Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li waqfu jirreġistraw mill-ewwel parti tar-reġistru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni waqfu jirreġistraw mill-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol mal-Korporazzjoni Jobsplus tul is-sena 2016? Kemm persuni gew maqtugħa fl-istess perjodu u kemm irtiraw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni li waqfu jirreġistraw mill-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol minn Jannar sa Diċembru 2016 kien ta’ 4,775 persuna (unique). Fl-istess perjodu kien hemm 865 persuna oħra li ġew maqtugħa (unique) filwaqt li 53 persuna irtiraw.

Raħal Ġdid – persuni li jieħdu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu Raħal Ġdid, kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni ta’ sess femminili li bdew jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ta’ sess femminili li bdew jaħdmu fis-sena 2016? Kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Kemm ġew impjegati full-time u kemm minnhom part-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa (persuna tingħadd darba biss) li bdew jaħdmu fis-sena 2016 kien ta’ 30,418. Minn dawn in-nisa kien hemm 8,467 li qatt ma ħadmu qabel, filwaqt li 6,757 irritornaw lura fid-dinja tax-xogħol (b’perjodu ta’ inattività tal-anqas ta’ sena). It-tabella ta’ hawn taħt turi t-tip ta’ xogħol ta’ dawk in-nisa li qatt ma ħadmu u ta’ dawk li rritornaw lura fid-dinja tax-xogħol: Nisa Impjieg Full Time Impjieg Part Time Total Nisa li qatt ma ħadmu qabel 4,883 3,584 8,467 Nisa li rritornaw lura fid-dinja tax-xogħol (b’perjodu ta’ inattività tal-anqas ta’ sena) 2,893 3,864 6,757

Laqgħat tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea preseduta mill-Ministru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa se tiġi preseduta minnu tul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea? Kemm minnhom se jsiru f’pajjiżna u kemm barra? Jista’ jindika n-natura tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, huwa previst li: Barra minn Malta, ser nippresjedi erba’ laqgħat Ministerjali: - il-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, li ser issir fis-17 ta’ Frar 2017, fi Brussel; - is-sezzjonijiet tal-edukazzjoni, żgħażagħ u sport tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, li ser issir fit-22 u 23 ta’ Mejju 2017, fi Brussel; - il-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, li ser issir fit-3 ta’ Marzu 2017, fi Brussel; - il-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, li ser issir fil-15 ta’ Ġunju 2017, fil-Lussemburgu. F’Malta, ser nippresjedi laqgħa waħda u konferenza Ministerjali: - il-laqgħa Informali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur flimkien mal-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali u mal-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, li ser issir fit-3 u 4 t’April 2017, f’Malta. - Konferenza Ministerjali dwar l-Edukazzjoni li mistennija li ssir fit-30 ta’ Mejju 2017.
Leg 12 PQ #30173 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – Għassa tal-Pulizija ta’ Wied il-Għajn

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16792 u 29469 jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-Għassa tal-Pulizija l-antika ta’ Wied il-Għajn baqgħet ma ġietx lura f’idejn id-Dipartiment tal-Artijiet peress li tinsab abbandunata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li ninsab nfurmat li peress li għaddejjin proċeduri quddiem l-Awtorita ta’ l-Ippjanar biex tigi mibnija għassa ġdida f’Wied il-Għajn bil-ħtiġijiet moderni flok l-Għassa tal-Pulizija l-antika, sakemm johorġu il-permessi u susegwentament jibda u jitlesta ix-xoghol, il-hsieb preżenti hu li l-pussess ta’ l-għassa l-qadima tibqa f’idejn il-Pulizija.

Pensjoni taħt l-€500

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni taħt is-somma ta' €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża sal-aħħar tas-sena 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li bbenefikaw minn sussidju tal-kera mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016 kien jammonta għal 1,586. L-ispiża fuq sussidju tal-kera għas-sena 2016 kienet dik ta’ €1,101,910, imqassma kif ġej. €125,960 Scheme R - Rent Subsidy (previous scheme) €975,950 Scheme RSS - rent subsidy (current scheme)

Ħal Tarxien – Triq San Franġisk – skart mixħut illegalment

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-iskart li ġie mixħut illegalment f’parti viċin Triq San Franġisk, Ħal Tarxien jitneħħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li fit-triq indikata m’hemmx skart mixħut. L-unika skart mixħut qiegħed f’sit privat li l-Kunsill ma jistax jidħol inaddaf. Intant il-Kunsill Lokali qiegħed f’komunikazzjoni ma’ Transport Malta peress li tħalla xi skart relatat max-xogħlijiet li saru riċentament f’din it-triq.

Pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni sal-aħħar tas-sena 2016 u jista’ jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Rilokazzjoni ta’ rziezet tal-baqar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi wara l-mistoqsija parlamentari 28618 dwar ir-rilokazzjoni tal-irziezet in kwistjoni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sussegwentament id-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri), il-permess outlinereġa' mar quddiem it-Tribunal ta' Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar għall-kunsiderazzjonijiet ulterjuri skont kif ġie ordnat mill-istess Qorti tal-Appell. Il-każ diġa' qed jinstema' quddiem l-imsemmi tribunal.

Santa Luċija – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Santa Luċija tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika ta’ Santa Luċija tul is-sena 2016 inxtraw 144 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 854 ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 8,831 ktieb.

Il-Fgura – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika tal-Fgura tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika tal-Fgura tul is-sena 2016 inxtraw 150 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 415-il ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 15,875 ktieb.

Il-Gudja – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika tal-Gudja tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika tal-Gudja tul is-sena 2016 inxtraw 200 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 512-il ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 9,364 ktieb.

Iż-Żejtun – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika taż-Żejtun tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016? l

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika taż-Żejtun tul is-sena 2016 inxtraw 130 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 728 ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 15,379 ktieb.

Ħal Tarxien – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2016 inxtraw 115-il ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 280 ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 2,801 ktieb.

Il-Birgu – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika tal-Birgu tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika tal-Birgu tul is-sena 2016 inxtraw 117-il ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 403 kotba ngħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 3,196 ktieb.

Il-Fgura – Għassa – rapporti ta’ serq u frodi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa tal-Fgura tul is-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa tal-Fgura kien ta’ 101, minn dawn kien hemm 93 każ ta’ serq u 8 każi ta’ frodi.

Wied il-Għajn – Għassa – rapporti ta’ serq u frodi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa ta’ Wied il-Għajn kien ta’ 159, minn dawn kien hemm 142 każ ta’ serq u 17 il-każ ta’ frodi.

Ħal Għaxaq – Għassa – rapporti ta’ serq u frodi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa ta’ Ħal Għaxaq tul is-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa ta’ Ħal Għaxaq kien ta’ 30, minn dawn kien hemm 27 każ ta’ serq u 3 każi ta’ frodi.

Ħal Tarxien – Għassa – rapporti ta’ serq u frodi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa ta’ Ħal Tarxien kien ta’ 58, minn dawn kien hemm 53 każ ta’ serq u 5 każi ta’ frodi.