Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess u l-ispiża totali ta’ dan il-ħlas?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena li għaddiet kien hemm total ta’ 2,181 persuna li bbenifikaw mill-In Work Benefit li minnhom kien hemm 1,151 raġel u 1,030 mara. In-nefqa totali matul is-sena 2016 kienet ta’ €2,346,388.03.

Il-Fgura – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu l-Fgura li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li jgħixu l-Fgura u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 95, li minnhom kien hemm 52 raġel u 43 mara.

Ħal Tarxien – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Tarxien li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li jgħixu Ħal Tarxien u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 60, li minnhom kien hemm 24 raġel u 36 mara.

Raħal Ġdid – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Raħal Ġdid li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li jgħixu Raħal Ġdid u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 47, li minnhom kien hemm 22 raġel u 25 mara.

Lingwa Taljana — tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Taljana tul din is-sena akkademika,fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Taljana tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti huma murija fit-tabella kif ġej: Skejjel SekondarjiStudentiTotal ta' StudentiGħalliema SubienBniet Statali322129376158105 + 7 HODs* tal-Knisja31792826600561 Indipendenti940773171318 *105 Għalliem u 7 Kap ta’ Dipartiment (HoDs) li jkollhom nofs il-load bħala teaching

Lingwa Franċiża — tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Franċiża tul din is-sena akkademika fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Franċiża tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti huma murija fit-tabella kif ġej: Skejjel SekondarjiStudentiTotal ta' StudentiGħalliema SubienBniet Statali7041187189160 + 5 HODs* tal-Knisja22832117440045 Indipendenti929840176911 *60 Għalliem u 5 Kap ta’ Dipartiment (HoDs) li jkollhom nofs il-load bħala teaching

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati u ngaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħtu taħtha, tul is-sena 2016?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li matul is-sena 2016, l-ammont ta’ persuni li ġew impjegati u ngaġġati mill-Ministeru u mid-dekasteri varji kien ta’ disgħa u sebgħin persuna.

Presidenza tal-Unjoni Ewropea – miri tal-Ministeru

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’se jkunu l-miri tal-Ministeru tul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, qed jaħdem: 1. Fuq sett ta’ konklużjonijiet lill-Kunsill tal-Ministri dwar t-titjib fil-ħiliet tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol madwar l-UE. 2. Lejn progress fid-diskussjonijiet dwar il-proposti soċjali għal Direttivi dwar: - trattament ugwali - titjib fil-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi ta’ kumpaniji - titjib konsiderevoli fil-pakkett dwar il-mobilità tal-ħaddiema u l-istazzjonar ta’ ħaddiema - protezzjoni tal-ħaddiema mill-kanċer relatat max-xogħol billi tinnegozja r-revi¿joni tad-direttiva dwar il-karċinoġeni. - proposti oħra relatati mal-konsumatur, il-protezzjoni tad-data, sigurtà tal-prodotti u s-sigurtà fuq attivitajiet radjoattivi; 3. F’ pajjiżna ser inkunu qegħdin nospitaw numru ta’ Konferenzi mportanti fosthom il-Konferenza Ewropeja bil-għan li nkomplu nsaħħu l-ġlieda kontra vjolenza abbażi tal-ġeneru , b’mod partikolari l-vjolenza kontra n-nisa. Barra minn hekk ser inkunu qegħdin nospitaw konferenza Ministerjali fejn ser niddiskutu s-sitwazzjoni eżistenti fuq livell Ewropew fir-rigward tad-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ. 4. Jikkumplimentaw dawn l-attivitajiet, f’Malta ser inkunu qegħdin norganizzaw diversi attivitajiet oħra li jitrattaw temi varji: id-drittijiet tal-konsumaturi u kompetizzjoni ġusta, prodotti mediċinali, relazzjonijiet industrijali, protezzjoni tad-Data u Sigurta’ u Saħħa fuq il-post tax-xogħol. 5. Hemm ukoll il-parteċipazzjoni fil- Laqgħa Informali tal-Ministri għall-Impjiegi u Politika Soċjali, fejn it-tema ewlenija hija ‘Making Work Pay’ – Id-dritt ta’ paga ndaqs għall-istess xogħol.

