Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord tal-Parole — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min huwa preżentament kompost il-Bord tal-Parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord huwa kompost mill-membri kif kien ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern 19,125 datata 20 ta’ Awissu 2013.

Sea Malta – ħlas lill-ex impjegati

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 31051 rigward ħlas lill-ex impjegati tas-Sea Malta, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Ministru konċernat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ta’ taqax taħt ir-responsabilta’ tal-Ministeru tiegħi, għaldaqstant nitolbu jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 31051.

Ħal Tarxien – Triq iż-Żejtun – kundizzjoni ta’ triq

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 31056 rigward Triq iż-Żejtun f’Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Ministru konċernat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ta’ taqax taħt ir-responsabilta’ tal-Ministeru tiegħi, għaldaqstant nitolbu jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 31056.

Sit arkejoloġiku tas-Silġ — ilqugħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ġew meħuda tul is-sena li għaddiet dwar is-sit arkeoloġiku magħruf bħala Tas-Silġ ġewwa Marsaxlokk? Jista’ jara li l-ilqugħ li kien sar temporanjament, jiġi rimedjat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Leg 12 PQ #31651 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema taċ-Ċivil — Unions

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-kondizzjonijiet preżenti ta’ ħaddiema fiċ-Ċivil li huma assenjati ma’ unions tal-ħaddiema? Jista’ jindika kemm hemm persuni hekk assenjati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet applikabli huma pubbliċi u jinsabu fil-Manual on Special Leaves (sezzjoni 4.1). Estratt tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. In-numru ta’ haddiema assenjati ma’ Unions huwa 27.

Ħaddiema taċ-Ċivil — Unions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kondizzjonijiet preżenti ta’ ħaddiema fiċ-Ċivil li huma assenjati ma’ unions tal-ħaddiema? Jista’ jindika kemm hemm persuni hekk assenjati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 31651.

Ħaddiema taċ-Ċivil — Unions

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-kondizzjonijiet preżenti ta’ ħaddiema fiċ-Ċivil li huma assenjati ma’ unions tal-ħaddiema? Tista’ tindika kemm hemm persuni hekk assenjati?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistqosija Parlamentari 31651.

Ħal Tarxien – Triq il-Fieres — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq il-Fieres f’Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31150.

Ħal Tarxien – Triq iż-Żejtun – kundizzjoni ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq iż-Żejtun f’Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li l-perit tiegħu qed iħejji r-rapport ta’ Triq iż-Żejtun li mistenni jitlesta din is-sena. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 31150.

Ħal Tarxien – Triq Annetto Caruana – kundizzjoni ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq Annetto Caruana Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien – Triq Annetto Caruana – kundizzjoni ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq Annetto Caruana Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li ma għandux rapport dwar il-kundizzjoni ta’ Triq Annetto Caruana. Madankollu infurmat mill-Kunsill li din it-triq mistennija li ssir din is-sena bit-tender ħiereġ fil-jiem li ġejjin.

Wied il-Għajn – Triq il-Qaliet – kundizzjoni ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq il-Qaliet Wied il-Għajn u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li inizjalment kien approva €70,000 għal Triq il-Qaliet, li mbagħad żiedhom għal €100,000. Infurmat ukoll li l-Kunsill ser japplika għall-fondi tal-Urban Improvement Fund (UIF) tal-Awtorità tal-Ippjanar, għal din it-triq.
Leg 12 PQ #31061 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Sea Malta – differenza fl-imgħax

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29412, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-differenza fl-imgħax bejn 1% imħallas u dik li hija r-rata kummerċjali, hiex fi stadju li se titħallas lill-ex impjegati tas-Sea Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-qbil li sar u l-kumpens li ngħata huma finali.

