Malta. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.