Ħal Għaxaq – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Għaxaq li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jgħixu Ħal Għaxaq u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 41, li minnhom kien hemm 24 raġel u 17-il mara.

Ħal Għaxaq – persuni li jieħdu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu Ħal Għaxaq, kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni u jista’ jindika kemm kien hemm li qed jirċievu pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija skont kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Lingwa Russa — tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Russa tul din is-sena akkademika, fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-Istat, tul din is-sena skolastika, m’hemm l-ebda student li qed jistudja r-Russu u m’hemm l-ebda għalliem li huwa reġistrat li jista’ jgħallem dan is-suġġett. Rigward l-iskejjel sekondarji tal-Knisja u Indipendenti, infurmat li l-għadd ta' studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Russa tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu huma murija fit-tabella kif ġej: TipStudentiTotal ta' StudentiGħalliema SubienBniet Knisja0111 Indipendenti1613291

Lingwa Ġappuniża — tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Ġappuniża tul din is-sena akkademika,fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Ġappuniża tul din is-sena skolastika fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja kif ukoll Indipendenti u m’hemm l-ebda għalliema reġistrati li jistgħu jgħallmu din il-lingwa.

Presidenza tal-Unjoni Ewropea – miri tal-Ministeru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’se jkunu l-miri tal-Ministeru tul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar il-miri tal-Ministeru tiegħi tul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati u ngaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dikasteri varji li jaqgħtu taħtu, tul is-sena 2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni li ġew impjegati mill-Ministeru u d-Direttorati/Dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru tul is-sena 2016 kien ta’ 657 li minnhom 566 jaħdmu fil-qasam edukattiv fl-iskejjel u 31 fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti. Fl-istess sena kien hemm 448 persuna li temmew l-impjieg tagħhom minn mad-Direttorati/Dipartimenti.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – ħaddiema ingaġġati in vista tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jew se jiġu impjegati u ngaġġati persuni ġodda mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu, in vista tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jindika wkoll il-kategoriji u l-iskali rispettivi tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fid-Direttorat tal-Affarijiet tal-UE u r-Relazzjonijiet Internazzjonali, Riċerka u Żvilupp tal-Politiki fi ħdan il-Ministeru tiegħi ġew ingaġġati żewġ persuni bħala EU Presidency Support Officers. L-iskala ta’ dawn il-persuni hija skala 9.

Il-Fgura – persuni li jieħdu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu l-Fgura kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni u jista’ jindika kemm kien hemm li qed jirċievu pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hija skont kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Laqgħat tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea preseduta mill-Ministru

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa se tiġi preseduta minnha tul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea? Kemm minnhom se jsiru f’pajjiżna u kemm barra? Tista’ tindika n-natura tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-laqgħat kollha li jaqgħu taħt l-Ministeru Għad-Djalogu Socjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Civili.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – ħaddiema ingaġġati in vista tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew jew se jiġu impjegati u ngaġġati persuni ġodda mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtha, in vista tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea? Tista’ tindika wkoll il-kategoriji u l-iskali rispettivi tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Ingaġġ/Kategorija Salarju Suġġett Policy Officer (Ġinevra) Skala 9 ILO – International Labour Organisation Activities Policy Officer (Ġinevra) Skala 9 WPIEI- Working Parties on International Environmental Issues Policy Officer (New York) Skala 9 CSW – Committee for the Status of Women.

Ħal Tarxien – persuni li jieħdu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu Ħal Tarxien, kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Fgura – Triq Hompesch – bus stop

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16362 u 19880 jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba din l-bus stop hijiex se titkabbar finalment?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 19880.