Sea Malta – ħlas lill-ex impjegati

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 29412, jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-ex impjegati tas-Sea Malta li ma kenux parti mill-proċeduri legali, humiex se jiġu b’xi mod kumpensati bħal dawk li kienu?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Settur tal-Anzjani – Ħaddiema soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar is-servizzi kollha li joffru l-ħaddiema soċjali li jaħdmu fis-settur tal-anzjani? Kemm hemm ħaddiema soċjali f’dan is-settur importanti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ħaddiema soċjali fis-settur tal-anzjani hemm 8 (1 ser tirtira issa u 4 b’eta avvanzata qrib l-irtirar). Id-Dipartiment joffri ukoll 10 sigħat ta’ servizz, ġewwa r-Residenza San Vinċenz, permezz ta’ ħaddiema soċjali mill-Aġenzija Appoġġ. Ħaddiema soċjali fi ħdan id-Direttorat għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunita’ jsegwu prinċipalment każijiet soċjali li jiġu riferuti minn diversi entitajiet u assessjar ta’ applikanti prospettivi biex jiġu allokati servizz ta’ Għajnuna fid-Dar ( Home Help ). Din is-sezzjoni taħdem flimkien ma’ aġenziji speċjalizzati oħra skond ix-xejra ta’ każijiet soċjali u jagħmlu diversi rapporti oħra dejjem skont ir-rikjesti prinċipali fl-andament ta’ każijiet soċjali.

Servizz ta’ Independent Community Living – Aġenzija Sapport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz tal-Independent Community Living tal-Aġenzija Sapport? Meta kien imwaqqaf dan is-servizz u kemm kien hemm persuni b’diżabilità li għamlu użu minnu f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li , l-Independent Community Living Fund hija skema li tgħin persuni b’diżabilità, billi tipprovdi fondi biex ikun jista’ jinxtara servizz ta’ assistenza personali. Kull każ jinstema’ quddiem Bord semi-independenti, immexxi minn persuna b’diżabilita’ u l-Bord japprova l-pakkett tas-servizz meħtieġ. Dan il-Fond ġie mwaqqaf fl-2013 u n-numru ta’ benefiċċarji għal dawn l-aħħar tliet snin kienu kif ġej: Sena Numru ta’ Benefiċċjarji (Persuni b’Diżabilità) 2014 45 2015 55 2016 71

Raħal Ġdid – Pjazza – kuntratti ta’ xogħol

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 26370 u 28798, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-kuntratti tax-xogħol għall-pjazza ta’ Raħal Ġdid ġewx assenjati? Tista’ tindika l-programm ta’ ħidma li se jkun hemm tul din is-sena? Tul din is-sena, ġew konsultati jew avviċinati b’xi mod is-sidien tal-ħwienet li hemm fl-istess pjazza, dwar dan?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-adjudikazzjoni fuq it-tender hi maghluqa u d-dipartiment tal-kuntratti ppublika l-isem tal-Kuntrattur kif irrakomandat mill-board ta l-ghazla. Ghaldaqstant kif jghaddi il-perjodu ta l-appell wiehed ikun jista jibda jahdem mal-Kuntrattur maghzul fuq il-pjan ta hidma u traffic managment, sussegwentamwent inkunu nistghu nitkellmu mas-sidien tal-hwienet u l-istakeholders ewlenin b`dawn il-pjanijiet.

Parkeġġ Riservat – persuni intitolati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huwa intitolat li jkollu post ta’ parkeġġ riservat? Kemm kien hemm parkeġġi riservati li ġew irtirati minn April 2013 sa Jannar 2017?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna intitolata għal tali Parkeġġ Riservat tkun: · Persuna b’diżabilita’ li jkollha problema severa ta’ mobilita’ u li ssuq il-vettura tagħha jew tuża siġġu bir-roti. · Persuna b’diżabilita’ jkollha l- Blue Sticker . · Il-vettura tkun rreġistrata fuq l-indirizz fejn toqgħod il-persuna b’diżabilita’. In-numru ta’ parkeġġi rtirati fil-perjodu ta’ bejn April 2013 u Jannar 2017 kien ta’ 397.

Ħal Tarxien – Triq iż-Żejtun – kundizzjoni ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq iż-Żejtun f’Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien – Triq il-Fieres — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq il-Fieres f’Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.